LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • ijwbq artiklu 78
  • Alla veru jeżisti?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Alla veru jeżisti?
  • Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • It-​tweġiba tal-​Bibbja
  • Sors Uniku taʼ Għerf Superjuri
    X’Inhu l-Iskop tal-Ħajja? Kif Tista’ Ssibu?
  • Ma Nħossnix Kuntent b’Ħajti—Ir-Reliġjon, Alla, jew il-Bibbja Jistgħu Jgħinu?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Il-Ħallieq Jistaʼ Jagħti Iktar Sinjifikat lil Ħajtek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
  • Il-Bibbja—Ktieb mingħand Alla
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
ijwbq artiklu 78
Ir-raġġi tax-xemx jiddu minn ġos-sħab

Alla veru jeżisti?

It-​tweġiba tal-​Bibbja

Iva, il-​Bibbja tipprovdi evidenza li tikkonvinċina li Alla jeżisti. Hi tinkuraġġina biex nibnu fidi f’Alla, mhux billi nibilgħu kwalunkwe dikjarazzjonijiet reliġjużi, imma billi nużaw “il-​qawwa tar-​raġuni” u “l-​kapaċità intellettwali” tagħna. (Rumani 12:1; 1 Ġwanni 5:20) Ikkunsidra dan ir-​raġunar li ġej ibbażat fuq il-​Bibbja:

  • L-​eżistenza taʼ univers organizzat li fih il-​ħajja jindika li hemm Ħallieq. Il-​Bibbja tgħid: “Naturalment, kull dar tinbena minn xi ħadd, imma dak li bena kollox hu Alla.” (Ebrej 3:4) Għalkemm dan ir-​raġunar huwa sempliċi, bosta wħud taʼ edukazzjoni għolja jqisuh bħala raġunar sod ħafna.a

  • Bħala bnedmin, aħna għandna xewqa naturali biex nifhmu l-​iskop tal-​ħajja, kilba li tkun hemm anke wara li nissodisfaw il-​bżonnijiet fiżiċi tagħna. Dan huwa dak li l-​Bibbja ssejjaħlu “l-​bżonn spiritwali” tagħna, li jinkludi x-​xenqa li tkun taf u tqim lil Alla. (Mattew 5:3; Rivelazzjoni 4:11) Dan il-​bżonn spiritwali, mhux biss jagħti evidenza li Alla jeżisti, imma wkoll jindika li huwa Ħallieq kollu mħabba li jridna nissodisfaw dak il-​bżonn.—Mattew 4:4.

  • Il-​profeziji dettaljati li jinsabu fil-​Bibbja kienu miktubin sekli qabel iż-​żmien u twettqu eżattament kif kienu mbassrin. L-​eżattezza u d-​dettall taʼ dawn il-​profeziji tassew jagħtu x’tifhem li ġew minn sors ħafna aktar qawwi minn dak tal-​bnedmin.—2 Pietru 1:21.

  • Id-dinja tagħna kif tidher mill-ispazju

    Il-​kittieba tal-​Bibbja kellhom għarfien xjentifiku li kien ħafna aktar avvanzat minn taʼ dawk li kienu jgħixu fi żmienhom. Pereżempju, fil-​qedem ħafna nies kienu jemmnu li d-​dinja kienet tistrieħ fuq dahar annimal, bħal iljunfant, ħanżir salvaġġ, jew gendus. B’kuntrast, il-​Bibbja tgħid li Alla qed “idendel l-​art fuq ix-​xejn.” (Ġob 26:7) B’mod simili, il-​Bibbja b’mod korrett tiddeskrivi l-​forma tad-​dinja bħala “ċirku.”b (Isaija 40:22) Ħafna nies iħossu li l-​aktar spjegazzjoni raġunevoli għal fehma daqstant avvanzata hi li l-​kittieba tal-​Bibbja rċivew l-​informazzjoni mingħand Alla.

  • Il-​Bibbja twieġeb diversi mistoqsijiet diffiċli, it-​tip taʼ mistoqsijiet li meta ma jkunux imweġbin b’mod sodisfaċenti jistgħu jwasslu persuna għall-​ateiżmu. Pereżempju: Jekk Alla verament kollu mħabba u jistaʼ kollox, għala hawn daqstant tbatija u ħażen fid-​dinja? Ir-​reliġjon għala taʼ spiss tkun taʼ influwenza ħażina minflok tajba?—Titu 1:16.

a Pereżempju, l-​astronomu Allan Sandage darba qal hekk dwar l-​univers: “Ma naħsibx li daqstant ordni setaʼ ġie minn kaos. Bilfors li hemm xi ħaġa jew xi ħadd li organizza kollox. Għalija Alla hu misteru, imma hu l-​ispjegazzjoni għall-​miraklu tal-​eżistenza, ir-​raġuni għala hawn xi ħaġa minflok m’hawn xejn.”

b Il-​kelma oriġinali tradotta “ċirku” f’​Isaija 40:22 tistaʼ tiġi tradotta wkoll “sfera.” Ċerti traduzzjonijiet tal-​Bibbja jgħidu, “il-​globu tal-​art.”—Douay Version.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja