LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • bm taqsima 16 p. 19
  • Jasal il-Messija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jasal il-Messija
  • Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
  • Materjal Simili
  • Huma Stennew lill-Messija
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
  • Min hu Ġesù Kristu?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Min Hu Ġesù Kristu?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Il-Messija! il-Mezz taʼ Salvazzjoni t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Il-Bibbja—X’Inhu l-Messaġġ Tagħha?
bm taqsima 16 p. 19
Ġwanni jgħammed lil Ġesù

IS-​16-​IL TAQSIMA

Jasal il-​Messija

Ġeħova jidentifika lil Ġesù taʼ Nazaret bħala l-​Messija li kien ilu mwiegħed

KIEN Ġeħova se jgħin lin-​nies jidentifikaw lill-​Messija mwiegħed? Iva. Ikkunsidra x’għamel Alla. Kienu għaddew xi erbaʼ sekli mindu tlestiet l-​Iskrittura Ebrajka. F’belt jisimha Nazaret, fir-​reġjun tal-​Galilija fit-​Tramuntana, mara żagħżugħa jisimha Marija kellha żjara mhix mistennija. Dehrilha anġlu jismu Gabrijel u qalilha li Alla kien se juża l-​forza attiva tiegħu, l-​ispirtu qaddis tiegħu, biex hi tiled iben, għalkemm kienet verġni. Dan l-​iben kellu jsir is-​Sultan li kien ilu mwiegħed, dak li kellu jaħkem għal dejjem! Dan l-​iben kien se jkun Bin Alla stess, u Alla kellu jittrasferixxi lil ħajja taʼ Ibnu mis-​smewwiet għal ġol-​ġuf taʼ Marija.

B’umiltà, Marija aċċettat dan l-​inkarigu grandjuż. L-​għarus tagħha, mastrudaxxa jismu Ġużeppi, iżżewwiġha wara li Alla bagħat anġlu biex jiżgurah dwar kif Marija ħarġet tqila. Iżda, xi ngħidu għall-​profezija li qalet li l-​Messija kellu jitwieled f’Betlehem? (Mikea 5:2) Din il-​belt ċkejkna kienet mal-​150 kilometru ’l bogħod!

Ċertu ħakkiem Ruman ħareġ digriet biex isir ċensiment. In-​nies kellhom imorru jirreġistraw fil-​belt fejn kienu twieldu. Jidher li kemm Ġużeppi u kemm Marija kienu minn Betlehem, u għalhekk Ġużeppi ħa lil martu, li kienet tqila, lejn dik il-​belt. (Luqa 2:3) Marija wildet lit-​tifel fi stalla sempliċi, u qegħditu f’maxtura. Imbagħad Alla bagħat anġlu biex jgħid lil grupp taʼ rgħajja fuq l-​għoljiet li t-​tifel li kien għadu kemm twieled kien il-​Messija, jew Kristu, imwiegħed.

Iktar tard, kien hemm oħrajn li xehdu li Ġesù kien il-​Messija mwiegħed. Il-​profeta Isaija kien bassar li kellu jiġi wieħed li jħejji t-​triq għax-​xogħol importanti ferm tal-​Messija. (Isaija 40:3) Dan kien Ġwanni l-​Battista. Meta ra lil Ġesù, hu stqarr: “Ara, il-​Ħaruf t’Alla li jneħħi d-​dnub tad-​dinja!” Xi wħud mid-​dixxipli taʼ Ġwanni bdew jimxu wara Ġesù minnufih. Wieħed minnhom qal: “Sibna ’l-​Messija.”—Ġwanni 1:29, 36, 41.

Kien hemm iktar xhieda. Meta Ġwanni għammed lil Ġesù, Ġeħova nnifsu tkellem mis-​sema. Permezz tal-​ispirtu qaddis, hu ħatar lil Ġesù bħala l-​Messija u qal: “Dan hu Ibni, il-​maħbub, li lilu jien approvajt.” (Mattew 3:16, 17) Il-​Messija li kien ilu mwiegħed kien wasal!

Dan meta ġara? Fis-​sena 29 E.K., eżatt meta għaddew l-​483 sena mbassrin minn Danjel. Iva, din hi parti mill-​evidenza kbira li turi ċar li Ġesù hu l-​Messija, jew Kristu. Iżda x’messaġġ kellu jxandar waqt li kien fuq l-​art?

—Ibbażat fuq Mattew kapitli 1 sa 3; Marku kapitlu 1; Luqa kapitlu 2; Ġwanni kapitlu 1.

  • Ġeħova kif uża lill-​anġli biex jidentifika lil Ġesù bħala l-​Messija?

  • Alla kif uża lil Ġwanni l-​Battista biex jiġbed l-​attenzjoni lejn Ġesù bħala l-​Messija?

  • Ġeħova nnifsu kif identifika lil Ibnu bħala l-​Messija?

F’LIEMA SENS HU BIN ALLA?

Ġeħova hu Missier Ġesù—imma mhux bl-​istess mod li l-​bnedmin huma missirijiet. Ġesù ma tnissilx minn xi mara—kien maħluq minn Alla. Fil-​fatt, hu kien l-​ewwel persuna li ħalaq Ġeħova. (Kolossin 1:15-​17) Ladarba Ġeħova ta l-​ħajja lil Ġesù billi ħalqu, Hu jistaʼ jissejjaħ Missier Ġesù. Wara li ħalaq lil dan l-​Iben spirtu, Ġeħova użah bħala “ħaddiem tas-​sengħa” biex jagħmel l-​affarijiet l-​oħrajn kollha jeżistu, inkluż l-​univers fiżiku.—Proverbji 8:30.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja