LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • gf lezzjoni 4 pp. 6-7
  • Kif Tistaʼ Titgħallem Dwar Alla

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif Tistaʼ Titgħallem Dwar Alla
  • Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
  • Materjal Simili
  • Min Hu Alla?
    Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Ġeħova b’liema modi jħobbna?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Ittra Mingħand Alla li Jħobb
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • Min hu Alla?
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
gf lezzjoni 4 pp. 6-7

LEZZJONI NRU. 4

Kif Tista’ Titgħallem Dwar Alla

Tista’ titgħallem dwar Jehovah billi taqra l-​Bibbja. Żmien ilu Alla qabbad ċerti bnedmin biex jiktbu l-​ħsibijiet tiegħu. Dawn il-​kitbiet huma msejħin il-​Bibbja. Illum nitgħallmu dwar Alla billi naqraw il-​Bibbja. Peress li l-​Bibbja fiha l-​kelma ta’ Jehovah, jew il-​messaġġ tiegħu, hija msejħa wkoll il-​Kelma t’Alla. Nistgħu nemmnu dak li tgħid il-​Bibbja għax Jehovah qatt ma jigdeb. “Ma jistax ikun li Alla jigdeb.” (Lhud 6:18, Saydon) Il-​Kelma t’Alla fiha l-​verità.—Ġwann 17:17.

Familja taqra l-Bibbja flimkien

Il-​Bibbja hija waħda mill-​iktar għotjiet prezzjużi li tana Alla. Hija bħal ittra mingħand missier kollu mħabba lil uliedu. Tgħidilna dwar il-​wegħda t’Alla li jbiddel l-​art f’post meraviljuż fejn ngħixu, li jagħmilha ġenna ta’ l-​art. Tgħidilna x’għamel fil-​passat, x’qed jagħmel issa, u x’se jagħmel fil-​futur għall-​ulied leali tiegħu. Din tgħinna wkoll insolvu l-​problemi tagħna u nsibu l-​ferħ.—2 Timotju 3:16, 17.

Ix-​Xhieda ta’ Jehovah huma l-​ħbieb t’Alla; huma se jgħinuk tifhem x’tgħallem il-​Bibbja. Sempliċement għidilhom li tixtieq tistudja l-​Bibbja. Ma jżommux flus ta’ dan. (Mattew 10:8) Iżjed minn hekk, tista’ tattendi l-​laqgħat Kristjani. Dawn jinżammu f’postijiet ta’ qima msejħin Swali tas-​Saltna. Jekk tattendi l-​laqgħat Kristjani, int se tkabbar iktar malajr l-​għarfien tiegħek dwar Alla.

Tista’ titgħallem dwar Alla mill-​affarijiet li għamel. Per eżempju, il-​Bibbja tgħid: “Alla ħalaq is-​sema u l-​art.” (Ġenesi 1:1) Meta Jehovah ħalaq “is-​sema,” hu għamel ix-​xemx. X’jgħallimna dan dwar Alla? Jgħallimna li Jehovah għandu qawwa kbira. Hu biss seta’ jagħmel xi ħaġa ta’ qawwa hekk kbira bħalma hi x-​xemx. Jurina wkoll li Jehovah hu għaref, ladarba kien meħtieġ l-​għerf biex jagħmel ix-​xemx, li tagħtina s-​sħana u d-​dawl u tibqa’ ma tispiċċax.

Il-​ħolqien ta’ Jehovah juri li hu jħobbna. Aħseb ftit dwar it-​tipi differenti ta’ frott li hawn fuq l-​art. Jehovah seta’ pprovdielna tip wieħed biss ta’ frott, jew saħansitra lanqas wieħed. Minflok, Jehovah tana minn kull xorta ta’ frott b’varjetà kbira t’għamliet, qisien, kuluri, u togħmiet. Dan juri li Jehovah m’huwiex biss Alla ta’ mħabba imma hu wkoll ferm ġeneruż, ta’ ħsieb, u ħanin.—Salm 104:24.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja