LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 9/15 pp. 7-12
  • Insalvaw il-Ħajja bid-Demm—Kif?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Insalvaw il-Ħajja bid-Demm—Kif?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Waqfa Soda t’Alla dwar id-​Demm
  • Demm fil-​ jew bħala Mediċina
  • Medikament Isalva l-​Ħajja?
  • Hemm xi Alternattivi għad-​Demm?
  • Id-​Demm l-​Iktar taʼ Valur
  • Id-Demm–Vitali għall-Ħajja
    Id-Demm Kif Jista’ Jsalvalek Ħajtek?
  • Mistoqsijiet għall-Istudju tal-Browxer Id-Demm Kif Jistaʼ Jsalvalek Ħajtek?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2008
  • Id-Demm li Tassew Isalva l-Ħajjiet
    Id-Demm Kif Jista’ Jsalvalek Ħajtek?
  • Trasfużjonijiet tad-Demm-Kemm Huma bla Periklu?
    Id-Demm Kif Jista’ Jsalvalek Ħajtek?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 9/15 pp. 7-12

Insalvaw il-​Ħajja bid-​Demm—Kif?

‘Agħżel il-​ħajja . . . billi tismaʼ minn leħen [Alla] . . ., għax hu ħajtek u t-​tul taʼ jiemek’—DEWTERONOMJU 30:19,20.

1. Il-​Kristjani veri kif inhuma uniċi fir-​rispett tagħhom lejn il-​ħajja?

ĦAFNA nies igħidu li jirrispettaw il-​ ħajja, billi jagħtu bħala evidenza l-​mod kif huma jħarsu lejn il-​piena kapitali, l-​abort, jew il-​kaċċa. Madankollu, hemm mod speċjali kif il-​Kristjani veri juru rispett lejn il-​ħajja. Salm 36:9 jgħid: “Miegħek [Alla] huwa s-​sors tal-​ħajja.” Billi l-​ħajja hija rigal mingħand Alla, il-​Kristjani jadottaw il-​ħarsa tiegħu dwar id-​demm tal-​ħajja.

2, 3. Għala għandna nqisuh lil Alla rigward id-​demm? (Atti 17:25, 28)

2 Il-​ħajja tagħna tiddependi mid-​demm, li jġorr l-​ossiġnu fil-​ġisem tagħna, ineħħi l-​carbon dioxide, iħallina nadattaw ruħna għal tibdil fit-​temperatura, u jgħinna biex niġġieldu kontra l-​mard. Il-​Wieħed li pprovda l-​ħajja tagħna wkoll iddisinnja u pprovda l-​likwidu meraviljuż li jsostni l-​ħajja msejjaħ demm. Dan jirrifletti l-​interess kontinwu tiegħu f’li jippreserva l-​ħajja umana.—Ġenesi 45:5; Dewteronomju 28:66; 30:15, 16.

3 Kemm il-​Kristjani u kemm in-​nies inġenerali għandhom jistaqsu lilhom infushom: ‘Jistaʼ d-​demm isalvali ħajti biss bil-​funzjonijiet naturali tiegħu, jew jistaʼ d-​demm isalva l-​ħajja b’mod iktar profond?’ Waqt li l-​biċċa l-​kbira tan-​nies jirrikonoxxu r-​rabta bejn il-​ħajja u l-​funzjonijiet normali tad-​demm, hemm attwalment ħafna iktar involut. L-​etika taʼ Kristjani, Misilmin, u Lhud tiffoka kollha fuq Wieħed li Jagħti l-​Ħajja u li esprima ruħu dwar il-​ħajja u dwar id-​demm. Iva, il-​Hallieq tagħna għandu ħafna x’igħid dwar id-​demm.

Il-​Waqfa Soda t’Alla dwar id-​Demm

4. Kmieni fl-​istorja tal-​bniedem, Alla x’qal dwar id-​demm?

4 Id-​demm huwa msemmi iktar minn 400 darba fil-​Kelma t’Alla, il-​Bibbja. Fost l-​iktar bikrin hemm id-​digriet taʼ Jehovah: “Kull ħaġa li tgħix u tiċċaqlaq se tkun ikel għalikom.... Imma ma tridux tieklu laħam li għad għandu d-​demm tal-​ħajja tiegħu fih.” Hu żied: “Għad-​demm tal-​ħajja tagħkom jien żgur li se nitlob kont.” (Ġenesi 9:3-5, New International Version) Jehovah qal dak lil Noè, proġenitur tal-​familja umana. B’hekk, l-​attenzjoni tal-​umanità kollha ġiet miġbuda lejn il-​fatt li l-​Ħallieq iħares lejn id-​demm bħala li jirrappreżenta l-​ħajja. Kulmin isostni li jirrikonoxxi lil Alla bħala Dak li Jagħti l-​Ħajja għandu b’hekk jirrikonoxxi li Hu jieħu pożizzjoni soda dwar li wieħed juża d-​demm tal-​ħajja.

5. X’kienet ir-​raġuni li tieħu l-​preċedenza għala l-​Iżraeliti ma kinux jieħdu d-​demm?

5 Alla semma għal darb’oħra d-​demm meta ta l-​kodiċi tal-​Liġi lil Iżrael. Levitiku 17:10, 11, skond il-​verżjoni Lhudija Tanakh, jaqra: “Jekk xi ħadd mid-​dar taʼ Iżrael jew mill-​barranin li jgħammru fosthom jieħu minn kwalunkwe demm, jien se ndawwar Wiċċi kontra l-​persuna li tieħu mid-​demm, u se naqtgħu minn fost niesu. Għax il-​ħajja tal-​laħam qiegħda fid-​demm.” Dik il-​liġi setaʼ jkollha benefiċċji taʼ saħħa, imma ħafna iktar kien involut. Billi jittrattaw id-​demm bħala xi ħaġa speċjali, l-​Iżraeliti kellhom juru li huma jiddependu minn Alla għall-​ħajja. (Dewteronomju 30:19, 20) Iva, ir-​raġuni prinċipali għala ma kellhomx jieħdu d-​demm kienet, mhux għax setaʼ jmarradhom, imma għax id-​demm kellu tifsir speċjali għal Alla.

6. Għala nistgħu nkunu ċerti li Ġesù appoġġja l-​waqfa t’Alla dwar id-​demm?

6 Il-​Kristjanità fejn tinsab fil-​kwistjoni taʼ li wieħed isalva l-​ħajja umana bid-​demm? Ġesù kien jaf x’qal Missieru dwar li wieħed juża d-​demm. Ġesù ma “għamel ebda żball, [u] ebda qerq ma nstab fuq xofftejh.” Dak ifisser li hu żamm il-​Liġi b’mod perfett, inkluża l-​liġi dwar id-​demm. (1 Pietru 2:22 Knox) Hu b’hekk stabbilixxa mudell għas-​segwaċi tiegħu, inkluż mudell taʼ rispett lejn il-​ħajja u d-​demm.

7, 8. Kif sar ċar li l-​liġi t’Alla dwar id-​demm tapplika għall-​Kristjani?

7 L-​istorja turina x’ġara iktar tard meta konċilju tal-​ġemgħa Kristjana li tiggverna ddeċieda jekk il-​Kristjani kellhomx iżommu l-​liġijiet kollha taʼ Iżrael. Taħt gwida divina, huma qalu li l-​Kristjani m’humiex obbligati li jżommu l-​kodiċi taʼ Mosè imma li huwa “neċessarju” li ‘jibqgħu jastjenu minn affarijiet issagrifikati lill-​idoli u mid-​demm u minn affarijiet fgati [laħam mhux skarnat] u minn żina.’ (Atti 15:22-29) Huma b’hekk għamluha ċara illi li wieħed jevita d-​demm huwa moralment importanti daqs li jevita l-​idolatrija u l-​immoralità grassa.a

8 Il-​Kristjani tal-​bidu appoġġjaw lil dik il-​projbizzjoni divina. Billi kkummenta fuq dan, l-​istudjuż Ingliż Joseph Benson qal: “Din il-​projbizzjoni taʼ li wieħed jiekol id-​demm, mogħtija lil Noè u lil dawk kollha li ġew warajh, u rripetuta lill-​Iżraeliti . . . qatt ma ġiet revokata, imma, għall-​kuntrarju, ġiet ikkonfermata taħt it-​Testment il-​Ġdid, Atti xv.; u b’hekk saret obbligu perpetwu.” Iżda kellu dak li l-​Bibbja tgħid dwar id-​demm jeskludi l-​użu mediku modern, bħalma huma t-​trasfużjonijiet, li biċ-​ċar ma kinux jintużaw fi żmien Noè jew fi żmien l-​appostli?

Demm fil-​ jew bħala Mediċina

9. Id-​demm kif kien jintuża bħala mediċina fil-​qedem, b’kuntrast maʼ liema pożizzjoni Kristjana?

9 L-​użu mediċinali tad-​demm bl-​ebda mod ma hu modern. Il-​ktieb Flesh and Blood, minn Reay Tannahill, juri li għal kważi 2,000 sena, fl-​Eġittu u f’postijiet oħra, “id-​demm kien meqjus bħala r-​rimedju sovran għall-​ġdiem.” Ir-​Rumani kienu jemmnu li d-​demm uman setaʼ jfejjaq lil dawk li kien jagħtihom tal-​qamar. Tertuljanu kiteb dwar dan l-​użu “mediku” tad-​demm: “Ikkunsidra lil dawk li b’għatx kollu regħba, f’wirja fl-​arena, jieħdu d-​demm frisk taʼ kriminali mill-​agħar . . . u jġorruh biex ifejqu l-​mard tagħhom tal-​qamar.” Dan kien b’kuntrast qawwi maʼ dak li għamlu l-​Kristjani: “Lanqas saħansitra ma nieħdu d-​demm tal-​annimali fl-​ikliet tagħna . . . Fil-​provi tal-​Kristjani toffrulhom zalzett mimli bid-​demm. Intom konvinti, m’għandniex xi ngħidu, li [dan] huwa llegali għalihom.” Ikkunsidra x’kien hemm implikat: Minflok ma jieħdu d-​demm, li kien jirrappreżenta l-​ħajja, il-​Kristjani tal-​bidu kienu lesti li jirriskjaw il-​mewt.—Qabbel 2 Samwel 23:15-17.

10, 11. Għala nistgħu ngħidu li l-​livell t’Alla fuq id-​demm jipprojbixxi lil dak li jkun milli jaċċetta demm trasfuż?

10 M’għandniex xi ngħidu, lura f’dak iż-​żmien id-​demm ma kienx qed jiġi trasfuż, għax esperimenti dwar it-​trasfużjonijiet bdew biss qrib is-​seklu 16. Iżda, fis-​seklu 17, professur tal-​anatomija fl-​Università taʼ Copenhagen oġġezzjona: ‘Dawk li jdaħħlu l-​użu tad-​demm uman għal rimedji interni taʼ mard jidhru li jużawh ħażin u li jidinbu b’mod gravi. Il-​kannibali huma kkundannati. Għala ma nistmerrux lil dawk li jtebbgħu l-​gerżuma tagħhom b’demm uman? L-​istess nistgħu ngħidu dwar li wieħed jirċievi demm barrani minn vina maqtugħa, jew minn ġol-​ħalq jew bi strumenti taʼ trasfużjoni. L-​awturi taʼ din il-​ħidma jinżammu mwerwrin mil-​liġi divina.’

11 Iva, saħansitra fis-​sekli li għaddew, in-​nies raw li l-​liġi t’Alla kienet tipprojbixxi li wieħed jieħu d-​demm ġol-​vini kif ukoll li jieħdu mill-​ħalq. Li jirrealizzaw dan jistaʼ jgħin lin-​nies illum biex jifhmu l-​pożizzjoni li x-​Xhieda taʼ Jehovah jieħdu, waħda li hi fi qbil mal-​waqfa t’Alla. Waqt li jistmaw ferm il-​ħajja u japprezzaw il-​kura medika, il-​Kristjani veri jirrispettaw il-​ħajja bħala rigal mingħand il-​Ħallieq, u għalhekk ma jippruvawx isostnu l-​ħajja billi jieħdu d-​demm.—1 Samwel 25:29.

Medikament Isalva l-​Ħajja?

12. Nies li jaħsbu jistgħu jikkunsidraw b’mod raġonevoli liema ħaġa dwar trasfużjonijiet tad-​demm?

12 Għal snin sħaħ xi esperti sostnew li d-​demm isalva l-​ħajjiet. It-​tobba jistgħu jirrakkontaw li xi ħadd li tilef ħafna demm ġie trasfuż u tjieb. Mela n-​nies jistgħu jistaqsu, ‘Kemm hi medikament għaqlija jew mhix għaqlija l-​waqfa Kristjana?’ Qabel ma jikkunsidra kwalunkwe proċedura medika serja, bniedem intelliġenti jkun irid ikun jaf x’inhuma l-​benefiċċji possibbli u r-​riskji potenzjali. Xi ngħidu dwar it-​trasfużjonijiet tad-​demm? Ir-​realtà hi li t-​trasfużjonijiet tad-​demm huma mimlijin b’ħafna riskji. Jistgħu saħansitra jkunu fatali.

13, 14. (a) Liema huma xi modi kif it-​trasfużjonijiet tad-​demm urew li huma taʼ riskju? (b) L-​esperjenza tal-​papa kif uriet ir-​riskji taʼ saħħa tad-​demm?

13 Dan l-​aħħar, it-​Tobba L. T. Goodnough u J. M. Shuck innotaw: “Il-​komunità medika ilha taf li waqt li l-​provvista tad-​demm hija safe daqskemm nafu nagħmluha, it-​trasfużjoni tad-​demm dejjem ġarret riskju. Il-​komplikazzjoni l-​iktar spissa tat-​trasfużjoni tad-​demm tkompli tkun il-​hepatitis non-A, non-B (NANBH); komplikazzjonijiet potenzjali oħra jinkludu hepatitis B, alloimmunizzazzjoni, reazzjoni għat-​trasfużjoni, qerda immunoloġika, u tagħbija żejda taʼ ħadid.” Billi għamel stima b’mod ‘konservattiv’ taʼ sempliċement wieħed minn dawk il-​perikli serji, ir-​rapport żied: “Huwa antiċipat li bejn wieħed u ieħor 40,000 nies [fl-Istati Uniti biss] se jiżżviluppaw NANBH kull sena u li sa 10% minn dawn se jiżżviluppaw cirrhosis u/jew epatoma [kanċer tal-​fwied].”−The American Journal of Surgery, Ġunju 1990.

14 Hekk kif ir-​riskju li tieħu xi marda minn demm trasfuż sar magħruf iktar maʼ kullimkien, xi nies qegħdin jerġgħu jikkunsidraw il-​ħarsa tagħhom dwar it-​trasfużjonijiet. Per eżempju, wara li sparaw fuq il-​papa fl-​1981, hu ġie kkurat fi sptar u mbagħad ħareġ. Iktar tard hu kellu jmur lura għal xahrejn, u l-​kundizzjoni tiegħu kienet tant gravi li kien donnu jidher li se jkollu jirtira bħala wieħed invalidu. Għala? Minħabba infezzjoni ċitomegaloviruża mid-​demm li ngħata. Xi wħud jistgħu jistaqsu, ‘Jekk demm mogħti saħansitra lill-​papa huwa perikoluż, xi ngħidu dwar trasfużjonijiet mogħtijin lilna n-​nies komuni?’

15, 16. It-​trasfużjonijiet tad-​demm għala xorta huma perikolużi saħansitra jekk id-​demm ġie ttestjat għall-​mard?

15 ‘Imma ma jistgħux jeżaminaw id-​demm għall-​mard?’ xi ħadd jistaʼ jistaqsi. Sewwa, ikkunsidra bħala eżempju l-​iċċekkjar għal hepatitis B. Patient Care (28 taʼ Frar, 1990) indika: “Il-​każi taʼ hepatitis wara t-​trasfużjoni naqsu wara l-​iċċekkjar universali tad-​demm għali[ha], imma 5-10% taʼ każi taʼ hepatitis wara t-​trasfużjoni għadhom qed jiġu kkaġunati minn hepatitis B.”

16 Il-​fallibiltà taʼ iċċekkjar bħal dan tidher ukoll minn riskju ieħor li jiġi mid-​demm—AIDS, L-​epidemija tal-​AIDS, b’vendetta, ġabet lin-​nies f’sensihom għall-​periklu taʼ demm infettat. Veru, hemm issa modi kif id-​demm jiġi eżaminat għal evidenzi taʼ dan il-​mikrobu. Madankollu, id-​demm ma jiġix eżaminat kullimkien, u donnu jidher li n-​nies jistgħu jġorru l-​mikrobu tal-​AIDS fid-​demm tagħhom għal snin sħaħ mingħajr ma jindunaw bih bit-​testijiet kurrenti. Mela l-​pazjenti jistgħu jieħdu l-​AIDS—ħadu l-​AIDS—minn demm li kien eżaminat, u li għadda!

17. It-​trasfużjonijiet tad-​demm kif jistgħu jagħmlu ħsara li tistaʼ ma tkunx evidenti immedjatament?

17 It-​Tobba Goodnough u Shuck semmew ukoll “qerda immunoloġika.” Iva, l-​evidenza qed tiżdied li saħansitra demm li hu mqabbel b’mod xieraq jistaʼ jagħmel ħsara lis-​sistema taʼ immunità taʼ pazjent, billi jiftaħ it-​triq għall-​kanċer u l-​mewt. B’hekk, studju Kanadiż taʼ “pazjenti b’kanċer fir-​ras u fil-​għonq wera li dawk li ħadu trasfużjoni tad-​demm waqt it-​tneħħija taʼ [xi] tumur ġarrbu nuqqas sinjifikanti fl-​istat immunoloġiku wara.” (The Medical Post, 10 taʼ Lulju, 1990) Tobba fl-​Università taʼ Southern California kienu rrapportaw: “Ir-​rata taʼ rikorrenza għall-​kanċer kollu tal-​gerżuma kienet 14% għal dawk li ma rċevewx demm u 65% għal dawk li rċevew. Għall-​kanċer fil-​fetħa tal-​ħalq, fil-​farinġi, u fl-​imnieħer jew fl-​imnifsejn, ir-​rata taʼ rikorrenza kienet 31% mingħajr trasfużjonijiet u 71% bi trasfużjonijiet.” (Annals of Otology, Rhinology & Laryngology, Marzu 1989) Donnu jidher li immunità mrażżna hija raġuni valida għala dawk li jingħataw id-​demm waqt kirurġija għandhom probabbiltà ferm akbar li jiżżviluppaw infezzjonijiet.—Ara kaxxa, paġna 9.

Hemm xi Alternattivi għad-​Demm?

18. (a) Ir-​riskji nvoluti fit-​trasfużjonijiet tad-​demm qed idawru lit-​tobba lejn liema ħaġa? (b) Liema informazzjoni dwar alternattivi tistaʼ int taqsam mat-​tabib tiegħek?

18 Xi wħud jistgħu jħossu, ‘It-​trasfużjonijiet huma perikolużi, imma hemm xi alternattivi?’ Aħna żgur li rridu kura medika effettiva taʼ kwalità għolja, u għalhekk hemm modi leġittimi u effettivi biex jissolvew problemi mediċi serji mingħajr ma jintuża d-​demm? B’ferħ, iva. The New England Journal of Medicine (7 taʼ Ġunju, 1990) irrapporta: “It-​tobba, billi qegħdin isiru iktar konxji dwar ir-​riskji taʼ [AIDS] u infezzjonijiet oħra trażmessi mit-​trasfużjoni, qegħdin jikkunsidraw mill-​ġdid ir-​riskji u l-​benefiċċji tat-​trasfużjonijiet u qegħdin iduru lejn alternattivi, inkluża dik taʼ li jevitaw it-​trasfużjonijiet għalkollox.”b

19. Għala tistaʼ tkun fiduċjuż li tistaʼ tirrifjuta d-​demm u xorta waħda tiġi kkurat medikament b’suċċess?

19 Ix-​Xhieda taʼ Jehovah ilhom jirrifjutaw trasfużjonijiet tad-​demm, mhux primarjament minħabba l-​perikli taʼ saħħa, imma minħabba ubbidjenza lejn il-​liġi t’Alla dwar id-​demm. (Atti 15:28, 29) Iżda, tobba tas-​sengħa ħadu ħsieb b’suċċess taʼ pazjenti Xhieda mingħajr ma wżaw id-​demm, bir-​riskji li jġib miegħu. Bħala sempliċement wieħed fost ħafna eżempji rrapportati f’letteratura medika, Archives of Surgery (Novembru 1990) iddiskuta t-​trapjant tal-​qalb fuq pazjenti Xhieda li l-​kuxjenzi tagħhom ippermettew proċedura bħal din mingħajr ma jiġi amministrat id-​demm. Ir-​rapport qal: “Iktar minn 25 sena taʼ esperjenza taʼ kirurġija tal-​qalb imwettqa fuq Xhieda taʼ Jehovah wasslu għal trapjant tal-​qalb b’suċċess mingħajr l-​amministrar taʼ prodotti tad-​demm . . . Ebda mewt wara l-​operazzjoni ma seħħet, u studji bikrin taʼ wara wrew li dawn il-​pazjenti ma kinux iktar suxxettibbli għal rati iktar għoljin taʼ riġettar tat-​trapjant.”

Id-​Demm l-​Iktar taʼ Valur

20, 21. Il-​Kristjani għala għandhom joqogħdu attenti ferm li ma jiżżviluppawx l-​attitudni “Id-​demm huwa mediċina ħazina”?

20 Hemm, madankollu, mistoqsija profonda li kull wieħed minna għandu bżonn jistaqsi lilu nnifsu. ‘Jekk iddeċidejt li ma naċċettax trasfużjonijiet tad-​demm, għala? Onestament, x’inhi r-​raġuni primarja, fundamentali tiegħi?’

21 Aħna semmejna li hemm alternattivi effettivi għad-​demm li ma jesponux lil dak li jkun għall-​ħafna mill-​perikli konnessi maʼ trasfużjonijiet. Perikli bħalma hi l-​hepatitis jew l-​AIDS saħansitra qanqlu lil ħafna biex jirrifjutaw id-​demm għal raġunijiet li m’humiex reliġjużi. Xi wħud qed isemmgħu leħinhom mhux ħażin dwar dan, bħal li kieku kienu qed jimmarċjaw taħt xi streamer, “Id-​Demm Huwa Mediċina Ħażina.” Huwa possibbli li xi Kristjan jistaʼ jiġi mħajjar biex jidħol f’dak il-​marċ. Imma huwa marċ fi sqaq magħluq. Dan kif?

22. Liema ħarsa realistika dwar il-​ħajja u l-​mewt irridu jkollna? (Ekkleżjasti 7:2)

22 Il-​veri Kristjani jirrealizzaw li saħansitra bl-​aħjar kura medika fl-​aqwa sptarijiet, xi darba jew oħra n-​nies imutu. Bi jew mingħajr trasfużjonijiet tad-​demm, in-​nies imutu. Li tgħid hekk mhix xi ħaġa fatalistika. Tkun qed tkun realistiku. Il-​mewt hija fatt tal-​ħajja llum. Nies li jinjoraw il-​liġi t’Alla dwar id-​demm spiss jesperjenzaw ħsara immedjata jew ittardjata mid-​demm. Xi wħud imutu saħansitra minħabba d-​demm trasfuż. Xorta waħda, lkoll kemm aħna rridu nirrealizzaw, li dawk li jibqgħu ħajjin mit-​trasfużjonijiet ma kisbux ħajja taʼ dejjem, u għalhekk id-​demm ma tax prova li salvalhom il-​ħajjiet tagħhom għal dejjem. Mill-​banda l-​oħra, il-​biċċa l-​kbira li jirrifjutaw id-​demm, għal raġunijiet reliġjużi u/jew mediċi, iżda jaċċettaw terapija medika alternattiva jmorru tajjeb ħafna medikament. Huma jistgħu b’hekk itawlu l-​ħajjiet tagħhom għal ħafna snin—imma mhux bla tmiem.

23. Il-​liġijiet t’Alla dwar id-​demm kif huma relatati maʼ li aħna midinbin u għandna bżonn rahan?

23 Li l-​bnedmin kollha li huma hajjin illum huma imperfetti u qed imutu bil-​mod il-​mod iwassalna għall-​punt ċentrali taʼ dak li l-​Bibbja tgħid dwar id-​demm. Alla qal lill-​umanità kollha biex ma jiklux demm. Għala? Għaliex jirrappreżenta l-​ħajja. (Ġenesi 9:3-6) Fil-​kodiċi tal-​Liġi, hu għamel liġijiet dwar l-​attenzjoni lejn il-​fatt li l-​bnedmin kollha huma midinbin. Alla qal lill-​Iżraeliti li billi joffru sagrifiċċji taʼ annimali, huma setgħu juru li dnubiethom kellhom bżonn jiġu mgħottijin. (Levitiku 4:4-7, 13-18, 22-30) Għalkemm dan m’huwiex dak li jitlob minna llum, għadu taʼ importanza issa. Alla kellu skop li jipprovdi sagrifiċċju li setaʼ jpatti bis-​sħiħ għad-​dnubiet taʼ dawk kollha li jemmnu—ir-​rahan. (Mattew 20:28) Dan hu għala hemm bżonn li jkollna l-​ħarsa t’Alla dwar id-​demm.

24. (a) Għala jkun żball li tittratta r-​riskji tas-​saħħa bħala l-​punt ċentrali rigward id-​demm? (b) Liema verament għandha tkun il-​bażi tal-​ħarsa tagħna dwar li nużaw id-​demm?

24 Ikun żball għal xi ħadd li jikkonċentra prinċipalment fuq ir-​riskji taʼ saħħa tad-​demm, għax dak mhux li qed jiffoka fuqu Alla. L-​Iżraeliti setgħu kisbu xi benefiċċji taʼ saħħa billi ma ħadux demm, sewwa sew bħalma huma setgħu ibbenefikaw billi ma kilux il-​laħam taʼ majjali jew taʼ annimali tal-​priża. (Dewteronomju 12:15, 16; 14:7, 8, 11, 12) Ftakar, iżda, li meta Alla ta lil Noè d-​dritt li jiekol il-​laħam, hu ma pprojbiex li jittiekel il-​laħam taʼ annimali bħal dawn. Imma hu żgur li ordna li l-​bnedmin ma jridux jieklu d-​demm. Alla ma kienx qed jiffoka prinċipalment fuq riskji possibbli taʼ saħħa. Dak ma kienx il-​punt vitali fid-​digriet tiegħu dwar id-​demm. L-​adoraturi tiegħu kellhom jirrifjutaw li jsostnu lill-​ħajjiet tagħhom bid-​demm, mhux primarjament għaliex li jagħmlu hekk ma kienx tajjeb għas-​saħħa, imma minħabba li kien ħażin. Huma rrifjutaw id-​demm, mhux għaliex kien imniġġes, imma għaliex kien prezzjuż. Biss permezz tad-​demm tas-​sagrifiċċju setgħu huma jaqilgħu maħfra.

25. Id-​demm kif jistaʼ jsalva l-​ħajja b’mod dejjiemi?

25 L-​istess igħodd għalina. F’​Efesin 1:7, l-​appostlu Pawlu spjega: “Permezz tiegħu [Kristu] għandna l-​ħelsien bir-​rahan permezz tad-​demm taʼ dak il-​wieħed, iva, il-​maħfra tan-​nuqqasijiet tagħna, skond ir-​rikkezzi tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu.” Jekk Alla jaħfer id-​dnubiet taʼ xi ħadd u jqis lil dak li jkun bħala twajjeb, dak għandu l-​prospett taʼ ħajja bla tmiem. Mela d-​demm tar-​rahan taʼ Ġesù huwa kapaċi jsalva l-​ħajja—b’mod dejjiemi, fil-​fatt, għal dejjem.

[Noti taʼ taħt]

a Id-digriet spiċċa: “Jekk bir-​reqqa żżommu lilkom infuskom minn dawn l-​affarijiet, intom tistgħanew. Saħħa tajba għalikom!” (Atti 15:29) Il-​kumment “Saħħa tajba għalikom” ma kienx wegħda bl-​effett ‘Jekk tastjenu mid-​demm jew mill-​fornikazzjoni, se jkollkom saħħa aħjar.’ Kien biss egħluq għall-​ittra bħal meta tgħid, ‘Saħħa għalikom.’

b Ħafna alternattivi effettivi għal trasfużjoni tad-​demm huma riveduti fil-​fuljett Id-​Demm Kif Jistaʼ Jsalvalek Ħajtek?, ippubblikat fl-​1990 mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

Tistaʼ Tispjega

◻ X’inhi r-​raġuni primarja għala x-​Xhieda taʼ Jehovah jirrifjutaw trasfużjonijiet tad-​demm?

◻ Liema evidenza tikkonferma li l-​pożizzjoni tal-​Bibbja dwar id-​demm mhix medikament mhux raġonevoli?

◻ Il-​fidwa kif inhi marbuta mal-​liġi tal-​Bibbja dwar id-​demm?

◻ Liema hu l-​uniku mod kif id-​demm jistaʼ jsalva l-​ħajjiet b’mod permanenti?

[Kaxxa f’paġna 9]

TRASFUŻJONI U INFEZZJONI

Wara reviżjoni ġenerali dwar jekk it-​trasfużjonijiet tad-​demm jistgħux jagħmlu lil pazjent iktar suxxettibbli għal infezzjoni, Dr. Neil Blumberg ikkoncluda: “Minn 12-il studju kliniku [dwar il-​kwistjoni], 10 sabu li t-​trasfużjoni kienet b’mod sinjifikinti u indipendenti assoċjata

maʼ riskju miżjud taʼ infezzjoni bakterjoloġika . . . Barra minn hekk trasfużjoni xi żmien qabel il-​kiruġja tistaʼ teffettwa r-​reżistenza tal-​pazjent għall-​infezzjoni jekk l-​effetti immnunoloġiċi tat-​trasfużjoni jibqgħu jeżistu daqskemm jissuġġerixxu xi studji . . . Jekk din l-​informazzjoni tistaʼ tiġi estiża u kkonfermata, donnu jidher li infezzjonijiet akuti wara l-​operazzjoni jistgħu jkunu l-​unika komplikazzjoni sinjifikanti l-​iktar komuni assoċjata ma’trasfużjoni omologuża.”

—Transfusion Medicine Reviews, Ottubru l990.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja