LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 9/15 pp. 30-31
  • Huwa Importanti Dak li Ħaddieħor Jaħseb Dwarna?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Huwa Importanti Dak li Ħaddieħor Jaħseb Dwarna?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • L-​Opinjoni taʼ Min Hi Importanti?
  • Niksbu r-​Rispett taʼ Dawk li Jopponuna
  • Opinjonijiet li Huma Importanti
  • Niddefendu l-Fidi Tagħna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • X’Sar Minnu r-Rispett Lejn Oħrajn?
    Stenbaħ!—2024
  • Nimxu bil-Għerf Rigward id-Dinja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Mibgħudin Għalxejn
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 9/15 pp. 30-31

Huwa Importanti Dak li Ħaddieħor Jaħseb Dwarna?

KWAŻI kulħadd jieħu pjaċir bit-​tifħir. Il-​kumplimenti jistgħu jġagħluna nħossuna tajjeb, jagħtuna sens taʼ sodisfazzjon. L-​approvazzjoni tistaʼ wkoll tgħinna nkunu rridu ntejbu dak li nagħmlu. L-​oppost huwa minnu meta nsiru nafu li xi wħud jiddiżapprovawna. Respons aħrax jew kritika tistaʼ tħarbat id-​determinazzjoni tagħna. Dak li ħaddieħor jaħseb dwarna jistaʼ jkollu effett profond fuq dak li naħsbu dwarna nfusna.

Ikun żball kbir jekk ninjoraw dak li ħaddieħor jaħseb dwarna. Aħna nistgħu nibbenefikaw jekk ikollna lil ħaddieħor jeżamina l-​kondotta tagħna. Meta jkunu bbażati fuq prinċipji morali għoljin, l-​opinjonijiet t’oħrajn jistgħu jkunu taʼ benefiċċju, billi jqanqluna nkunu retti. (1 Korintin 10:​31-​33) Madankollu, l-​opinjoni tal-​pubbliku spiss tkun verament inġusta. Aħseb dwar l-​opinjoni mċajpra tal-​qassisin ewlenin u t’oħrajn lejn Ġesù Kristu meta “bdew iwerżqu u jgħidu: ‘Sammru maʼ zokk! Sammru maʼ zokk!’” (Luqa 23:​13, 21-​25) Għandu mnejn li sempliċement ikollok twarrab opinjonijiet ibbażati fuq informazzjoni żbaljata jew influwenzati minn għira jew preġudizzju. Għalhekk, irridu nużaw id-​dehen u nirreaġixxu b’mod għaqli għall-​opinjonijiet t’oħrajn.

L-​Opinjoni taʼ Min Hi Importanti?

Aħna rridu l-​approvazzjoni taʼ dawk li huma qrib tagħna fil-​qima vera. Dawn jinkludu membri tal-​familja li huma fil-​verità u ħutna Kristjani. (Rumani 15:2; Kolossin 3:​18-​21) L-​imħabba u r-​rispett taʼ ħutna fit-​twemmin u l-​fatt li “ninkuraġġixxu lil xulxin” ifisser ħafna għalina. (Rumani 1:​11, 12) ‘B’umiltà nqisu lill-​oħrajn superjuri għalina.’ (Filippin 2:​2-4) Iktar minn hekk, aħna nfittxu u nqisu taʼ valur l-​approvazzjoni taʼ “dawk li qed imexxu” fostna​—l-​anzjani fil-​kongregazzjoni.​—Ebrej 13:17.

Xi ħaġa li nixtiequ wkoll hi “xiehda tajba min-​nies taʼ barra.” (1 Timotju 3:7) Kemm hu inkuraġġanti meta qrabatna, dawk li naħdmu magħhom, u l-​ġirien li m’humiex taʼ l-​istess twemmin jirrispettawna! U m’huwiex minnu li nipprovaw inħallu impressjoni tajba fuq dawk li nagħtuhom xiehda sabiex ikollhom ħarsa favorevoli lejn il-​messaġġ tas-​Saltna? Il-​fatt li għandna reputazzjoni fil-​komunità bħala li aħna nies nodfa moralment, retti, u onesti jġib glorja lil Alla. (1 Pietru 2:​12) Però, qatt ma nistgħu nagħmlu kompromess fuq il-​prinċipji Bibliċi biex nirbħu l-​favur t’oħrajn; u lanqas ma nistgħu naġixxu bħal ipokriti biex nimpressjonawhom. Irridu nagħrfu l-​fatt li hu impossibbli li nogħġbu lil kulħadd. Ġesù qal: “Kieku kontu parti mid-​dinja, id-​dinja kienet tkun ferħana b’dak li hu tagħha. Issa għax m’intomx parti mid-​dinja, imma għażiltkom mid-​dinja, minħabba f’hekk tobgħodkom id-​dinja.” (Ġwanni 15:19) Nistgħu nagħmlu xi ħaġa biex niksbu r-​rispett taʼ dawk li jopponuna?

Niksbu r-​Rispett taʼ Dawk li Jopponuna

Ġesù wissa: “U intom tkunu mibgħudin minn kulħadd minħabba ismi; imma min jissaporti sat-​tmiem jiġi salvat.” (Mattew 10:22) Din il-​mibegħda spiss tqajjem akkużi ħorox. Uffiċjali tal-​gvern preġudikati jistgħu jittimbrawna bħala wħud li “naqilgħu l-​inkwiet” jew li “nobogħdu l-​gvern.” Xi wħud minn dawk li jopponuna bil-​miftuħ forsi jgħidu li aħna setta li taqlaʼ l-​inkwiet u li għandha tiġi mwaqqfa. (Atti 28:22) Dawn l-​akkużi foloz kultant jistgħu jiġu mtaffijin. Kif? Billi nsegwu l-​parir taʼ l-​appostlu Pietru: “Kunu dejjem lesti li tiddefendu ruħkom quddiem kulmin ikun irid raġuni għat-​tama li għandkom, imma dan agħmluh bil-​ħlewwa u b’rispett profond.” (1 Pietru 3:​15) Iktar minn hekk, għandna nużaw “kliem mimli saħħa li ma jistax jiġi kundannat, sabiex min hu kontra jistħi, għax ma jkollu xejn vili x’jgħid fuqna.”​—Titu 2:8.

Filwaqt li nipprovaw innaddfu isimna minn kwalunkwe tmaqdir, m’għandniex għalfejn inħossuna skuraġġiti jew imnikktin meta niġu malafamati b’mod inġust. Ġesù, l-​Iben perfett t’Alla, ġie akkużat bid-​dagħa, is-​sedizzjoni, u saħansitra l-​ispiritiżmu. (Mattew 9:3; Marku 3:​22; Ġwanni 19:12) L-​appostlu Pawlu ġie malafamat. (1 Korintin 4:​13) Kemm Ġesù u kemm Pawlu injoraw din il-​kritika u baqgħu beżlin f’xogħolhom. (Mattew 15:14) Kienu jafu li qatt ma setgħu jiksbu l-​approvazzjoni taʼ l-​għedewwa tagħhom, ladarba “d-​dinja kollha qiegħda taħt il-​qawwa tal-​Ħażin.” (1 Ġwanni 5:​19) Illum niffaċċjaw l-​istess sfida. M’għandniex għalfejn inħossuna intimidati meta dawk li jobogħduna jxerrdu gideb dwarna.​—Mattew 5:​11.

Opinjonijiet li Huma Importanti

Dak li ħaddieħor jaħseb dwarna jvarja ħafna, skond il-​motivi tagħhom u dak li semgħu dwarna. Niġu mfaħħrin u onorati minn xi wħud, imkasbrin u mibgħudin minn oħrajn. Madankollu, sakemm qed niġu gwidati minn prinċipji Bibliċi għandna kull raġuni biex nibqgħu ferħanin u fil-​paċi.

L-appostlu Pawlu kiteb: “L-​Iskrittura kollha hi mnebbħa minn Alla u tiswa biex tgħallem, twiddeb, tikkoreġi, tiddixxiplina fis-​sewwa, sabiex il-​bniedem t’Alla jkun kapaċi għalkollox, armat bis-​sħiħ għal kull għemil tajjeb.” (2 Timotju 3:​16, 17) Aħna niksbu l-​favur t’Alla Ġeħova u taʼ Ibnu, Ġesù Kristu, billi naċċettaw bi gratitudni l-​Kelma t’Alla bħala l-​gwida tagħna f’kollox. Fl-​aħħar mill-​aħħar, l-​opinjonijiet li huma importanti huma dawk taʼ Ġeħova u taʼ Ibnu. Dak li huma jaħsbu dwarna jirrifletti kemm tassew niswew. Wara kollox, ħajjitna tiddependi mill-​approvazzjoni tagħhom.​—Ġwanni 5:​27; Ġakbu 1:​12.

[Kumment f’paġna 30]

“It-​tifħir iġagħalni nistħi għax f’qalbi nkun qed nixxennaq għalih.”—POETA INDJAN RABINDRANATH TAGORE

[Stampi f’paġna 31]

L-​opinjonijiet taʼ ħutna fit-​twemmin huma importanti

[Sors tal-​Istampa f’paġna 30]

Culver Pictures

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja