LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w02 12/15 pp. 3-5
  • It-Twelid taʼĠesù—Kif u Għala Seħħ

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Twelid taʼĠesù—Kif u Għala Seħħ
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Għala Kien Neċessarju
  • L-​Iktar Raġuni Importanti
  • Il-verġni Marija—X’tgħid il-Bibbja dwarha?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Ġesù Kristu—Mibgħut Minn Alla?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • It-Twelid taʼ Ġesù—Kif Iġib il-Paċi
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
w02 12/15 pp. 3-5

It-​Twelid taʼĠesù—Kif u Għala Seħħ

“MA JISTAX IKUN!” Ħafna li m’humiex Kristjani hekk jgħidu meta jisimgħu r-​rakkont tat-​twelid taʼ Ġesù. Iħossu li m’huwiex xjentifikament korrett li tfajla verġni tiled iben mingħajr ma jkollha x’taqsam maʼ raġel. Inti x’taħseb?

Fl-​1984, The Times taʼ Londra ppubblikat ittra dwar dan is-​suġġett, u fiha tistqarr: “Loġikament ma jagħmilx sens li tuża x-​xjenza biex targumenta kontra l-​mirakli. It-​twemmin li l-​mirakli ma jistgħux isiru huwa att taʼ fidi daqskemm huwa t-​twemmin li l-​mirakli jistgħu jsiru.” L-​ittra ġiet iffirmata minn 14-il professur tax-​xjenza f’universitajiet Britanniċi. Huma qalu: “Aħna naċċettaw bil-​ferħ it-​twelid minn verġni, il-​mirakli taʼ l-​Evanġelju, u l-​irxoxt taʼ Kristu bħala ġrajjiet storiċi.”

Madankollu, nistgħu nifhmu għala xi individwi jibqgħu skantati meta jisimgħu għall-​ewwel darba l-​istorja dwar li Ġesù twieled minn verġni. Anki l-​omm verġni taʼ Ġesù stess baqgħet skantata meta l-​anġlu t’Alla qalilha: “Ara, inti se tnissel fil-​ġuf u jkollok iben u ssemmih Ġesù.” Bi tweġiba, Marija staqsiet: “Kif ikun dan, ladarba ma nagħrafx raġel?” L-​anġlu mbagħad spjegalha li Alla kien se jwettaq dan il-​miraklu permezz taʼ l-​ispirtu qaddis Tiegħu, u żied: “Għal Alla ma hemm xejn li ma jistax isir.” (Luqa 1:​31, 34-37) Ċertament, il-​Wieħed li ħalaq il-​proċess meraviljuż tar-​riproduzzjoni tal-​bniedem setaʼ wkoll jikkaġuna t-​tnissil u t-​twelid taʼ Ġesù minn verġni safja. Ladarba Alla ħalaq l-​univers u l-​liġijiet preċiżi tiegħu, hu setaʼ wkoll juża bajda mill-​ovarji taʼ Marija biex jipproduċi Iben uman perfett.

Għala Kien Neċessarju

Ir-​raġel devot Ġużeppi kien għarus lil Marija meta din ħarġet tqila. F’ħolma, l-​anġlu t’Alla spjega lil Ġużeppi r-​raġuni meraviljuża għala l-​għarusa verġni tiegħu kienet tqila. L-​anġlu qallu: “Xejn la tibżaʼ tieħu għandek lil martek Marija, għax dak li tnissel fiha ġej mill-​Ispirtu s-​Santu. Hi se jkollha iben, u inti ssemmih Ġesù, għax hu jsalva l-​popli tiegħu minn dnubiethom.” (Mattew 1:​20, 21) L-​isem Ġesù bil-​Lhudi jfisser “Jehovah Hu Salvazzjoni.” Dan ifakkarna fil-​bżonn taʼ salvazzjoni mid-​dnub u l-​mewt u fil-​provvediment t’Alla Jehovah għal din is-​salvazzjoni permezz taʼ Ġesù.

Minħabba li l-​ewwel bniedem, Adam, dineb, in-​nisel tiegħu kollu twieled imperfett, bit-​tendenza li jikser il-​liġijiet t’Alla. (Rumani 5:12) Id-​dixxendenti taʼ Adam kif setgħu jiġu salvati mid-​dnub u jiksbu l-​perfezzjoni? Ħajja umana perfetta oħra, li tikkorrispondi fil-​valur maʼ dik taʼ Adam, kellha tingħata bħala ħlas sabiex jinkiseb il-​bilanċ fuq il-​miżien tal-​ġustizzja. Huwa għalhekk li Alla kkaġuna t-​twelid mirakoluż tar-​raġel perfett, Ġesù, u huwa għalhekk li Ġesù ħalla lill-​għedewwa tiegħu joqtluh. (Ġwann 10:​17, 18; 1 Timotju 2:​5, 6) Wara li Ġesù ġie rxoxtat u telaʼ s-​sema, hu setaʼ jgħid b’mod kunfidenti: “Jien kont mejjet, u ara, jien issa ħaj għal dejjem taʼ dejjem, u għandi jinsabu l-​imfietaħ tal-​Mewt u taʼ Post il-​Mejtin [il-qabar komuni tal-​bniedem].”—Apokalissi 1:18.

Bl-imfietaħ figurattivi tal-​mewt u Post il-​Mejtin, Ġesù jiftaħ it-​triq għall-​bnedmin midinba biex jerġgħu jiksbu dak li tilef Adam. Ġesù spjega: “Jien hu l-​qawmien u l-​ħajja. Kull min jemmen fija, ukoll jekk imut, jgħix; u kull min jgħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt.” (Ġwann 11:​25, 26) X’wegħda mill-​isbaħ hi din! U madankollu, hemm raġuni saħansitra akbar għat-​twelid taʼ Ġesù.

L-​Iktar Raġuni Importanti

It-​tnissil taʼ Ġesù fil-​ġuf taʼ Marija ma kienx il-​bidu taʼ ħajtu. “Jiena nżilt mis-​sema,” stqarr hu b’mod ċar. (Ġwann 6:38) Ġesù għex fil-​qasam taʼ l-​ispirti maʼ Missieru tas-​sema mill-​bidu tal-​ħolqien. Fil-​fatt, il-​Bibbja tiddeskrivih bħala “l-​bidu tal-​Ħolqien taʼ Alla.” (Apokalissi 3:14) Mis-​sema, Ġesù ra r-​ribelljoni taʼ l-​anġlu ħażin li dawwar lill-​ewwel bnedmin kontra l-​ħakma t’Alla. Dan ta lil Ġesù l-​iktar raġuni importanti biex jitwieled bħala Iben uman u perfett t’Alla. X’kienet din ir-​raġuni?

Kienet biex juri li Missieru tas-​sema għandu d-​dritt li jaħkem l-​univers. Billi baqaʼ leali mit-​twelid sal-​mewt tiegħu fuq l-​art, Ġesù wera kemm kien lest li jissottometti ruħu għall-​mod kif Jehovah jaħkem lill-​ħlejjaq Tiegħu. Qabel ma miet f’idejn l-​għedewwa t’Alla, Ġesù stqarr b’mod ċar ir-​raġuni għala kien lest jagħti ħajtu bħala sagrifiċċju. Hu qal li dan kien biex id-​dinja tagħraf li hu jħobb lill-​Missier. (Ġwann 14:31) Kieku l-​ewwel żewġ bnedmin, Adam u Eva, żviluppaw imħabba bħal din, setgħu jibqgħu leali fil-​prova tagħhom li kienet tant iktar faċli.—Ġenesi 2:​15-17.

Ukoll, il-​lealtà taʼ Ġesù kixfet fil-​beraħ il-​fatt li l-​anġlu ħażin, Satana, huwa giddieb. Satana mmalafama lil Alla u lill-​bnedmin billi stqarr quddiem l-​anġli tas-​sema: “Il-​bniedem jagħti kull ma jkollu għal ħajtu!” (Ġob 2:​1, 4) Satana allega b’mod żbaljat li l-​ebda bniedem ma kien se jibqaʼ ubbidjenti lejn Alla jekk ħajtu tkun mhedda.

Il-​kwistjonijiet li għadna kif semmejna jisfidaw il-​ġustizzja u d-​dritt t’Alla li jmexxi. Biex isolvihom, Ġesù kien lest li jitwieled bħala bniedem u jibqaʼ leali sal-​mewt.

B’hekk, ir-​raġuni prinċipali għat-​twelid taʼ Ġesù fuq l-​art kienet, bħalma qal hu stess, biex ‘jixhed għall-​verità.’ (Ġwann 18:37) Hu għamel dan billi wera bil-​kliem u bil-​fatti li l-​ħakma t’Alla hija kompletament ġusta u li s-​sottomissjoni lejha tirriżulta f’ferħ dejjiemi. Ġesù spjega wkoll li hu ġie fid-​dinja sabiex jagħti l-​ħajja umana tiegħu “b’fidwa għall-​kotra,” u b’hekk jiftaħ it-​triq għall-​bnedmin midinba biex jiksbu l-​perfezzjoni u l-​ħajja taʼ dejjem. (Mark 10:45) Sabiex il-​bnedmin jifhmu dawn il-​kwistjonijiet vitali, kien hemm bżonn li t-​twelid taʼ Ġesù jitniżżel bil-​miktub. Barra minn hekk, il-​ġrajjiet marbutin mat-​twelid taʼ Ġesù fihom tagħlimiet importanti, bħalma se juri l-​artiklu li jmiss.

[Stampi f’paġna 4]

Kif setgħu d-​dixxendenti taʼ Adam jiġu salvati mid-​dnub?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja