LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 2 p. 10-p. 11 para. 1
  • Alla ħalaq l-ewwel raġel u mara

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla ħalaq l-ewwel raġel u mara
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • L-Ewwel Raġel u Mara
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Għala nixjieħu u mmutu?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Pubbliku)—2019
  • Il-mewt, l-aħħar għadu, tinġieb fix-xejn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Il-​mewt u l-​irxoxt ta’ Ġesù—X’jistgħu jfissru għalik
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 2 p. 10-p. 11 para. 1
Adam u Eva fil-ġnien tal-Għeden

LEZZJONI 2

Alla ħalaq l-ewwel raġel u mara

Ġeħova għamel ġnien f’post jismu Għeden. Dan il-​ġnien kien mimli fjuri, siġar, u annimali. Imbagħad Alla għamel l-​ewwel raġel mit-​trab u nefaħ fi mnifsejh, u semmieh Adam. Taf x’ġara mbagħad? Ir-​raġel sar persuna ħajja! Ġeħova ried lil Adam jieħu ħsieb il-​ġnien, u Hu qallu biex jagħti isem lil kull annimal.

Ġeħova ta lil Adam kmand importanti. Hu qal lil Adam: ‘Mill-​frott tas-​siġar kollha tistaʼ tiekol, ħlief minn siġra waħda speċjali. Jekk tiekol mill-​frott taʼ dik is-​siġra, int tmut żgur.’

Iktar tard Ġeħova qal: ‘Se nagħmel lil xi ħadd biex jgħin lil Adam.’ Hu ġiegħel lil Adam jorqod fil-​fond, u mbagħad Alla ħadlu waħda mill-​kustilji biex joħloq mara għal Adam. Isimha kien Eva. Adam u Eva saru l-​ewwel familja. Kif ħassu Adam dwar il-​mara tiegħu? Hu tant ħassu ferħan li qal: ‘Ara x’għamel Ġeħova mill-​kustilja tiegħi! Sa fl-​aħħar! Għandi lil xi ħadd bħali.’

Ġeħova qal lil Adam u Eva biex ikollhom it-​tfal u jimlew l-​art. Hu riedhom jieħdu pjaċir jaħdmu flimkien f’li jagħmlu l-​art kollha ġenna, jew ġnien sabiħ, bħall-​ġnien tal-​Għeden. Imma mhux hekk ġara. Taf għala? Se nitgħallmu iktar fil-​lezzjoni li jmiss.

“Sa mill-​bidu dak li ħalaqhom għamilhom raġel u mara.”—Mattew 19:4

Mistoqsijiet: Ġeħova liema xogħol tah jagħmel lil Adam? X’kien se jiġrilhom Adam u Eva jekk jieklu mis-​siġra li Alla qal li ma kellhomx jieklu?

Ġenesi 1:27-31; 2:7-9, 15-23; Salm 115:16; Mattew 19:4-6

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja