LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 4 pp. 12-13
  • Żjara fil-​Kirgiżistan

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żjara fil-​Kirgiżistan
  • Stenbaħ!—2016
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 4 pp. 12-13
Yurts fil-​Wied taʼ Tash Rabat fil-​Kirgiżistan

Djar qishom tined li jsejħulhom yurts fil-Wied taʼ Tash Rabat

PAJJIŻI U POPLI | KIRGIŻISTAN

Żjara fil-​Kirgiżistan

Mappa tal-Kirgiżistan

IL-​Kirgiżistan qiegħed fl-​Asja Ċentrali u jinsab imdawwar bi qċaċet għoljin miksijin silġ. Hu jmiss mal-​Każakistan, l-​Użbekistan, it-​Taġikistan, u ċ-​Ċina. Kważi 90 fil-​mija tal-​pajjiż hu muntanji. Il-​Kirgiżistan għandu l-​ogħla quċċata mill-​muntanji Tian Shan, li qiegħda 7,439 metru ʼl fuq mil-​livell tal-​baħar. Il-​foresti jieħdu madwar erbgħa fil-​mija mill-​medda tal-​art tal-​pajjiż. Għalhekk hu taʼ min jinnota li waħda mill-​ikbar foresti tal-​ġewż fid-​dinja li jikbru b’mod naturali tinsab fil-​Kirgiżistan.

Waħda mix-Xhieda taʼ Ġeħova tistudja l-Bibbja maʼ mara mill-Kirgiżistan

Ix-Xhieda taʼ Ġeħova qed jgħallmu l-Bibbja lil eluf taʼ nies fil-Kirgiżistan

L-​ospitalità u r-​rispett huma karatteristiki magħrufin sew tal-​Kirgiżistani. Fil-​Kirgiżistan tkun ħaġa xierqa li tuża l-​forma pulita taʼ “int” meta tkellem lil xi ħadd ikbar minnek u toffrilu jpoġġi minflokok fuq it-​trasport pubbliku u meta toffrilu l-​iżjed post onorabbli mal-​mejda.

Spiss il-​familji jkollhom tlett itfal jew iżjed. L-​iżgħar wieħed normalment joqgħod mal-​ġenituri tiegħu, anki wara ż-​żwieġ, u jieħu ħsiebhom matul xjuħithom kollha.

Minn mindu jkunu żgħar, il-​bniet jiġu mgħallmin is-​snajjaʼ prattiċi meħtieġa biex ikunu nisa tad-​dar tajbin. Sakemm ikollhom xi 16-​il sena jkunu kapaċi jieħdu ħsieb il-​familja għalkollox. Ġeneralment tiġi ppreparata dota għall-​għarusa. Din tistaʼ tinkludi lożor u kutri taʼ kull tip, varjetà taʼ ħwejjeġ, u tapit magħmul bl-​idejn. L-​għarus iħallas il-​prezz tal-​għarusa bi flus u annimali.

Matul iċ-​ċelebrazzjonijiet u l-​funerali, tinqatel nagħġa jew żiemel. L-​annimal jiġi maqsum f’partijiet, u kull parti tiġi speċjalment magħżula għal persuna speċifika. Skont l-​età u l-​livell soċjali tal-​mistidnin, kull wieħed jingħata l-​porzjon tiegħu; għal darb’oħra r-​rispett hu l-​iktar ħaġa importanti f’din it-​tradizzjoni. Imbagħad il-​platt nazzjonali, beshbarmak, jiġi servut. Dan jittiekel bl-​idejn.

Żagħżugħ idoqq il-komuz

il-Komuz hu strument mużikali populari

FATTI INTERESSANTI

Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?

Il-ktieb Il-Bibbja X’Tgħallem Verament? hu ppubblikat bil-Kirgiż u disponibbli onlajn fuq www.pr418.com

  • Popolazzjoni: 5,776,000

  • Belt kapitali: Bishkek

  • Lingwi: Il-​Kirgiż, ir-​Russu

  • Esportazzjoni: Qoton, suf, deheb, merkurju, uranju

  • Reliġjon: L-​Iżlam (80 fil-​mija)

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja