LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 103 p. 238-p. 239 para. 2
  • ‘Ħa tiġi Saltnatek’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • ‘Ħa tiġi Saltnatek’
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • X’Inhu L-Iskop T’Alla Għall-Art?
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • X’inhu l-iskop t’Alla għall-bnedmin?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
  • Tibda Ħajja Iebsa
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • L-Iskop t’Alla għall-Art—Dalwaqt Se Jitwettaq
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 103 p. 238-p. 239 para. 2
Il-kbar u ż-żgħar igawdu l-ħajja fil-Ġenna tal-art

LEZZJONI 103

‘Ħa tiġi Saltnatek’

Ġeħova wiegħed: ‘Mhux se jkun hemm iktar biki, uġigħ, mard, jew mewt. Jien se nimsaħ kull demgħa minn għajnejhom. L-​affarijiet koroh taʼ qabel mhux se jibqgħu jiftakruhom.’

Ġeħova poġġa lil Adam u Eva fil-​ġnien tal-​Għeden biex jgħixu fil-​paċi u jkunu ferħanin. Huma kellhom iqimu lil Missierhom tas-​sema u jimlew l-​art bit-​tfal tagħhom. Adam u Eva m’obdewhx lil Ġeħova, imma l-​iskop tiegħu qatt ma nbidel. F’dan il-​ktieb tgħallimna li dak kollu li Alla jwiegħed dejjem isir. Is-​Saltna tiegħu se ġġib barkiet mill-​isbaħ fuq l-​art, bħalma kien wiegħed lil Abraham.

Il-kbar, iż-żgħar, u l-annimali kollha flimkien fil-Ġenna tal-art

Dalwaqt, Satana, id-​demonji tiegħu, u n-​nies ħżiena kollha mhux se jkunu għadhom hawn. Dawk kollha ħajjin se jqimu lil Ġeħova. M’aħniex se nimirdu jew immutu. Minflok, se nqumu kuljum mimlijin enerġija u ferħanin li aħna ħajjin. Id-​dinja se ssir ġenna tal-​art. Kulħadd se jkollu ikel tajjeb u jkollu moħħu mistrieħ fid-​dar tiegħu. In-​nies se jkollhom qalbhom tajba, u mhux se jkunu kattivi jew vjolenti. L-​ebda annimal mhu se jbeżżagħna u aħna lanqas ma se nibżgħu minnu.

Se jkun żmien taʼ eċċitament kbir meta Ġeħova jibda jqajjem lin-​nies mill-​mewt. Se nilqgħu lura nies mill-​passat, bħal Abel, Noè, Abraham, Sara, Mosè, Rut, Ester, u David. Huma se jieħdu sehem magħna f’li nibdlu d-​dinja kollha f’ġenna tal-​art. Dejjem se jkun hemm ħafna xogħol interessanti x’nagħmlu.

Ġeħova jixtieqek tkun hemmhekk. Int se ssir tafu b’modi li qatt ma immaġinajt qabel. Ejja nibqgħu nsaħħu l-​ħbiberija li għandna maʼ Ġeħova kuljum, issa u għal dejjem!

“Int jistħoqqlok, Ġeħova, Alla tagħna, li tirċievi l-​glorja u l-​unur u l-​qawwa, għax int ħlaqt l-​affarijiet kollha.”—Rivelazzjoni 4:11

Mistoqsijiet: Is-​Saltna t’Alla b’liema modi se tbiddel il-​ħajja fuq l-​art? Min-​nies kollha li qrajt fuqhom f’dan il-​ktieb, maʼ min tixtieq tiltaqaʼ fil-​Ġenna tal-​art?

Rivelazzjoni 21:3, 4; Ġob 33:25; Proverbji 2:21, 22; Isaija 11:2-10; 33:24; 65:21; Mattew 6:9, 10; Ġwanni 5:28, 29; 17:3

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja