LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g16 Nru. 4 pp. 10-11
  • Kif tittratta mal-bidliet

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif tittratta mal-bidliet
  • Stenbaħ!—2016
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​ISFIDA
  • DAK LI GĦANDEK TKUN TAF
  • DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL
  • Kif jirkupraw malajr
    Stenbaħ!—2019
  • Għax l-affarijiet jinbidlu
    Stenbaħ!—2014
  • Ibqaʼ żeluż u għassa spiritwalment meta jinbidlu ċ-ċirkustanzi tiegħek
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2017
  • Alla jbiddel fehmtu?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2016
g16 Nru. 4 pp. 10-11
Tfajla jiddispjaċiha li tara lil ħabibitha titlaq

GĦAJNUNA GĦALL-​FAMILJA | IŻ-​ŻGĦAŻAGĦ

Kif tittratta mal-​bidliet

L-​ISFIDA

  • Ix-​xogħol taʼ missierek jirrikjedi li tmorru toqogħdu xi mkien ieħor.

  • Il-​ħabib kbir tiegħek se jmur jgħix ’il bogħod.

  • Ħuk jew oħtok ikbar minnek se titlaq mid-​dar biex tiżżewweġ.

Int kemm se tkun lest taddatta għal dawn il-​bidliet?

Siġra titgħawweġ bir-riħ

Siġra li tistaʼ titgħawweġ mar-​riħ x’aktarx ikollha iktar ċans tibqaʼ soda wara maltempata. Bħal dik is-​siġra, tistaʼ titgħallem “titgħawweġ” mal-​bidliet li fuqhom għandek ftit jew xejn kontroll. Però, qabel ma niddiskutu kif tistaʼ tagħmel dan, ikkunsidra ftit affarijiet li għandek tkun taf dwar il-​bidliet.

DAK LI GĦANDEK TKUN TAF

Ma tistax tevita l-​bidla. Il-​Bibbja tgħid verità fundamentali dwar il-​bnedmin: “Ġrajjiet mhux mistennijin jiġu fuq kulħadd.” (Ekkleżjasti 9:11) Xi darba jew oħra, int se tiffaċċja r-​realtà taʼ dan il-​kliem. Żgur li mhux kull ġrajja mhux mistennija hija ħażina. U xi bidliet li għall-​ewwel jidhru li huma ħżiena jistgħu jkunu taʼ vantaġġ. Minkejja dan, il-​maġġoranza tan-​nies imorru tajjeb meta jkunu f’rutina, imma meta jkun hemm bidla—kemm jekk tajba jew ħażina—isibuha diffiċli biex jaddattaw għaliha.

Il-​bidla tistaʼ tkun stressanti b’mod partikulari għall-​adoloxxenti. Għala? “Diġà tkun għaddej minn bidliet minn ġewwa,” jispjega żagħżugħ jismu Alex.a “Bidliet minn barra sempliċement iżidu mal-​istress.”

Hawn għandna raġuni oħra: Meta l-​adulti jiffaċċjaw bidla, jistgħu jiftakru fl-​esperjenzi taʼ sitwazzjonijiet simili li diġà għaddew minnhom u jaraw kif ittrattaw magħhom, imma ż-​żgħażagħ għandhom inqas esperjenzi fiex jiftakru.

Tistaʼ titgħallem taddatta ruħek. Ir-​reżiljenza hija l-​abbiltà li tirkupra minn għawġ jew taddatta għal bidla. Persuna reżiljenti, jew flessibbli, tistaʼ mhux biss tissaporti ċirkustanza ġdida imma tħares lejn dak li jidher li hu ostaklu u tara opportunità fih. Hemm inqas ċans għal żgħażagħ flessibbli li jduru għad-​droga jew għall-​alkoħol meta jħossuhom skuraġġiti.

DAK LI TISTAʼ TAGĦMEL

Aċċetta r-​realtà. Bla dubju int tixtieq tikkontrolla ħajtek għalkollox, imma dan sempliċiment mhux possibbli. Il-​ħbieb jistgħu jmorru jgħixu xi mkien ieħor jew jiżżewġu; ħutek jikbru u jitilqu mid-​dar; iċ-​ċirkustanzi jistgħu jġiegħlu ’l familtek tmur tgħix xi mkien ieħor, u dan jinvolvi li tħalli warajk il-​ħbieb u kull ħaġa li tkun drajt. Ikun aħjar li taċċetta r-​realtà milli tħalli ħsibijiet negattivi jtaqqluk.—Prinċipju Bibliku: Ekkleżjasti 7:10.

Ħares ’il quddiem. Li tiffoka fuq il-​passat hu bħal meta ssuq fi triq prinċipali u tħares fiss fil-​mera biex tara wara. Ħarsa ħafifa kultant hi taʼ benefiċċju, imma int għandek bżonn tikkonċentra verament fuq it-​triq taʼ quddiemek. L-​istess hu minnu meta tiffaċċja bidla. Ipprova ffoka fuq il-​futur. (Proverbji 4:25) Pereżempju, x’mira tistaʼ tagħmel għax-​xahar jew sitt xhur li ġejjin?

Iffoka fuq il-​pożittiv. “Il-​flessibilità għandha x’taqsam mal-​attitudni,” tgħid żagħżugħa jisimha Laura. “Sib aspetti pożittivi taċ-​ċirkustanzi li qiegħed fihom.” Tistaʼ ssemmi almenu vantaġġ wieħed miċ-​ċirkustanza ġdida tiegħek?—Prinċipju Bibliku: Ekkleżjasti 6:9.

Żagħżugħa jisimha Victoria tiftakar li meta kienet iżgħar, il-​ħbieb tal-​qalb tagħha marru kollha jgħixu xi mkien ieħor. “Vera ħassejtni waħdi, u xtaqt li kollox setaʼ baqaʼ kif kien,” tgħid hi. “Imma meta nħares lura, dak kien iż-​żmien meta bdejt nikber verament. Irrealizzajt li biex tikber jirrikjedi tibdil. Ukoll, bdejt nara possibbiltajiet għal ħbiberiji ġodda li kollha kienu madwari.”—Prinċipju Bibliku: Proverbji 27:10.

Li tiffoka fuq il-​passat huwa bħallikieku qed issuq fi triq ewlenija u tħares fiss fil-​mera biex tara wara

Agħmel affarijiet għal oħrajn. Il-​Bibbja tgħid: “Tfittxux l-​interessi persunali tagħkom biss, imma wkoll l-​interessi persunali taʼ l-​oħrajn.” (Filippin 2:4) Rimedju tajjeb għall-​isfida tiegħek stess hu li tgħin lil oħrajn bl-​isfidi tagħhom. Anna, taʼ 17-​il sena, tgħid: “Jien u nikber, bdejt nirrealizza li meta stajt ngħin lil xi ħadd li setaʼ kien għaddej minn sitwazzjoni simili—jew agħar—kien taʼ sodisfazzjon!”

a Xi ismijiet f’dan l-​artiklu ġew mibdulin.

SKRITTURI PRINĊIPALI

  • “Tgħidx: ‘Kif inhi li l-​jiem taʼ qabel kienu aħjar minn dawn?ʼ”—Ekkleżjasti 7:10.

  • “Aħjar tara b’għajnejk milli tixxennaq b’ruħek.”—Ekkleżjasti 6:9.

  • “Aħjar ġâr fil-​qrib minn ħu fil-​bogħod.”—Proverbji 27:10.

Juan

JUAN

“Iż-​żgħażagħ jistgħu jiżviluppaw l-​abbiltà li jirkupraw minn bidla u jaddattaw għaliha billi janalizzaw is-​sitwazzjoni li qed ikampaw magħha u jirrealizzaw li l-​bidla hija parti mill-​ħajja. Iktar kemm jaċċettaw malajr din ir-​realtà, iktar se jkun faċli biex ikomplu b’ħajjithom. L-​affarijiet tassew imorru għall-​aħjar.”

Carissa

CARISSA

“Ladarba diffikultà tkun għaddiet, nipprova ma nibqax nhewden fuqha. Sempliċiment niffaċċja l-​isfida li jmiss fil-​ħajja. Nemmen li parti milli tkun flessibbli hi li tħares ’il quddiem iktar milli lura.”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja