LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 4 p. 16
  • Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-werżieq perjodiku

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Iċ-ċiklu tal-ħajja tal-werżieq perjodiku
  • Stenbaħ!—2016
  • Materjal Simili
  • Werrej
    Stenbaħ!—2016
  • Id-Dinja Affaxxinanti taʼ l-Insetti
    Stenbaħ!—2000
  • Ikel taʼ Malajr għall-Insetti
    Stenbaħ!—2010
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 4 p. 16

ĠIE DISINJAT?

Iċ-​ċiklu tal-​ħajja tal-​werżieq perjodiku

IL-​WERŻIEQ, insett li jixbah lill-​ġurat, jgħix f’kull kontinent minbarra l-​Antartika. Madankollu, il-​werżieq perjodiku (tal-​ispeċi Magicicada) li jinsab biss fil-​Grigal tal-​Amerika, affaxxina lil bijologi għal żmien twil.

Werżieq

Ikkunsidra: Miljuni taʼ wrieżaq perjodiċi jidhru f’daqqa fir-​rebbiegħa għal ftit ġimgħat biss. Matul iż-​żmien qasir tagħhom fix-​xemx, huma jbiddlu l-​ġilda, iwerżqu b’mod li jtarrax, itiru, jirriproduċu, imbagħad imutu. Ħaġa tal-​iskantament, il-​ġenerazzjoni taʼ wara tidher 13 jew 17-​il sena wara, skont l-​ispeċi. X’jiġri lil dawn l-​insetti sadanittant?

Biex nagħtu tweġiba, irridu nifhmu ċ-​ċiklu uniku tal-​ħajja tal-​werżieq perjodiku. Xi ġimgħa wara li jidhru, l-​insetti adulti jitgħammru u n-​nisa jbidu minn 400 sa 600 bajda fil-​friegħi tas-​siġar. Ftit wara, l-​adulti jmutu. Sa ftit ġimgħat wara, il-​bajd ifaqqas u ż-​żgħar jaqgħu mal-​art, iħaffru ġol-​ħamrija u jibdew ħajja taħt l-​art, fejn jiġbdu fluwidi mill-​għeruq taʼ arbuxxelli jew siġar għal xi snin. Wara 13 jew 17-​il sena, tiġi l-​ġenerazzjoni l-​ġdida taʼ adulti biex jirripetu ċ-​ċiklu.

Skont artiklu fir-​rivista Nature, iċ-​ċiklu kumpless tal-​ħajja taʼ dan il-​werżieq “ħawwad lix-​xjentisti għal sekli sħaħ. . . . Anki issa, entomologi, jew studjużi tal-​insetti, qed jipprovaw jifhmu kif evolvew iċ-​ċikli straordinarji tal-​ħajja tal-​insetti.” Huwa misteru li qatt ma kien hawn bħalu fost l-​annimali.

X’taħseb int? Jistaʼ ċ-​ċiklu tal-​ħajja tal-​werżieq perjodiku jkun riżultat tal-​evoluzzjoni? Jew ġie disinjat?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja