LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • my storja 5
  • Tibda Ħajja Iebsa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Tibda Ħajja Iebsa
  • Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Għala Tilfu d-Dar Tagħhom
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Kif Kienet il-Ħajja fil-Ġenna tal-Art?
    Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem
  • Adam u Eva m’obdewx lil Alla
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Alla ħalaq l-ewwel raġel u mara
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
Ara Iżjed
Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
my storja 5

STORJA 5

Tibda Ħajja Iebsa

BARRA l-​ġnien tal-​Għeden, Adam u Eva kellhom ħafna problemi. Kellhom jaħdmu iebes biex jieklu. Minflok siġar tal-​frott mill-​isbaħ, raw ħafna xewk u ħaxix ħażin jikber madwarhom. Hekk ġara meta Adam u Eva m’obdewx lil Alla u ma baqgħux il-​ħbieb Tiegħu.

Imma agħar minn hekk, Adam u Eva bdew imutu. Ftakar li Alla kien wissiehom li kienu se jmutu jekk jieklu l-​frott mis-​siġra li qalilhom ma jiħdux minnha. Allura, dakinhar stess li kielu bdew imutu. Kemm kienu boloh li ma semgħux minn Alla!

It-​tfal t’Adam u Eva kollha twieldu wara li Alla tefaʼ l-​ġenituri tagħhom ’il barra mill-​ġnien tal-​Għeden. Dan ifisser li t-​tfal ukoll kellhom jixjieħu u jmutu.

Jaħasra, li kieku Adam u Eva semgħu minn Ġeħova, il-​ħajja kienet se tkun mimlija ferħ kemm għalihom u kemm għat-​tfal tagħhom! Kieku kienu jgħixu kollha għal dejjem ferħanin fuq l-​art. Ħadd ma kien se jkollu jixjieħ, jimrad, u jmut.

Alla jrid li n-​nies jgħixu ferħanin għal dejjem, u Hu jwiegħed li xi darba hekk se jiġri. Mhux biss l-​art kollha se tkun sabiħa ħafna, imma n-​nies kollha se jkunu fʼsaħħithom. U kulħadd fuq l-​art se jkun ħabib tajjeb maʼ kulħadd u m’Alla.

Imma Eva ma baqgħetx ħabiba t’Alla. Għalhekk, kien diffiċli ħafna għaliha biex ikollha t-​tfal. Għaddiet minn ħafna wġigħ. Żgur li ġabet ħafna niket fuqha nfisha għaliex m’obdietx lil Ġeħova, hux veru?

Adam u Eva kellhom ħafna tfal. Meta twieled l-​ewwel tifel tagħhom, huma semmewh Kajjin. It-​tieni tifel semmewh Abel. Xi ġralhom dawn it-​tfal? Int taf?

Ġenesi 3:16-23; 4:1, 2; Rivelazzjoni 21:3, 4.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja