Imxi Kif Istruwit Minn Jehovah
“Istruwini, O Jehovah, dwar il-mogħdija tiegħek. Jien se nimxi fil-verità tieghek. Għaqqad lil qalbi biex nibżaʼ minn ismek.”−SALM 86:11.
1, 2. X’iqanqal lix-Xhieda taʼ Jehovah biex ma jaċċettawx trasfużjonijiet tad-demm?
“JISTAʼ jkun li x-Xhieda taʼ Jehovah jagħmlu sewwa li jirrifiutaw l-użu taʼ prodotti tad-demm, għax huwa veru li għadd importanti taʼ aġenti patoġeniċi jistgħu jiġu trażmessi permezz taʼ demm trasfuż.”−Il-ġurnal mediku Franċiż Le Quotidien du Médecin, 15 taʼ Diċembru, 1987.
2 Xi wħud li qraw dak il-kumment forsi ħassew li hu b’kumbinazzjoni li x-Xhieda taʼ Jehovah irritutaw trasfużjonijiet tad-demm minn ħafna qabel ma sar magħruf b’mod ġenerali kemm dawn jistgħu jkunu perikolużi, saħansitra qattiela. Imma l-waqfa li ħadu x-Xhieda taʼ Jehovah dwar id-demm mhix b’kumbinazzjoni, u lanqas ma hi xi reġola vvintata minn xi setta stramba, waqfa li rriżultat minn biżaʼ li d-demm mhux taʼ min jorbot fuqu. Minflok, ix-Xhieda jirrifjutaw id-demm minħabba d-determinazzjoni tagħhom li jimxu b’ubbidjenza quddiem il-Għalliem Grandjuż tagħhom—Alla.
3. (a) David kif ħassu dwar id-dipendenza fuq Jehovah? (b) Lejn liema riżultat ħares ’il quddiem David għaliex fada f’Alla?
3 Is-Sultan David, li ħass id-dipendenza tiegħu fuq Alla, kien determinat li jkun istruwit minnu u li ‘jimxi fil-verità’ tiegħu. (Salm 86:11) David darba ngħatalu l-parir li jekk jevita li jsir ħati tad-demm f’għajnejn Alla, ‘ruħu tistaʼ turi li tkun imgeżwra fil-ħorġa tal-ħajja maʼ Jehovah.’ (1 Samwel 25:21, 22 25, 29) Bħalma n-nies igeżwru affarijiet taʼ valur biex jipproteġuhom u jippreservawhom, hekk il-ħajja taʼ David setgħet tkun protetta u ppreservata minn Alla. Billi aċċetta l-parir għaqli, David ma fittixx li jsalva lilu nnifsu bi sforzi persunali imma fada f’Dak li lilu kien jaf ħajtu: “Int se ġġagħalni nkun naf il-passaġġ tal-ħajja. Ferh sas-sodisfazzjon qiegħed maʼ wiċċek; hemm is-sbuħija fuq idek il-leminija għal dejjem.”−Salm 16:11.
4. David għala ried ikun struwit minn Jehovah?
4 B’dik l-attitudni, David ma ħassx li hu personalment setaʼ jagħżel liema liġijiet divini kienu validi jew li kellhom jiġu obduti. L-attitudni tiegħu kienet: “Istruwini, O Jehovah, fil-mogħdija tiegħek, u mexxini fil-passaġġ taʼ dak li hu rett.” “Istruwini, O Jehovah, dwar il-mogħdija tiegħek. Jien se nimxi fil-verità tiegħek. Għaqqad lil qalbi biex nibżaʼ minn ismek. Jien infaħħrek, O Jehovah Alla tiegħi, b’qalbi kollha.” (Salm 27:11; 86:11, 12) Kultant li timxi fil-verità quddiem Alla jistaʼ jidher li hu inkonvenjenti jew jistaʼ jfisser sagrifiċċju kbir, imma David ried li jkun istruwit fil-mogħdija t-tajba u li jimxi fiha.
Istruwit dwar id-Demm
5. David xi żgur li kien jaf dwar il-waqfa t’Alla fuq id-demm?
5 Tajjeb li ninnotaw li minn meta kien tifel, David kien imgħallem x’inhi l-ħarsa t’Alla dwar id-demm, liema ħarsa ma kinetx xi misteru reliġjuż. Meta l-Liġi kienet tinqara lill-poplu, David kien ikun samaʼ dan: “Ir-ruħ tal-laħam hi fid-demm, u jien stess poġġejtu fuq l-artal għalikom biex tagħmlu tpattija għal erwieħkom, għaliex huwa d-demm li jagħmel tpattija bir-rnh fih. Dak hu għala jien għedt lil ulied Iżrael: ‘Ebda ruħ minnkom ma trid tiekol demm u ebda resident barrani li qed igħammar bħala barrani f’nofskom ma għandu jiekol demm.”ˈ—Levitiku 17:11, 12; Dewteronomju 4:10; 31:11.
6. Kif kien hemm ħtieġa kontinwa għall-qaddejja t’Alla biex jiġu struwiti dwar id-demm?
6 Sakemm Alla dam juża lil Iżrael bħala l-poplu kkongregat tiegħu, dawk li riedu jogħġbuh kellhom bżonn li jkunu struwiti dwar id-demm. Ġenerazzjoni wara ġenerazzjoni taʼ tfal subien u bniet Iżraeliti ġew istruwiti b’dan il-mod. Imma kienet se tkompli struzzjoni bħal din wara li Alla aċċetta lill-kongregazzjoni taʼ Kristjani, billi kkostitwiehom bħala “l-Iżrael t’Alla”? (Galatin 6:16) Iva, tabilħaqq. Il-ħarsa t’Alla dwar id-demm ma nbidlitx. (Malakija 3:6) Il-pożizzjoni mistqarra tiegħu dwar li ma tużax ħażin id-demm kienet teżisti minn qabel ma l-patt tal-Liġi beda jgħodd, u kompliet wara li ntemmet il-Liġi.—Ġenesi 9:3, 4; Atti 15:28, 29.
7. Għala hu importanti għalina li nkunu struwiti minn Alla dwar id-demm?
7 Ir-rispett għad-demm hu ċentrali għall-Kristjanità. ‘Dik mhix esaġerazzjoni?’ xi wħud jistgħu jistaqsu. Iżda, x’hemm iktar ċentrali għall-Kristjanità mis-sagrifiċċju taʼ Ġesù? U l-appostlu Pawlu kiteb: “Permezz tiegħu [taʼ Ġesù] għandna l-ħelsien b’rahan permezz tad-demm taʼ dak, iva, il-maħfra tan-nuqqasijiet tagħna, skond ir-rikkezzi tal-qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu.” (Efesin 1:7) The Inspired Letters, tradott minn Frank C. Laubach, jagħti dan il-vers: “Id-demm taʼ Kristu ħallas għalina u issa nappartjenu Lilu.”
8. Il-“folla kbira” kif jiddependu fuq id-demm għall-ħajja?
8 Dawk kollha li jittamaw li jsalvaw fit-“tribulazzjoni l-kbira” u jgawdu l-barkiet t’Alla f’ġenna tal-art jiddependu fuq id-demm imxerred taʼ Ġesù. Rivelazzjoni 7:9-14 jiddeskrivihom u jgħid b’mod retrospettiv: “Dawn huma dawk li joħorġu mit-tribulazzjoni l-kbira, u ħaslu lbieshom u għamluhom bojod fid-demm tal-Ħaruf.” Innota l-lingwaġġ hawnhekk. Ma jgħidx li dawk li huma salvati mit-tribulazzjoni ‘aċċettaw lil Ġesù’ jew ‘poġġew fidi fih,’ għalkemm dawn ċertament li huma aspetti vitali. Imur pass iktar ’il quddiem u jgħid li huma “ħaslu lbieshom u għamluhom bojod fid-demm” taʼ Ġesù. Dan hu għaliex demmu għandu valur bħala rahan.
9. Għala hu tant serju li nobdu lil Jehovah rigward id-demm?
9 Apprezzament għal dan il-valur igħin lix-Xhieda taʼ Jehovah biex ikunu riżoluti li ma jużawx ħażin id-demm, saħansitra jekk tabib bis-sinċerità jsostni li trasfużjoni hija vitali. Hu forsi jemmen li l-benefiċċji potenzjali minn trasfużjoni jiswew iktar mir-riskji għas-saħħa li jiġu mid-demm innifsu. Imma l-Kristjan ma jistax jinjora riskju saħansitra akbar, ir-riskju taʼ li jitlef l-approvazzjoni t’Alla billi jaqbel mal-użu ħażin tad-demm. Pawlu darba tkellem dwar dawk li ‘pprattikaw id-dnub għax riedu wara li kienu rċevew il-għarfien eżatt tal-verità.’ Dnub taʼ dik ix-xorta għala kien tant serju? Għaliex wieħed bħal dan “għaffeġ fuq l-Iben t’Alla u stmah bħala taʼ valur ordinarju d-demm tal-patt li bih ġie mqaddes.”−Ebrej 9:16-24; 10:26-29.
Għin lil Oħrajn Jiġu Struwiti
10. X’hemm wara d-determinazzjoni tagħna biex nastjenu mid-demm?
10 Aħna li napprezzaw is-sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala rahan noqogħdu attenti li ma nipprattikawx id-dnub u b’hekk niċħdu l-valur taʼ demmu li jsalva l-ħajja. Billi ħsibna sewwa dwar din il-ħaġa, nirrealizzaw li sempliċiment il-gratitudni lejn Alla għall-ħajja għandha tqanqalna biex niċħdu kull kompromess għal-liġijiet taʼ tjieba tiegħu, li aħna fiduċjużi li ngħataw bl-aħjar interessi tagħna f’qalbu—l-aħjar interessi tagħna fit-tul. (Dewteronomju 6:24; Proverbji 14:27; Ekkleżjasti 8:12) X’ingħidu, iżda, dwar uliedna?
11-13. Liema ħarsa żballjata dwar uliedhom u d-demm għandhom xi ġenituri Kristjani, u għala?
11 Waqt li wliedna għadhom trabi jew żgħar wisq biex jifhmu, Alla Jehovah iħares lejhom bħala nodfa u aċċettabbli fuq il-bażi tad-devozzjoni tagħna. (1 Korintin 7:14) Mela huwa vera li ċ-ċkejknin f’dar Kristjana forsi jkunu għadhom ma fehmux u għamlu għażla dwar li jobdu l-liġi t’Alla dwar id-demm. Qegħdin aħna, madankollu, nagħmlu mill-aħjar li nistgħu biex ingħallmuhom f’din il-materja vitali? Ġenituri Kristjani għandhom iqisu dan serjament, għax xi ġenituri donnhom għandhom attitudni żballjata dwar uliedhom u d-demm. Xi wħud jidhru li jħossu li ma tantx tassew għandhom kontroll fuq jekk uliedhom minuri jingħatawx trasfużjoni. Għala din il-ħarsa żballjata?
12 Ħafna pajjiżi għandhom liġijiet u aġenziji governattivi biex jipproteġu tfal li jiġu ttraskurati jew abbużati. It-tfal tax-Xhieda taʼ Jehovah ma humiex qed jiġu ttraskurati jew abbużati meta l-ġenituri jiddeċiedu kontra li jħallu lill-maħbub binhom jew binthom jingħata d-demm, waqt li fl-istess ħin jitolbu l-użu taʼ terapiji alternattivi li l-mediċina moderna tistaʼ tipprovdi. Anki mill-aspett mediku, dan mhux traskuraġni jew abbuż, meta wieħed iqis il-perikli li jammettuhom minn terapija bi trasfużjoni. Huwa l-eżerċizzju tad-dritt li wieħed jiżen ir-riskji involuti u mbagħad jagħżel il-kura.a Iżda, xi nies fil-mediċina fittxew li jużaw provvedimenti legali biex ikollhom l-awtorità li jinforzaw trasfużjoni lil wieħed li ma jkunx iridha.
13 Xi ġenituri, billi jafu li jkun faċli għan-nies fil-mediċina li jiksbu appoġġ tal-qorti għal trasfużjoni fuq xi ħadd minuri, forsi jħossu li l-kwistjoni m’għadhiex iktar f’idejhom, li m’hemm xejn li l-ġenituri jistgħu jew jeħtieġ li jagħmlu. Kemm hi żballjata dik il-ħarsa!—Proverbji 22:3.
14. David u Timotew kif kienu struwiti f’żgħożithom?
14 Innotajna li David kien struwit fil-mogħdija t’Alla minn żgħożitu ’l fuq. Dan tah is-saħħa biex iqis il-ħajja bħala għotja mingħand Alla u biex ikun jaf li d-demm jirrappreżenta l-ħajja. (Qabbel 2 Samwel 23:14-17.) Timotew kien struwit fil-ħsieb t’Alla “mill-infanzja.” (2 Timotew 3:14, 15) Ma taqbilx li anki meta David u Timotew kien għad ma kellhomx l-età legali taʼ wieħed adult kif inhi meqjusa llum, żgur li kienu kapaċi jesprimu rwieħhom tajjeb dwar kwistjonijiet li jinvolvu r-rieda t’Alla? B’mod simili, ferm qabel ma jsiru adulti, il-Kristjani żgħar illum għandhom jiġu mgħallmin fil-mogħdija t’Alla.
15, 16. (a) Liema ħarsa żviluppat f’xi postijiet dwar id-drittijiet tal-minuri? (b) X’wassal biex wieħed minuri jingħata d-demm?
15 F’xi postijiet wieħed li hu hekk imsejjaħ minuri matur jingħata l-istess drittijiet bħal dawk tal-adulti. Fuq il-bażi tal-età jew tal-ħsieb matur, jew tat-tnejn, żagħżugħ jistaʼ jitqies bħala matur biżżejjed biex jagħmel id-deċiżjonijiet tiegħu stess dwar kura medika. Anki meta dan mhux liġi, imħallfin jew uffiċ-jali jistgħu jagħtu kas tajjeb tax-xewqat taʼ żagħżugħ li kapaċi jesprimi b’mod ċar id-deċiżjoni soda tiegħu dwar id-demm. Għall-kuntrarju, meta żagħżugħ ma hux kapaċi jesprimi t-twemmin tiegħu b’mod ċar u matur, il-qorti forsi tħoss li jkollha tiddeċiedi hi dak li jidher li hu l-aħjar, bħal fil-każ taʼ tarbija.
16 Wieħed żagħżugħ kien ilu jistudja l-Bibbja mhux b’mod regulari għal snin imma ma tgħammidx. Minkejja li kien biss sebaʼ ġimgħat ’il bogħod mill-età meta kien se jikseb id-“dritt li jiċħad xi kura medika għalih innifsu,” l-awtoritajiet tal-isptar fejn kien qed jingħata kura għal kanċer fittxew l-appoġġ tal-qorti biex jagħtuh trasfużjoni kontra x-xewqat tiegħu u dawk tal-ġenituri tiegħu. L-imħallef li kien taʼ kuxjenza staqsieh dwar it-twemmin tiegħu fuq id-demm u poġġielu xi mistoqsijiet bażiċi, bħal per eżempju l-ismijiet tal-ewwel ħames kotba tal-Bibbja. Iż-żagħżugħ ma kienx jafhom u lanqas ma setaʼ jagħti xiehda konvinċenti li hu fehem għala kien qed jirrifjuta d-demm. B’dispjaċir, l-imħallef awtorizza t-trasfużjonijiet, waqt li kkummenta: “Iċ-ċaħda [tiegħu] li jagħti kunsens għat-trasfużjonijiet tad-demm ma hix ibbażata fuq fehma matura tat-twemmin reliġjuż tiegħu stess.”
17. Liema pożizzjoni ħadet tfajla taʼ 14-il sena dwar li tingħata d-demm, u b’liema riżultat?
17 L-affarijiet jistgħu jispiċċaw differenti għal wieħed minuri li hu struwit sewwa fil-mogħdijiet t’Alla u li qed jimxi b’mod attiv fil-verità Tiegħu. Waħda Kristjana żagħżugħa kellha l-istess tip rari taʼ kanċer. It-tifla u l-ġenituri tagħha fehmu u aċċettaw kimoterapija modifikata minn wieħed speċjalista fi sptar magħruf. Xorta, il-każ ittieħed il-qorti. L-imħallef kiteb: “D.P. xiehdet li hi kienet se tirreżisti li jkollha trasfużjoni tad-demm b’kull mod li setgħet. Hi qieset trasfużjoni bħala invażjoni taʼ ġisimha u qabblitha maʼ stupru. Hi talbet lill-Qorti biex tirrispetta l-għażla tagħha u tippermettilha tkompli [fl-isptar] mingħajr trasfużjonijiet tad-demm ordnati mill-Qorti.” L-istruzzjoni Kristjana li kienet irċeviet sabitu jgħinha f’dan il-ħin diffidli.—Ara l-kaxxa.
18. (a) Waħda tifla milquta ħadet liema waqfa soda dwar li tirċievi d-demm? (b) L-imħallef x’iddeċieda dwar il-kura tagħha?
18 Tifla taʼ 12-il sena kienet qed tiġi kkurata għal leukemia. Aġenzija tal-kura tat-tfal daħħlet il-kwistjoni l-qorti biex id-demm ikun jistaʼ jiġi nforzat fuqha. L-imħallef ikkonkluda: “L. qalet lil din il-qorti b’mod ċar u tond li, jekk isir sforz biex issirilha trasfużjoni tad-demm, hi kienet se tiġġieled dik it-trasfużjoni bis-saħħa kollha tagħha. Hi qalet, u jien nemminha, li se twerżaq u tissara u li kienet se tiġbed il-labra ’l barra minn driegħha u se tipprova teqred id-demm fil-borża fuq is-sodda tagħha. Jien nirrifjuta li nagħti xi ordni li tistaʼ tagħti lil din it-tifla kedda bħal din . . . Maʼ din il-pazjenta, il-kura proposta mill-isptar tindirizza l-marda biss f’sens fiżiku. Tonqos li tindirizza l-ħtiġijiet emozzjonali tagħha u t-twemmin reliġjuż tagħha.”
Ġenituri—Istruwixxu Sewwa
19. Liema obbligu speċjali għandhom iwettqu l-ġenituri lejn uliedhom?
19 Esperjenzi bħal dawn iġorru messaġġ qawwi ferm għall-ġenituri li jixtiequ li kulħadd fil-familja tagħhom igħix skond il-liġi t’Alla dwar id-demm. Raġuni waħda għala Abraham kien il-Ħabib t’Alla kienet li Hu kien jaf li l-patrijarka kien “jikkmanda lil uliedu u lil taʼ daru warajh biex huma jżommu l-mogħdija taʼ Jehovah biex jagħmlu t-tjieba.” (Ġenesi 18:19) M’għandux dan ikun veru fil-każ taʼ ġenituri Kristjani llum? Jekk int ġenitur, qiegħed int tistruwixxi lill-maħbubin tfal tiegħek biex jimxu fil-mogħdija taʼ Jehovah biex huma dejjem se jkunu ‘lesti biex jagħmlu difiża quddiem kulmin jitlobhom raġuni għat-tama fihom, imma billi jagħmlu hekk bil-ħlewwa u b’rispett profond.’?—1 Pietru 3:15.
20. X’irridu primarjament li t-tfal tagħna jkunu jafu u jemmnu dwar id-demm? (Danjel 1:3-14)
20 Għalkemm ikun tajjeb għal uliedna li jkunu nformati dwar il-perikli taʼ mard u riskji oħra minn trasfużjonijiet tad-demm, li nistruwixxu lit-tfal tagħna fil-liġi perfetta t’Alla dwar id-demm ma jfissirx primarjament li nippruvaw indaħħlu fihom biżaʼ mid-demm. Jekk, per eżempju, imħallef jistaqsi lil tifla għala hi ma tridx li tingħata d-demm u t-tweġiba tagħha tkun essenzjalment li hi taħseb li d-demm hu perikoluż wisq jew ibeżżagħha, x’jistaʼ jkun l-effett? L-imħallef jistaʼ forsi jikkonkludi li hi għadha mhix matura u qed tibżaʼ żżejjed, sewwa sew bħalma forsi tant tibżaʼ minn operazzjoni għall-appendiċite li tibda tibki u tirreżisti din l-operazzjoni anki jekk il-ġenituri tagħha jħossu li jkun aħjar għaliha li tagħmilha. Iktar minn hekk, aħna innotajna iktar kmieni li r-raġuni fundamentali għala l-Kristjani joġġezzjonaw għat-trasfużjonijiet ma hix għax id-demm hu mniġġes imma għax hu prezzjuż għal Alla tagħna u Dak li Jagħti l-Ħajja. It-tfal tagħna għandhom ikunu jafuh dan, kif ukoll li l-perikli mediċi possibbli mid-demm jagħtu iktar saħħa lill-pożizzjoni reliġjuża tagħna.
21. (a) Il-ġenituri għandhom jitgħallmu liema ħaġa dwar uliedhom u l-ħarsa tal-Bibbja dwar id-demm? (b) Il-ġenituri kif jistgħu jgħinu lil uliedhom f’konnessjoni mad-demm?
21 Jekk int għandek it-tfal, ċert int li huma jaqblu maʼ u kapaċi jispjegaw il-waqfa bbażata fuq il-Bibbja rigward it-trasfużjonijiet? Jemmnu huma verament li din il-waqfa hija r-rieda t’Alla? Konvinti huma illi l-ksur tal-liġi t’Alla jkun tant serju li jistaʼ jipperikola l-prospett taʼ Kristjan għal ħajja taʼ dejjem? Ġenituri għaqlin se jgħaddu flimkien dawn il-kwistjonijiet maʼ wliedhom, kemm jekk huma żgħar ħafna jew kważi adulti. Il-ġenituri jistgħu jirreċtaw sitwazzjonijiet fejn kull żagħżugħ jiffaċċja mistoqsijiet li jistaʼ jqegħdilhom imħallef jew uffiċjal f’xi sptar. Il-għan ma hux li t-tfal jirrepetu bħal pappagall xi fatti jew tweġibiet magħżulin. Hu iktar importanti li huma jkunu jafu x’jemmnu huma, u għala. M’għandniex xi ngħidu, waqt seduta tal-qorti, il-ġenituri jew oħrajn jistgħu jippreżentaw tagħrif dwar ir-riskji tad-demm u x’terapiji alternattivi oħra jistgħu jinkisbu. Imma dak li mħallef jew xi uffiċjal probabbli li se jfittex li jitgħallem meta jitkellem mat-tfal tagħna hu dwar jekk huma jifhmux b’mod matur is-sitwazzjoni u l-għażliet tagħhom u wkoll jekk huma nfushom għandhomx valuri u konvinzjonijiet sodi tagħhom stess.—Qabbel 2 Slaten 5:1-4.
22. X’jistaʼ jkun ir-riżultat permanenti taʼ li aħna nkunu struwiti minn Alla dwar id-demm?
22 Ilkoll kemm aħna jeħtieġ li napprezzaw u nżommu b’mod reżolut mal-ħarsa t’Alla dwar id-demm. Rivelazzjoni 1:5 jiddeskrivi lil Kristu bħala dak li ‘jħobbna u ħelisna minn dnubietna permezz taʼ demmu stess.’ Huwa biss billi naċċettaw il-valur tad-demm taʼ Ġesù li aħna nistgħu niksbu maħfra sħiħa u dejjiema għad-dnubiet tagħna. Rumani 5:9 jgħid b’mod ċar: “Kemm iktar, għalhekk, la ġejna ddikjarati twajbin issa b’demmu, se niġu salvati permezz tiegħu mill-korla.” Kemm hu għaqli, allura, għalina u għal uliedna li nkunu struwiti minn Jehovah dwar din il-ħaġa u li nkunu determinati li nimxu fil-mogħdija tiegħu għal dejjem!
[Nota taʼ taħt]
a Ara Id-Demm Kif Jistaʼ Jsalvalek Ħajtek?, ippubblikat mill-Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc., paġni 21-2, 28-31.
Punti Prinċipali taʼ Istruzzjoni
◻ X’ħarsa għandna jkollna dwar li niġu struwiti minn Jehovah?
◻ Li nobodu l-liġi t’Alla dwar id-demm għala hu daqshekk importanti?
◻ Għala huwa vitali li ż-żgħażagħ ikunu kapaċi jispjegaw b’mod ċar u sod il-konvinzjonijiet tagħhom dwar id-demm?
◻ Il-ġenituri Kristjani kif jistgħu jgħinu lit-tfal tagħhom biex ikunu struwiti sewwa fil-liġi taʼ Jehovah dwar id-demm?
[Kaxxa f’paġna 15]
IL-QORTI ĠIET IMPRESSJONATA
Id-deċiżjoni tal-qorti xi stqarret rigward D.P., imsemmija f’paragrafu 17?
“Il-Qorti ġiet impressjonata ferm bl-intelliġenza, il-kalma, id-dinjità, u l-forza taʼ din iż-żagħżugħa taʼ 14-il sena u nofs. Hi forsi kienet imbellha meta skopriet li kellha forma qattiela taʼ kanċer . . . Madankollu, kienet persuna żagħżugħa matura li ġiet il-Qorti biex tixhed. Hi dehret li ffokat biċ-ċar fuq il-biċċa xogħol diffiċli li kienet qed tiffaċċjaha. Hi kienet attendiet is-sessjonijiet kollha taʼ pariri, qablet għal pjan taʼ terapija, żviluppat filosofija li tagħmel sens dwar kif hi bħala esseri uman għandha tiffaċċja din l-isfida medika, u ġiet il-Qorti bit-talba li tinfed: irrispetta d-deċiżjoni tiegħi. . .
“Flimkien mal-maturità tagħha, D.P. esprimiet bażi suffiċjenti għad-deċiżjoni tagħha biex il-Qorti tirrispettaha. Spiritwalment, psikoloġikament, moralment, u emozzjonalment issirilha ħsara bi pjan taʼ kura li jkun jinkludi trasfużjonijiet tad-demm. Il-Qorti se tirrispetta l-pjan għal kura li għażlet hi.”