LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w06 1/1 pp. 2-4
  • It-Tajjeb Imdawwar bil-Ħażin

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tajjeb Imdawwar bil-Ħażin
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Ħażen Qed Jiżdied
  • It-Tajjeb Kontra l-Ħażin—Battalja Dejjiema
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • It-Tajjeb Qatt se Jikkonkwista lill-Ħażin?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Kif it-Tajjeb Se Jirbaħ lill-Ħażin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Il-Problema tas-Sofferenza tal-Bniedem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
w06 1/1 pp. 2-4

It-​Tajjeb Imdawwar bil-​Ħażin

FID-​DINJA taʼ llum, donnu li ftit nies huma lesti li jagħtu minnhom infushom. Però, xi wħud għadhom jixtiequ jbiddlu s-​sitwazzjoni—billi jagħmlu l-​ġid lil ħaddieħor b’xi mod. Kull sena, għadd kbir taʼ nies jagħtu biljuni taʼ liri lil dawk li jarawhom bħala organizzazzjonijiet taʼ karità li jagħmlu l-​ġid. Per eżempju, fil-​Britannja d-​donazzjonijiet għall-​karità laħqu quċċata taʼ 13-il biljun dollaru Amerikan fl-​2002. Mill-​1999, għaxar filantropi ġenerużi taw jew wiegħdu li jagħtu iktar minn 38 biljun dollaru Amerikan biex jgħinu lil min hu fil-​bżonn.

Xi ftit mill-​affarijiet tajbin li twettqu mill-​ħaddiema tal-​karità jinkludu l-​ħlas tal-​kontijiet mediċi għall-​familji bi qligħ baxx, it-​taħriġ u l-​gwida għat-​tfal b’ġenitur wieħed, il-​provvediment taʼ fondi għall-​programmi tat-​tilqim f’pajjiżi li qed jiżviluppaw, jagħtu lit-​tfal l-​ewwel ktieb tagħhom, jipprovdu annimali għat-​tnissil lill-​bdiewa f’pajjiżi foqra, u jwasslu l-​provvedimenti biex jgħinu lill-​vittmi tad-​diżastri naturali.

Il-fatti li għadna kif semmejna juru li l-​bnedmin huma kapaċi jagħmlu l-​ġid lil oħrajn. B’dispjaċir, però, hemm ukoll ħafna nies li jwettqu ħażen li ma tistax tiddeskrivih.

Il-​Ħażen Qed Jiżdied

Mit-​tmiem tat-​tieni gwerra dinjija ’l hawn, kien hemm iktar minn 50 inċident dokumentat taʼ ġenoċidju u qtil taʼ folol kbar taʼ nies minħabba l-​politika. Il-​ġurnal American Political Science Review jgħid: “Dawn l-​episodji swew il-​ħajjiet taʼ mill-​inqas 12-il miljun ruħ u ammont kbir taʼ 22 miljun ċittadin, iktar mill-​vittmi kollha tal-​gwerer ġol-​pajjiżi jew gwerer internazzjonali mill-​1945 ’l hawn.”

Matul l-​aħħar nofs tas-​seklu 20, xi 2.2 miljun ruħ inqatlu fil-​Kambodja għal raġunijiet politiċi. Minħabba l-​mibegħda etnika fl-​Irwanda, inqatlu iktar minn 800,000 raġel, nisa, u tfal. Qtil minħabba r-​reliġjon u l-​politika fil-​Bosnia ħa l-​ħajja taʼ iktar minn 200,000 ruħ.

Meta identifika atti taʼ ħażen iktar reċenti, is-​segretarju ġenerali tal-​Ġnus Magħquda qal fl-​2004: “Fl-​Iraq, naraw in-​nies ċivili massakrati bla ħniena, waqt li dawk li jipprovdu l-​għajnuna, il-​ġurnalisti, u nies ċivili oħra jittieħdu bħala ostaġġi u jinqatlu b’mod tassew krudili. Fl-​istess ħin, rajna lill-​ħabsin mill-​Iraq jiġu abbużati bl-​ikrah. F’Darfur, naraw popolazzjonijiet sħaħ li kellhom jaħarbu minn djarhom, u djarhom inqerdu, waqt li l-​istupru huwa tattika li jużaw minn jeddhom. Fit-​tramuntana taʼ l-​Uganda, naraw tfal li jiġu mmankati u sforzati jieħdu sehem f’għemejjel taʼ kattiverija terribbli. F’Beslan, insibu tfal li jittieħdu bħala ostaġġi u jiġu massakrati brutalment.”

Anki f’pajjiżi li jissejħu żviluppati, il-​kriminalità minħabba l-​mibegħda qed tikber. Per eżempju, Independent News irrapportat li fl-​2004 fil-​Britannja kien hemm “żjieda taʼ ħdax-il darba iktar vittmi t’attakki jew t’abbuż minħabba r-​razziżmu f’dawn l-​aħħar għaxar snin.”

Il-bnedmin li huma tant kapaċi jagħmlu t-​tajjeb għala jwettqu għemejjel ħżiena bħal dawn? Qatt se neħilsu mill-​ħażen? Bħalma juri l-​artiklu li jmiss, il-​Bibbja tipprovdi tweġibiet sodisfaċenti għal dawn il-​mistoqsijiet li jħabblu l-​moħħ.

[Sors tal-​Istampa f’paġna 2]

QOXRA: Mark Edwards/Still Pictures/Peter Arnold, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja