LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w03 7/15 p. 3
  • Għandna Verament Bżonnhom lil Oħrajn?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għandna Verament Bżonnhom lil Oħrajn?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Materjal Simili
  • Tiżdied il-Problema taʼ Nies li Jħossuhom Waħedhom—Dak li Tgħid il-Bibbja
    Iktar Suġġetti
  • Għala Ma Nistgħux Inkunu Indipendenti Għalkollox
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
  • Jiżdied l-Ammont taʼ Nies li Qed Iħossuhom Waħedhom—Kif Tistaʼ Tkampa?
    Iktar Suġġetti
  • Il-Bibbja Kif Tistaʼ Tgħinek Biex Ma Tħossokx Waħdek?
    Iktar Suġġetti
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2003
w03 7/15 p. 3

Għandna Verament Bżonnhom lil Oħrajn?

“META neżaminaw ħajjitna u l-​attivitajiet tagħna, malajr nosservaw li kważi l-​azzjonijiet u x-​xewqat kollha tagħna huma relatati maʼ l-​eżistenza taʼ bnedmin oħra,” osserva x-​xjenzat tant magħruf Albert Einstein. Hu żied: “Aħna nieklu ikel li oħrajn ipproduċew, nilbsu ħwejjeġ li oħrajn għamlu, ngħixu fi djar li oħrajn bnew. . . . L-​individwu hu dak li hu u għandu l-​importanza li għandu mhux minħabba l-​valur tiegħu bħala individwu, imma minflok minħabba li hu membru taʼ komunità kbira taʼ bnedmin li tiggwida l-​eżistenza fiżika u spiritwali tiegħu mit-​twelid sal-​mewt.”

Fid-dinja taʼ l-​annimali, huwa komuni li tarahom jissieħbu flimkien minħabba l-​istint naturali tagħhom. L-​iljunfanti jmorru minn post għall-​ieħor fi qtajjaʼ, waqt li joqogħdu għassa maż-​żgħar tagħhom. L-​iljunessi jikkaċċjaw flimkien u jaqsmu l-​ikel tagħhom maʼ l-​iljuni. Id-​dniefel jilagħbu flimkien u saħansitra ġieli pproteġew annimali oħra jew għawwiema fil-​periklu.

Madankollu, ix-​xjenzati soċjali nnotaw tendenza fost il-​bnedmin li qed iġġagħalhom jinkwetaw dejjem iktar. Skond gazzetta pubblikata fil-​Messiku, xi xjenzati huma taʼ l-​opinjoni li “minħabba li n-​nies jagħmlu għaxriet taʼ snin iżolati u l-​ħajja tal-​komunità qed tiddeterjora, is-​soċjetà Amerikana qed tiġi effettwata għall-​agħar.” Il-​gazzetta stqarret li “l-​benesseri tal-​pajjiż jiddependi minn bidla soċjali li tinvolvi lil kulħadd; dan jinvolvi li terġaʼ tinbeda l-​ħajja f’komunità.”

Din il-​problema nfirxet speċjalment fost dawk li jgħixu f’pajjiżi żviluppati. Hemm tendenza li dejjem tikber taʼ ħafna wħud li qed jiżolaw ruħhom. In-​nies iridu ‘jgħixu ħajja indipendenti’ u jagħmlu minn kollox biex ma jħallux lil oħrajn ‘jindaħlulhom f’ħajjithom.’ Xi wħud iwaħħlu f’din l-​attitudni li wasslet biex is-​soċjetà umana ssir iktar disposta għall-​problemi emozzjonali, id-​dipressjoni, u s-​suwiċidju.

Rigward dan, it-​Tabib Daniel Goleman stqarr: “L-​iżolament soċjali—l-​idea li wieħed ma jkollu lil ħadd maʼ min jiftaħ qalbu jew iżomm kuntatt mill-​qrib—irdoppja l-​possibbiltà taʼ mard jew mewt.” Rapport li ħareġ fil-​ġurnal Science kkonkluda li l-​iżolament soċjali ‘għandu ħafna mit-​tort għar-​rati taʼ l-​imwiet daqs il-​vizzju tat-​tipjip, il-​pressjoni għolja, iż-​żjieda tal-​kolesterol, il-​ħxuna żejda, u n-​nuqqas t’eżerċizzju fiżiku.’

B’hekk, għal diversi raġunijiet, verament għandna bżonnhom lil oħrajn. Ma nistgħux inkunu indipendenti għalkollox. Għalhekk, kif tistaʼ tiġi solvuta l-​problema taʼ l-​iżolament? X’inhu li jagħmel il-​ħajjiet taʼ ħafna mimlijin bi skop? L-​artiklu li jmiss se jwieġeb dawn il-​mistoqsijiet.

[Kumment f’paġna 3]

“Kważi l-​azzjonijiet u x-​xewqat kollha tagħna huma relatati maʼ l-​eżistenza taʼ bnedmin oħra.”​—Albert Einstein

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja