LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • od kap. 4 pp. 24-29
  • Kif il-kongregazzjoni hi organizzata u mmexxija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif il-kongregazzjoni hi organizzata u mmexxija
  • Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ORGANIZZATI TEOKRATIKAMENT
  • IL-​KONGREGAZZJONIJIET ILLUM ISEGWU L-​EŻEMPJU TAL-​APPOSTLI
  • L-​IRWOL TAʼ KORPORAZZJONIJIET RELIĠJUŻI
  • KIF FERGĦA HI ORGANIZZATA
  • Ħa Tinbena l-Kongregazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Ħalli l-Kongregazzjoni Tfaħħar lil Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Indokraturi biex jirgħu l-merħla
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Organizzati fi qbil mal-​Ktieb t’Alla stess
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
Ara Iżjed
Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
od kap. 4 pp. 24-29

KAPITLU 4

Kif il-kongregazzjoni hi organizzata u mmexxija

FL-​EWWEL ittra tiegħu lill-​Korintin, l-​appostlu Pawlu esprima verità importanti dwar Alla. Pawlu kiteb: “Alla m’huwiex Alla tad-​diżordni, imma tal-​paċi.” Imbagħad kompla jikkummenta dwar il-​laqgħat tal-​kongregazzjoni meta qal: “Ħa jsir kollox bid-​deċenza u bl-​ordni.”—1 Kor. 14:33, 40.

2 Fil-​bidu nett tal-​istess ittra, l-​appostlu wissa dwar firdiet li kienu jeżistu fil-​kongregazzjoni taʼ Korintu. Pawlu ħeġġeġ lill-​aħwa t’hemmhekk biex ‘jitkellmu fi qbil’ u biex ikunu “magħqudin kif jixraq b’fehma waħda u bi ħsieb wieħed.” (1 Kor. 1:10, 11) Imbagħad, ta iktar pariri dwar diversi affarijiet li kienu qed jeffettwaw l-​unità tal-​kongregazzjoni. Billi uża t-​tixbiha taʼ ġisem uman, hu wera biċ-​ċar il-​bżonn għall-​unità u l-​kooperazzjoni. Hu ħeġġeġ lil dawk kollha fil-​kongregazzjoni Kristjana biex jieħdu ħsieb xulxin bl-​imħabba, kien x’kien l-​irwol tagħhom. (1 Kor. 12:12-​26) Kooperazzjoni armonjuża bħal din fil-​kongregazzjoni turi li din tkun organizzata.

3 Imma l-​kongregazzjoni Kristjana kif kellha tkun organizzata? Min kellu jorganizzaha? X’tip taʼ struttura kellu jkollha? Min kellu jaqdi f’pożizzjonijiet taʼ ħatra? Billi nħallu l-​Bibbja tiggwidana, niksbu tweġibiet ċari għal dawn il-​mistoqsijiet.—1 Kor. 4:6.

ORGANIZZATI TEOKRATIKAMENT

4 Il-​kongregazzjoni Kristjana ġiet stabbilita fil-​jum taʼ Pentekoste fis-​sena 33 WK. X’nistgħu nitgħallmu dwar il-​kongregazzjoni tal-​ewwel seklu? Kienet organizzata teokratikament, jiġifieri, taħt it-​tmexxija (bil-​Grieg, kratos) t’Alla (teos). Dawn iż-​żewġ kelmiet jidhru fl-​1 Pietru 5:10, 11. Ir-​rakkont ispirat taʼ dak li ġara f’Ġerusalemm kważi 2,000 sena ilu ma jħalli l-​ebda dubju li l-​kongregazzjoni taʼ Kristjani midlukin kienet ġiet stabbilita minn Alla. (Atti 2:1-​47) Dawn kienu l-​bini t’Alla, il-​membri tad-​dar tiegħu. (1 Kor. 3:9; Efes. 2:19) Il-​kongregazzjoni Kristjana llum issegwi l-​mudell taʼ organizzar u ħidma li twaqqaf matul l-​ewwel seklu.

Il-​kongregazzjoni Kristjana llum issegwi l-​mudell taʼ organizzar u ħidma li twaqqaf matul l-​ewwel seklu

5 Il-​kongregazzjoni tal-​bidu bdiet b’madwar 120 dixxiplu. Bi twettiq taʼ Ġoel 2:28, 29, l-​ewwel ma tferraʼ l-​ispirtu qaddis kien fuq dawn. (Atti 2:16-​18) Imma dakinhar stess, madwar 3,000 oħra tgħammdu fl-​ilma u ddaħħlu fil-​kongregazzjoni taʼ wħud imnisslin bl-​ispirtu. Huma kienu ħaddnu l-​kelma dwar il-​Kristu u “baqgħu jingħataw għat-​tagħlim taʼ l-​appostli.” Wara dan, “Ġeħova kompla jżid magħhom kuljum lil dawk li kienu qed jiġu salvati.”—Atti 2:41, 42, 47.

6 Il-​kongregazzjoni f’Ġerusalemm tant kibret li l-​qassis il-​kbir Lhudi lmenta li d-​dixxipli kienu mlew Ġerusalemm bit-​tagħlim tagħhom. Fost id-​dixxipli l-​ġodda f’Ġerusalemm kien hemm ħafna qassisin Lhud li saru parti mill-​kongregazzjoni.—Atti 5:27, 28; 6:7.

7 Ġesù qal: “Tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm u fil-​Lhudija kollha u fis-​Samarija u sa l-​iktar parti mbiegħda taʼ l-​art.” (Atti 1:8) U ġara li meta qamet persekuzzjoni kbira f’Ġerusalemm wara l-​mewt taʼ Stiefnu, id-​dixxipli li kienu jgħixu hemmhekk xterdu mal-​Lhudija u s-​Samarija. Imma kull fejn marru, komplew ixandru l-​aħbar tajba u jagħmlu iktar dixxipli, inkluż uħud minn fost is-​Samaritani. (Atti 8:1-​13) Jerġaʼ iktar tard, l-​aħbar tajba ġiet pritkata b’riżultati tajbin fost il-​ġnus li la kienu Lhud u lanqas ċirkonċiżi. (Atti 10:1-​48) Din l-​attività kollha taʼ ppritkar irriżultat f’li ħafna saru dixxipli u f’li ħafna kongregazzjonijiet ġodda kienu qed jiġu fformati barra minn Ġerusalemm.—Atti 11:19-​21; 14:21-​23.

8 X’arranġamenti saru biex jiġi assigurat li kull kongregazzjoni ġdida tkun organizzata u mmexxija kif irid Alla—teokratikament? Permezz tal-​ħidma tal-​ispirtu t’Alla, sar provvediment biex sottoragħajja jieħdu ħsieb il-​merħla. F’kongregazzjonijiet li żaru matul l-​ewwel vjaġġ missjunarju tagħhom, Pawlu u Barnaba ħatru anzjani. (Atti 14:23) Luqa, wieħed mill-​kittieba tal-​Bibbja, jagħti informazzjoni dwar il-​laqgħa li kellu Pawlu mal-​anzjani tal-​kongregazzjoni t’Efesu. Pawlu qalilhom: “Oqogħdu attenti għalikom infuskom u għall-​merħla kollha li minnha l-​ispirtu qaddis ħatarkom indokraturi biex tirgħu l-​kongregazzjoni t’Alla, li xtara bid-​demm taʼ Ibnu stess.” (Atti 20:17, 28) Huma kkwalifikaw biex ikunu anzjani għax issodisfaw il-​ħtiġijiet Skritturali. (1 Tim. 3:1-​7) Titu, il-​ħaddiem imsieħeb maʼ Pawlu, ingħata l-​awtorità biex jaħtar anzjani fil-​kongregazzjonijiet fi Kreta.—Titu 1:5.

9 Fl-​ewwel seklu hekk kif ifformaw iktar kongregazzjonijiet, l-​appostli u l-​anzjani f’Ġerusalemm baqgħu jaqdu bħala l-​indokraturi prinċipali tal-​kongregazzjoni internazzjonali li kienet espandiet. Huma qdew bħala l-​ġemgħa li tiggverna tagħha.

10 Meta kiteb lill-​kongregazzjoni f’Efesu, l-​appostlu Pawlu spjega li billi l-​kongregazzjoni Kristjana taħdem fi qbil mal-​ispirtu t’Alla, din tistaʼ tibqaʼ unita billi żżomm mat-​tmexxija taʼ Ġesù Kristu. L-​appostlu ħeġġeġ lill-​Kristjani hemmhekk biex jikkultivaw l-​umiltà u jħarsu “l-​unità taʼ l-​ispirtu” fi sħubija paċifika maʼ dawk kollha fil-​kongregazzjoni. (Efes. 4:1-​6) Imbagħad ikkwota Salm 68:18 u applikah għall-​provvediment taʼ Ġeħova biex irġiel kwalifikati spiritwalment jaqdu l-​bżonnijiet tal-​kongregazzjoni bħala appostli, profeti, evanġelizzaturi, ragħajja, u għalliema. Bħala għotjiet mingħand Ġeħova, irġiel bħal dawn kienu se jibnu l-​kongregazzjoni kollha kemm hi għal milja spiritwali li kienet se togħġob lil Alla.—Efes. 4:7-​16.

IL-​KONGREGAZZJONIJIET ILLUM ISEGWU L-​EŻEMPJU TAL-​APPOSTLI

11 Illum, mudell simili taʼ organizzazzjoni jiġi segwit fil-​kongregazzjonijiet kollha tax-​Xhieda taʼ Ġeħova. Flimkien, dawn jifformaw kongregazzjoni waħda madwar id-​dinja kollha li hi magħquda u mibnija madwar in-​nukleu taʼ wħud li huma midlukin bl-​ispirtu. (Żak. 8:23) Ġesù Kristu jagħmel dan possibbli. Bħalma wiegħed, baqaʼ mad-​dixxipli midlukin tiegħu lealment “il-​jiem kollha sal-​konklużjoni tas-​sistema.” Nies li jidħlu fil-​kongregazzjoni li dejjem tikber iħaddnu l-​aħbar tajba t’Alla, jiddedikaw ħajjithom lil Ġeħova bla riserva, u jitgħammdu bħala dixxipli taʼ Ġesù. (Mt. 28:19, 20; Mk. 1:14; Atti 2:41) Huma jirrikonoxxu lir-​“ragħaj mill-​aħjar,” Ġesù Kristu, bħala Kap tal-​merħla kollha, li hi magħmula minn Kristjani midlukin kif ukoll minn “nagħaġ oħrajn.” (Ġw. 10:14, 16; Efes. 1:22, 23) Din il-​“merħla waħda” żżomm l-​unità tagħha billi tirrikonoxxi lealment it-​tmexxija taʼ Kristu u billi tissottometti ruħha lejn “l-​ilsir leali u għaqli,” il-​mezz li ħatar Kristu biex jidderieġi l-​organizzazzjoni. Jalla nkomplu nuru fiduċja sħiħa f’dan l-​arranġament illum.—Mt. 24:45.

L-​IRWOL TAʼ KORPORAZZJONIJIET RELIĠJUŻI

12 Sabiex jiġi provdut ikel spiritwali fiż-​żmien xieraq u biex tiġi pritkata l-​aħbar tajba tas-​Saltna qabel ma jiġi t-​tmiem, ġew stabbiliti ċerti korporazzjonijiet. Dawn l-​entitajiet legali huma rikonoxxuti mil-​liġijiet taʼ diversi pajjiżi, u jikkooperaw maʼ xulxin. Huma jiffaċilitaw l-​ippritkar tal-​aħbar tajba mad-​dinja kollha.

KIF FERGĦA HI ORGANIZZATA

13 Kull meta jiġi stabbilit uffiċċju tal-​fergħa, Kumitat tal-​Fergħa magħmul minn tliet anzjani jew iktar jinħatar biex jieħu ħsieb ix-​xogħol fil-​pajjiż jew pajjiżi li jkunu taħt il-​ġurisdizzjoni taʼ dik il-​fergħa partikulari. Membru wieħed mill-​kumitat jaqdi bħala l-​koordinatur tal-​Kumitat tal-​Fergħa.

14 Il-​kongregazzjonijiet lokali taħt kull fergħa huma organizzati f’circuits. Dawn ivarjaw fid-​daqs, skont il-​ġeografija u l-​lingwa, kif ukoll in-​numru taʼ kongregazzjonijiet fl-​inħawi li tkun qed tieħu ħsieb il-​fergħa. Indokratur li jżur il-​kongregazzjonijiet jinħatar biex jaqdi l-​kongregazzjonijiet f’kull circuit. L-​uffiċċju tal-​fergħa jagħti direzzjoni lill-​indokratur li jżur il-​kongregazzjonijiet dwar kif għandu jieħu ħsieb ir-​responsabbiltajiet tiegħu.

15 Il-​kongregazzjonijiet jaċċettaw l-​arranġamenti organizzazzjonali li jingħataw għall-​benefiċċju taʼ kulħadd. Huma jaċċettaw il-​ħatra taʼ anzjani li jindokraw ix-​xogħol fil-​fergħat, fis-​circuits, u fil-​kongregazzjonijiet. Huma jiddependu mill-​ilsir leali u għaqli għall-​ikel spiritwali fiż-​żmien xieraq. Illum, min-​naħa tiegħu, l-​ilsir leali jżomm strettament mat-​tmexxija taʼ Kristu, iżomm maʼ prinċipji Bibliċi, u jaġixxi fuq id-​direzzjoni tal-​ispirtu qaddis. Hekk kif ilkoll naħdmu flimkien f’unità, aħna ngawdu riżultati bħal dawk li esperjenzaw il-​Kristjani fl-​ewwel seklu: “Tabilħaqq, il-​kongregazzjonijiet komplew jissodaw fil-​fidi u jiżdiedu fl-​għadd minn jum għall-​ieħor.”—Atti 16:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja