LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lfb lezzjoni 5 p. 18-p. 19 para. 5
  • L-arka taʼ Noè

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • L-arka taʼ Noè
  • Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • Materjal Simili
  • Noè Jibni Arka
    Il-Ktieb Tiegħi taʼ Stejjer mill-Bibbja
  • Id-Dilluvju l-Kbir—Min Sema’? Min Ma Semax?
    Ismaʼ Minn Alla u Tgħix Għal Dejjem
  • “Mexa ma’ l-Alla l-Veru”
    Imita l-Fidi Tagħhom
  • Kulħadd Jistaʼ Jitgħallem mill-Vidjo Noah—He Walked With God
    Il-Ministeru tas-Saltna—2002
Ara Iżjed
Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
lfb lezzjoni 5 p. 18-p. 19 para. 5
Noè u l-familja tiegħu jibnu l-arka

LEZZJONI 5

L-arka taʼ Noè

Maż-​żmien, kien hemm ħafna nies fuq l-​art. Ħafna minnhom kienu ħżiena. Anke xi anġli fis-​sema saru ħżiena. Huma telqu l-​post tagħhom fis-​sema biex jiġu hawn fuq l-​art. Taf għala għamlu hekk? Biex b’hekk huma setgħu jinbidlu fi rġiel umani u jiżżewġu nisa.

In-​nisa kellhom ulied subien minn dawn l-​anġli. Dawn is-​subien kibru u kienu b’saħħithom ħafna u saru bulijiet. Huma kienu jweġġgħu lin-​nies. Ġeħova ma setax iħalli l-​affarijiet jibqgħu sejrin hekk. Allura, iddeċieda li jeqred lin-​nies ħżiena b’dulluvju.

Noè u l-familja tiegħu jibnu l-arka u jippreparaw l-ikel

Imma kien hemm raġel li kien differenti. Hu kien iħobb lil Ġeħova. Kien jismu Noè. Hu kellu mara u tliet subien, Sem, Ħam, u Ġafet, u kull wieħed minnhom kellu mara. Ġeħova qal lil Noè biex jibni arka kbira, li hi kaxxa kbira tal-​injam li tistaʼ tifflowtja fuq l-​ilma, biex hu u l-​familja tiegħu jkunu jistgħu jsalvaw mid-​Dulluvju. Ġeħova qal ukoll lil Noè biex idaħħal ħafna annimali ġewwa l-​arka biex huma wkoll jibqgħu ħajjin.

Noè mill-​ewwel beda jibni l-​arka. Hu u l-​familja tiegħu damu madwar 50 sena biex jibnuha. Huma bnew l-​arka eżatt kif kien qalilhom Ġeħova. Matul dak iż-​żmien, Noè wissa lin-​nies dwar li kien ġej Dulluvju. Imma ħadd ma semaʼ minnu.

Fl-​aħħar, kien wasal il-​ħin biex jidħlu fl-​arka. Ejja naraw x’ġara mbagħad.

“Għax bħalma kienu jiem Noè, hekk tkun il-​preżenza taʼ Bin il-​bniedem.”—Mattew 24:37

Mistoqsijiet: Ġeħova għala ddeċieda li jġib Dulluvju? Ġeħova x’qallu biex jagħmel lil Noè?

Ġenesi 6:1-22; Mattew 24:37-41; 2 Pietru 2:5; Ġuda 6

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja