LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • rq lezzjoni 2 pp. 4-5
  • Min Hu Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Min Hu Alla?
  • Alla X’Jirrikjedi Minna?
  • Materjal Simili
  • Alla—Min Hu?
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Għandu Alla Jiġi Meqjum Permezz tax-Xbihat?
    Stenbaħ!—2008
  • Min Hu Alla?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • Min Hu Alla?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2002
Ara Iżjed
Alla X’Jirrikjedi Minna?
rq lezzjoni 2 pp. 4-5

Lezzjoni Nru. 2

Min Hu Alla?

Min hu dak Alla veru, u x’jismu? (1, 2)

Liema xorta taʼ ġisem għandu? (3)

Liema huma l-​kwalitajiet li jispikkaw tiegħu? (4)

Nistgħu nużaw xbihat u simboli fil-​qima tagħna lejh? (5)

Liema huma żewġ modi kif nistgħu nitgħallmu dwar Alla? (6)

1. In-​nies iqimu ħafna affarijiet. Imma l-​Bibbja tgħidilna li hemm biss Alla wieħed VERU. Hu ħalaq kollox fis-​sema u fuq l-​art. Minħabba li tana l-​ħajja, hu l-​uniku Wieħed li għandna nqimu.—1 Korintin 8:5, 6; Apokalissi 4:11.

2. Alla għandu bosta titli imma għandu biss isem wieħed. Dak l-​isem hu JEHOVAH. F’ħafna Bibbji, l-​isem t’Alla ġie mneħħi u ġie mibdul mat-​titli MULEJ jew ALLA. Imma meta nkitbet il-​Bibbja, l-​isem Jehovah deher fiha xi 7,000 darba!—Eżodu 3:15; Salm 83:19 [Salm 83:18, New World Translation].

3. Jehovah għandu ġisem, imma mhux bħal tagħna. “Alla huwa spirtu,” tgħid il-​Bibbja. (Ġwann 4:24) Spirtu huwa forma taʼ ħajja ħafna ogħla minn tagħna. Ebda bniedem ma qatt rah ’l Alla. Jehovah jgħix fis-​sema, imma jistaʼ jara kollox. (Salm 11:4, 5; Ġwann 1:18) X’inhu, iżda, l-​ispirtu qaddis? M’huwiex persuna bħal Alla. Minflok, huwa l-​forza attiva t’Alla.—Salm 104:30.

4. Il-​Bibbja tirrivelalna l-​personalità taʼ Jehovah. Turi li l-​kwalitajiet li jispikkaw tiegħu huma l-​imħabba, il-​ġustizzja, l-​għerf, u l-​qawwa. (Dewteronomju 32:4; Ġob 12:13; Isaija 40:26; 1 Ġwann 4:8) Il-​Bibbja tgħidilna li hu wkoll mimli ħniena, qalbu tajba, mimli maħfra, ġeneruż, u paċenzjuż. Aħna, bħal ulied ubbidjenti, għandna nipprovaw nimitawh.—Efesin 5:1, 2.

5. Nistgħu aħna mmilu quddiem jew nitolbu lil xbihat, stampi, jew simboli fil-​qima tagħna? Le! (Eżodu 20:4, 5) Jehovah jgħid li rridu nqimu lilu biss. Ma se jaqsam il-​glorja tiegħu maʼ ħadd u maʼ xejn iktar. Ix-​xbihat m’għandhomx saħħa jgħinuna.—Salm 115:4-8; Isaija 42:8.

6. Kif tistaʼ ssir taf lil Alla aħjar? Mod wieħed huwa billi tosserva l-​affarijiet li ħalaq u taħseb b’mod profond dwar x’jgħidulna. Il-​ħolqien t’Alla jurina li Hu għandu qawwa u għerf kbir. Naraw l-​imħabba tiegħu f’dak kollu li għamel. (Salm 19:2-7 [19:1-6, NW]; Rumani 1:20) Mod ieħor kif nistgħu nitgħallmu dwar Alla huwa billi nistudjaw il-​Bibbja. Fiha jgħidilna ħafna iktar dwar x’tip taʼ Alla hu. Jgħidilna wkoll dwar l-​iskop tiegħu u x’iridna nagħmlu.—Għamos 3:7; 2 Timotju 3:16, 17.

[Stampi f’paġna 5]

Nitgħallmu dwar Alla mill-​ħolqien u mill-​Bibbja

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja