LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w96 8/1 pp. 8-13
  • Il-Familja taʼ Jehovah Tgawdi Unità Prezzjuża

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Familja taʼ Jehovah Tgawdi Unità Prezzjuża
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Kemm Hi Ħaġa Sabiħa u Ħelwa!
  • Fatturi Li Jippromwovu L-​Unità
  • Ordni Teokratiku Huwa Essenzjali
  • Il-​Ġemgħa Li Tiggverna Tieħu Azzjoni
  • Aqdi F’Unità Teokratika
  • Żommu l-Unità f’Dawn l-Aħħar Jiem
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • Il-Qima Vera Tintgħaraf mill-Unità
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • L-Unità Kristjana Tigglorifika lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2010
  • L-Għaqda Kristjana Vera—Kif?
    Il-Ministeru tas-Saltna—2003
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
w96 8/1 pp. 8-13

Il-​Familja taʼ Jehovah Tgawdi Unità Prezzjuża

“Kemm hi ħaġa sabiħa u ħelwa, li l-​aħwa jgħammru flimkien!”—SALM 133:1.

1. X’inhu l-​istat taʼ ħafna familji llum?

IL-​FAMILJA hija fi kriżi llum. F’ħafna familji, ir-​rabtiet taż-​żwieġ jinsabu fil-​punt li jitkissru. Id-​divorzju qiegħed isir dejjem iżjed komuni, u ħafna tfal taʼ koppji ddivorzjati qegħdin iġarrbu niket kbir. Miljuni taʼ familji huma mdejqin u maqsumin. Madankollu, hemm familja waħda li taf il-​veru ferħ u l-​unità ġenwina. Din hija l-​familja universali t’Alla Jehovah. Fiha, mirjadi t’anġli inviżibbli jwettqu x-​xogħol mogħti lilhom fi qbil mar-​rieda divina. (Salm 103:20, 21) Imma hemm familja fuq l-​art li tgawdi unità bħal din?

2, 3. (a) Min huma issa parti mill-​familja universali t’Alla, u maʼ liema ħaġa nistgħu nxebbhu lix-​Xhieda taʼ Jehovah kollha llum? (b) Liema mistoqsijiet se niddiskutu?

2 L-​appostlu Pawlu kiteb: “Jiena ninżel għarrkobbtejja quddiem il-​Missier li minnu tieħu isimha kull familja fis-​sema u fl-​art.” (Efesin 3:14, 15) Kull linja tal-​familja fuq l-​art taf isimha lil Alla għaliex hu l-​Ħallieq. Għalkemm ma hemm ebda familji umani fis-​sema, b’mod figurattiv Alla hu miżżewweġ lill-​organizzazzjoni tiegħu tas-​sema, u Ġesù se jkollu għarusa spiritwali magħquda miegħu fis-​smewwiet. (Isaija 54:5; Luqa 20:34, 35; 1 Korintin 15:50; 2 Korintin 11:2) Uħud midlukin leali fuq l-​art huma issa parti mill-​familja universali t’Alla, u n-​“ngħaġ oħra” taʼ Ġesù, b’tamiet għall-​art, huma l-​membri prospettivi tagħha. (Ġwann 10:16; Rumani 8:14-17; The Watchtower tal-​15 taʼ Jannar, 1996, paġna 31) Madankollu, ix-​Xhieda taʼ Jehovah kollha llum jistgħu jiġu mxebbhin maʼ familja magħquda u mifruxa mad-​dinja kollha.

3 Tifforma int parti mill-​familja internazzjonali taʼ l-​għaġeb taʼ qaddejja t’Alla? Jekk iva, int tgawdi waħda mill-​akbar barkiet li wieħed jistaʼ jkollu. Miljuni jistgħu jixhdu li l-​familja globali taʼ Jehovah​—l-​organizzazzjoni viżibbli tiegħu​—hija oasi taʼ paċi u unità f’deżert dinji taʼ ġlied u firda. Kif tistaʼ tiġi deskritta l-​unità tal-​familja taʼ Jehovah taʼ madwar id-​dinja? U liema fatturi jippromwovu unità bħal din?

Kemm Hi Ħaġa Sabiħa u Ħelwa!

4. Fi kliemek stess, kif kont tesprimi dak li Salm 133 jgħid dwar l-​unità taʼ l-​aħwa?

4 Is-​salmista David kien japprezza profondament l-​unità taʼ l-​aħwa. Ġie saħansitra ispirat biex ikanta dwarha! Immaġinah bl-​arpa tiegħu hekk kif kien ikanta: “Kemm hi ħaġa sabiħa u ħelwa, li l-​aħwa jgħammru flimkien! Bħal żejt mill-​aħjar imsawwab fuq ir-​ras, li jinżel mal-​leħja tiegħu, li jinżel mal-​leħja taʼ Aron; sa fuq il-​għonq taʼ ħwejġu. Hu bħan-​nida tal-​Ħermon, li tinżel fuq il-​għoljiet taʼ Sijon; għax hemm il-​Mulej jagħti l-​barka, hemm jagħti l-​ħajja għal dejjem.”—Salm 133:1-3.

5. Fuq il-​bażi taʼ Salm 133:1, 2, liema paragun jistaʼ jsir bejn l-​Israeliti u l-​qaddejja t’Alla taż-​żmien preżent?

5 Dak il-​kliem kien japplika għall-​unità taʼ l-​aħwa gawduta mill-​poplu t’Alla tal-​qedem, l-​Israeliti. Meta kienu jkunu f’Ġerusalemm għat-​tliet festi annwali tagħhom, huma tassew kienu jgħammru flimkien f’unità. Għalkemm kienu ġejjin minn diversi tribujiet, huma kienu familja waħda. Li jkunu flimkien kellu effett bnin fuqhom, bħal żejt rifreskanti tad-​dlik b’aroma pjaċevoli. Meta żejt bħal dan kien jiġi mferraʼ fuq ras Aronne, kien igelgel mal-​leħja tiegħu u jinżel fuq l-​għonq taʼ ħwejġu. Għall-​Israeliti, li jkunu flimkien kien taʼ influwenza tajba li kienet tippenetra qalb il-​poplu miġmugħ bħala ħaġa waħda. Nuqqas taʼ ftehim kien jiġi ċċarat, u dan kien jippromwovi l-​unità. Unità simili teżisti fil-​familja globali taʼ Jehovah illum. Li jassoċjaw regolarment għandu effett spiritwali bnin fuq il-​membri tagħha. Kwalunkwe nuqqas taʼ ftehim jew diffikultajiet jitneħħew hekk kif jiġi applikat il-​parir tal-​Kelma t’Alla. (Mattew 5:23, 24; 18:15-17) In-​nies taʼ Jehovah japprezzaw bil-​kbir l-​inkuraġġiment reċiproku li jirriżulta mill-​unità tagħhom taʼ l-​aħwa.

6, 7. L-​unità taʼ Israel kif kienet bħan-​nida tal-​Muntanja Ħermon, u fejn tistaʼ tinstab il-​barka t’Alla llum?

6 Li Israel kienu jgħammru flimkien f’unità kif kien ukoll bħan-​nida tal-​Muntanja Ħermon? Sewwa, ladarba l-​quċċata taʼ din il-​muntanja hija iżjed minn 9,000 pied ’il fuq mil-​livell tal-​baħar, din tkun miksija bil-​borra kważi s-​sena kollha. Il-​wiċċ bil-​borra taʼ Ħermon jikkaġuna l-​kondensazzjoni tal-​fwar taʼ bil-​lejl u b’hekk jipproduċi n-​nida abbundanti li tippreserva l-​ħdura matul l-​istaġun twil u xott. Kurrenti t’arja kesħin mill-​għoljiet taʼ Ħermon jistgħu jġorru dawn il-​fwar ’il bogħod lejn in-​Nofs in-​Nhar sa l-​inħawi taʼ Ġerusalemm, fejn jikkondensaw bħala nida. Għalhekk is-​salmista tkellem b’mod korrett dwar ‘in-​nida taʼ Ħermon li tinżel fuq il-​Muntanja Sijon.’ Xi tfakkira mill-​aħjar taʼ l-​influwenza rifreskanti li tippromwovi l-​unità tal-​familja t’adoraturi taʼ Jehovah!

7 Qabel ma ġiet stabbilita l-​kongregazzjoni Kristjana, Sijon, jew Ġerusalemm, kienet iċ-​ċentru tal-​vera qima. Għalhekk, kien hemmhekk li Alla kkmanda li tkun il-​barka. Ladarba s-​Sors tal-​barkiet kollha kien jgħammar b’mod rappreżentattiv fis-​santwarju f’Ġerusalemm, barkiet kellhom joħorġu minn hemmhekk. Minħabba li l-​vera qima m’għadiex tiddependi minn xi post wieħed, madankollu, il-​barka, l-​imħabba, u l-​unità tal-​qaddejja t’Alla jistgħu jinstabu maʼ l-​art kollha llum. (Ġwann 13:34, 35) Liema huma xi fatturi li jippromwovu din l-​unità?

Fatturi Li Jippromwovu L-​Unità

8. X’nitgħallmu dwar l-​unità fi Ġwann 17:20, 21?

8 L-​unità taʼ l-​adoraturi taʼ Jehovah hija bbażata fuq ubbidjenza lejn il-​fehma korretta tal-​Kelma t’Alla, inkluż it-​tagħlim taʼ Ġesù Kristu. Billi Jehovah bagħat lil Ibnu fid-​dinja biex jagħti xiehda għall-​verità u biex imut mewta sagrifikali, ġiet miftuħa t-​triq għall-​formazzjoni tal-​kongregazzjoni Kristjana magħquda. (Ġwann 3:16; 18:37) Li kellu jkun hemm unità ġenwina fost il-​membri tagħha ntgħamel ċar meta Ġesù talab: “M’iniex nitlob għal dawn biss, imma wkoll għal dawk li għad jemmnu fija bis-​saħħa tal-​kelma tagħhom; nitolbok li jkunu lkoll ħaġa waħda. Kif int fija, Missier, u jiena fik, ħa jkunu huma wkoll ħaġa waħda fina, biex hekk id-​dinja temmen li inti bgħattni.” (Ġwann 17:20, 21) Is-​segwaċi taʼ Ġesù tabilħaqq kisbu unità simili għal dik li teżisti bejn Alla u Ibnu. Dan seħħ għaliex huma obdew il-​Kelma t’Alla u t-​tagħlim taʼ Ġesù. L-​istess attitudni hija fattur ewlieni fl-​unità tal-​familja taʼ Jehovah mad-​dinja kollha llum.

9. L-​ispirtu qaddis liema rwol għandu fl-​unità tan-​nies taʼ Jehovah?

9 Fattur ieħor li jgħaqqad lin-​nies taʼ Jehovah huwa l-​fatt li aħna għandna l-​ispirtu qaddis, jew forza attiva, t’Alla. Dan jgħinna nifhmu l-​verità rrivelata tal-​Kelma taʼ Jehovah u b’hekk naqduh f’unità. (Ġwann 16:12, 13) L-​ispirtu jgħinna biex nevitaw xogħlijiet tal-​laħam li jifirdu bħalma huma t-​taqbid, l-​għira, l-​attakki taʼ rabja, u l-​ġlied. Minflok, l-​ispirtu t’Alla jipproduċi fina l-​frott li jgħaqqad taʼ mħabba, ferħ, paċi, sabar fit-​tul, qalb tajba, tjubija, fidi, ħlewwa, u kontroll fuqna nfusna.—Galatin 5:19-23.

10. (a) Liema parallel jistaʼ jsir bejn l-​imħabba li teżisti ġo familja umana magħquda u l-​imħabba li hija evidenti fost dawk iddedikati lil Jehovah? (b) Wieħed membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna kif esprima s-​sentimenti tiegħu dwar li jiltaqaʼ maʼ ħutu spiritwali?

10 Membri taʼ familja magħquda jħobbu lil xulxin u huma henjin li jkunu flimkien. Bl-​istess mod, dawk fil-​familja magħquda t’adoraturi taʼ Jehovah iħobbu lilu, lil Ibnu, u lil kredenti sħabhom. (Mark 12:30; Ġwann 21:15-17; 1 Ġwann 4:21) Sewwa sew bħalma familja naturali li tinħabb tieħu pjaċir tiekol flimkien, dawk iddedikati lil Alla jitgħaxxqu li jkunu preżenti għal laqgħat, assembleat, u konvenzjonijiet Kristjani biex jibbenefikaw minn sħubija mill-​aħjar u ikel spiritwali eċċellenti. (Mattew 24:45-47; Lhud 10:24, 25) Membru tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah darba poġġieha b’dan il-​mod: “Għalija, li niltaqaʼ maʼ l-​aħwa huwa wieħed mill-​akbar pjaċiri tal-​ħajja u sors taʼ inkuraġġiment. Inħobb inkun fis-​Sala tas-​Saltna fost taʼ l-​ewwel, u nitlaq fost taʼ l-​aħħar, jekk inhu possibbli. Inħoss ferħ ġewwieni meta nitkellem man-​nies t’Alla. Meta nkun fosthom inħossni komdu mal-​familja tiegħi.” Hekk tħossok int?—Salm 27:4.

11. Ix-​Xhieda taʼ Jehovah f’liema xogħol b’mod speċjali jsibu hena, u x’jirriżulta milli nagħmlu s-​servizz t’Alla l-​punt ċentrali fil-​ħajjiet tagħna?

11 Familja magħquda ssib l-​hena f’li tagħmel l-​affarijiet flimkien. B’mod simili, dawk fil-​familja t’adoraturi taʼ Jehovah isibu ferħ f’li f’għaqda jagħmlu x-​xogħol tagħhom taʼ ppridkar tas-​Saltna u taʼ li jagħmlu dixxipli. (Mattew 24:14; 28:19, 20) Parteċipazzjoni regulari fih tressaqna eqreb lejn Xhieda taʼ Jehovah oħrajn. Li nagħmlu s-​servizz t’Alla l-​punt ċentrali tal-​ħajjiet tagħna u li nappoġġjaw l-​attivitajiet kollha tal-​poplu tiegħu wkoll jippromwovu l-​ispirtu taʼ familja fostna.

Ordni Teokratiku Huwa Essenzjali

12. Liema huma l-​karatteristiċi taʼ familja hienja u magħquda, u liema arranġament ippromwova l-​unità fil-​kongregazzjonijiet Kristjani taʼ l-​ewwel seklu?

12 Familja li għandha tmexxija soda iżda taʼ mħabba u li hija t’ordni x’aktarx li tkun magħquda u hienja. (Efesin 5:22, 33; 6:1) Jehovah hu Alla t’ordni paċifiku, u dawk kollha fil-​familja tiegħu jqisuh bħala “Alla l-​Għoli.” (Danjel 7:18, 22, 25, 27; 1 Korintin 14:33) Huma jirrikonoxxu wkoll li hu ħatar lil Ibnu, Ġesù Kristu, l-​eredi taʼ l-​affarijiet kollha u ddelegalu l-​awtorità kollha fis-​sema u fuq l-​art. (Mattew 28:18; Lhud 1:1, 2) Bi Kristu bħala l-​Kap tagħha, il-​kongregazzjoni Kristjana hija organizzazzjoni t’ordni u magħquda. (Efesin 5:23) Biex tindokra l-​attivitajiet tal-​kongregazzjonijiet taʼ l-​ewwel seklu, kien hemm ġemgħa li tiggverna fformata mill-​appostli u “presbiteri” [“irġiel ixjeħ,” NW] oħrajn maturi spiritwalment. Kongregazzjonijiet individwali kellhom indokraturi maħturin, jew anzjani, u qaddejja ministerjali. (Atti 15:6; Filippin 1:1) Li jobdu lil dawk li kienu jieħdu t-​tmexxija kien jippromwovi l-​unità.—Lhud 13:17.

13. Jehovah kif jiġbed lin-​nies, u x’jirriżulta minn dan?

13 Imma jissuġġerixxi dan l-​ordni kollu li l-​unità taʼ l-​adoraturi taʼ Jehovah tistaʼ tiġi attribwita lil tmexxija qawwija u impersunali? Ċertament li le! M’hemm xejn nieqes mill-​imħabba dwar Alla jew l-​organizzazzjoni tiegħu. Jehovah jiġbed lin-​nies billi juri mħabba, u kull sena mijiet t’eluf volontarjament u b’ferħ isiru parti mill-​organizzazzjoni taʼ Jehovah billi jitgħammdu b’simbolu tad-​dedikazzjoni tagħhom b’qalb sħiħa lejn Alla. L-​ispirtu tagħhom huwa bħal dak taʼ Ġożwè, li ħeġġeġ lil Israeliti sħabu: “Għażlu llum lil min tridu taqdu . . . Imma jien u dari naqdu l-​Mulej.”—Ġożwè 24:15.

14. Għala nistgħu ngħidu li l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah hija teokratika?

14 Bħala parti mill-​familja taʼ Jehovah, aħna mhux biss mimlijin ferħ imma wkoll għandna s-​sigurtà. Dan huwa hekk għaliex l-​organizzazzjoni tiegħu hija teokratika. Is-​Saltna t’Alla hija teokrazija (mill-Grieg the·osʹ, alla, u kraʹtos, ħakma). Hija ħakma minn Alla, maħtura u stabbilita minnu. In-​“nazzjon qaddis” midluk taʼ Jehovah huwa f’sottomissjoni għall-​ħakma tiegħu u għalhekk huwa wkoll teokratiku. (1 Pietru 2:9) Bit-​Teokrat il-​Kbir, Jehovah, bħala l-​Imħallef, id-​Donatur taʼ l-​Istatuti, u s-​Sultan tagħna, għandna kull raġuni biex inħossuna fis-​sigurtà. (Isaija 33:22) Madankollu, xi ngħidu li kellu jqum xi nuqqas taʼ qbil u jhedded il-​ferħ, is-​sigurtà, u l-​unità tagħna?

Il-​Ġemgħa Li Tiggverna Tieħu Azzjoni

15, 16. Liema nuqqas taʼ qbil seħħ fl-​ewwel seklu, u għala?

15 Biex tiġi ppreservata l-​unità taʼ familja, kultant għandu mnejn ikollu jiġi solvut xi nuqqas taʼ qbil. Nassumu, allura, li problema spiritwali riedet tiġi solvuta biex tiġi ppreservata l-​unità tal-​familja t’adoraturi t’Alla fl-​ewwel seklu E.K. Imbagħad x’kien jiġri? Il-​ġemgħa li tiggverna ħadet azzjoni, billi tieħu deċiżjonijiet fuq kwistjonijiet spiritwali. Għandna rekord Skritturali t’azzjoni bħal din.

16 Madwar is-​sena 49 E.K., il-​ġemgħa li tiggverna ltaqgħet f’Ġerusalemm biex issolvi problema serja u b’hekk tippreserva l-​unità tan-​“nies tad-​dar taʼ Alla.” (Efesin 2:19) Xi 13-il sena qabel, l-​appostlu Pietru kien ippriedka lil Korneljus, u l-​ewwel Ġentili, jew nies tal-​ġnus, saru kredenti mgħammdin. (Atti, kapitlu 10) Matul l-​ewwel mawra missjunarja taʼ Pawlu, ħafna Ġentili ħaddnu l-​Kristjanità. (Atti 13:1–14:28) Fil-​fatt, kongregazzjoni taʼ Kristjani Ġentili kienet ġiet stabbilita f’Antijokija, fis-​Sirja. Xi Kristjani Lhud ħassew li Ġentili kkonvertiti kellhom jiġu ċirkonċiżi u jħarsu l-​Liġi Mosajka, imma oħrajn ma qablux. (Atti 15:1-5) Dan in-​nuqqas taʼ qbil setaʼ wassal għal firda kompleta, saħansitra sal-​formazzjoni taʼ kongregazzjonijiet Lhud u Ġentili separati. Il-​ġemgħa li tiggverna għalhekk ħadet azzjoni f’waqtha biex tippreserva l-​unità Kristjana.

17. Liema proċedura teokratika armonjuża hija deskritta f’Atti kapitlu 15?

17 Skond Atti 15:6-22, “l-​appostli u l-​presbiteri ltaqgħu flimkien biex jaraw din il-​kwistjoni.” Preżenti wkoll kien hemm oħrajn, inkluża delegazzjoni minn Antijokija. Pietru l-​ewwel spjega li ‘minn fommu l-​pagani semgħu l-​kelma tal-​Bxara t-​tajba u emmnu.’ Imbagħad “il-​ġemgħa kollha” tat widen waqt li Barnabas u Pawlu “rrakkontaw kemm sinjali u mirakli Alla kien għamel permezz tagħhom fost il-​pagani,” jew Ġentili. Ġakbu mbagħad issuġġerixxa kif tistaʼ tiġi solvuta l-​kwistjoni. Wara li l-​ġemgħa li tiggverna ħadet deċiżjoni, jintqalilna: “L-​appostli u l-​presbiteri, flimkien mal-​Knisja kollha, dehrilhom li kellhom jagħżlu lil xi wħud minnhom u jibagħtuhom Antjokja maʼ Pawlu u Barnaba.” Dawk ‘l-​irġiel magħżulin’​—Ġuda u Silas—​ġarrew magħhom ittra inkuraġġanti għal kredenti sħabhom.

18. Il-​ġemgħa li tiggverna ħadet liema deċiżjoni li tinvolvi l-​Liġi Mosajka, u dan kif effettwa lill-​Kristjani Lhud u Ġentili?

18 L-​ittra li kienet tħabbar id-​deċiżjoni tal-​ġemgħa li tiggverna kienet tibda bil-​kliem: “L-​appostli u l-​presbiteri, ħutkom, lil l-​aħwa taʼ Antjokja, tas-​Sirja u taċ-​Ċiliċja, li ġew mill-​ġnus: is-​sliem għalikom!” Oħrajn attendew din il-​laqgħa storika, imma apparentement il-​ġemgħa li tiggverna kienet tikkonsisti mill-​“appostli u l-​presbiteri.” L-​ispirtu t’Alla ggwidahom, għaliex l-​ittra tistqarr: “Lil l-​Ispirtu s-​Santu u lilna dehrilna li aħna ma għandna ngħabbukom b’ebda piż ieħor aktar minn dak li hu meħtieġ, jiġifieri, li titbiegħdu mill-​ikel issagrifikat lil l-​idoli, mid-​demm, mil-​laħam taʼ l-​annimali fgati u miż-​żwieġ ħażin.” (Korsiv tagħna.) (Atti 15:23-29) Il-​Kristjani ma kinux mitlubin li jiġu ċirkonċiżi u jħarsu l-​Liġi Mosajka. Din id-​deċiżjoni għenet lill-​Kristjani Lhud u Ġentili biex jaġixxu u jitkellmu f’unità. Il-​kongregazzjonijiet thennew, u l-​unità prezzjuża baqgħet, saħansitra bħalma tagħmel fil-​familja t’Alla maʼ l-​art kollha llum taħt il-​gwida spiritwali tal-​Ġemgħa li Tiggverna tax-​Xhieda taʼ Jehovah.—Atti 15:30-35.

Aqdi F’Unità Teokratika

19. Għala ffjorixxiet l-​unità fil-​familja t’adoraturi taʼ Jehovah?

19 L-​unità tiffjorixxi meta membri taʼ familja jikkoperaw flimkien. L-​istess huwa veru fil-​familja t’adoraturi taʼ Jehovah. Billi kienu teokratiċi, l-​anzjani u oħrajn fil-​kongregazzjoni taʼ l-​ewwel seklu qdew lil Alla b’koperazzjoni sħiħa mal-​ġemgħa li tiggverna u aċċettaw id-​deċiżjonijiet tagħha. Bil-​għajnuna tal-​ġemgħa li tiggverna, l-​anzjani ‘xandru l-​kelma’ u membri inġenerali tal-​kongregazzjonijiet ‘kienu jaqblu fi kliemhom.’ (2 Timotju 4:1, 2; 1 Korintin 1:10) Għalhekk l-​istess veritajiet Skritturali kienu ppreżentati fil-​ministeru u fil-​laqgħat Kristjani, kemm jekk f’Ġerusalemm, f’Antijokija, f’Ruma, f’Korintu, jew fi kwalunkwe post ieħor. Unità teokratika bħal din teżisti llum.

20. Biex nippreservaw l-​unità Kristjana tagħna, x’irridu nagħmlu?

20 Biex nippreservaw l-​unità tagħna, ilkoll kemm aħna li nagħmlu parti mill-​familja globali taʼ Jehovah għandna naħdmu biex nuru mħabba teokratika. (1 Ġwann 4:16) Għandna bżonn nissottomettu ruħna għar-​rieda t’Alla u nuru rispett profond għall-​“irsir leali” u l-​Ġemgħa li Tiggverna. Bħad-​dedikazzjoni tagħna lil Alla, l-​ubbidjenza tagħna hija, m’għandniex xi ngħidu, volontarja u b’ferħ. (1 Ġwann 5:3) Kemm għaqqadhom sew flimkien is-​salmista l-​ferħ u l-​ubbidjenza! Hu kanta: “Hallelujah! Hieni l-​bniedem li jibżaʼ mill-​Mulej, li jitgħaxxaq ħafna bil-​kmandamenti tiegħu!”—Salm 112:1.

21. Kif nistgħu nagħtu prova li aħna teokratiċi?

21 Ġesù, il-​Kap tal-​kongregazzjoni, hu teokratiku għalkollox u dejjem jagħmel ir-​rieda taʼ Missieru. (Ġwann 5:30) Ejjew, għalhekk, insegwu lill-​Eżemplar tagħna billi teokratikament u f’unità nagħmlu r-​rieda taʼ Jehovah b’koperazzjoni sħiħa maʼ l-​organizzazzjoni Tiegħu. Imbagħad b’ferħ u gratitudni mill-​qalb, nistgħu nidwu l-​għanja tas-​salmista: “Kemm hi ħaġa sabiħa u ħelwa, li l-​aħwa jgħammru flimkien!” (w96 7/15)

Kif Twieġeb Int?

◻ L-​unità Kristjana tagħna kif tistaʼ tiġi relatata maʼ Salm 133?

◻ Liema huma xi fatturi li jippromwovu l-​unità?

◻ Ordni teokratiku għala huwa essenzjali għall-​unità tan-​nies t’Alla?

◻ Il-​ġemgħa li tiggverna taʼ l-​ewwel seklu kif aġixxiet biex tippreserva l-​unità?

◻ Li taqdi f’unità teokratika xi jfisser għalik?

[Stampa f’paġna 11]

Il-​ġemgħa li tiggverna aġixxiet biex tippreserva l-​unità

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja