LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 8/15 pp. 7-12
  • Ibżaʼ Minn Jehovah, Dak li Jismaʼ t-Talb

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ibżaʼ Minn Jehovah, Dak li Jismaʼ t-Talb
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Navviċinaw lis-​Sultan Etern
  • Privileġġ Ristrett
  • “Titolbu bl-​Ispirtu Qaddis”
  • Qatt Ma Niġu Mwarrbin
  • Ersaq Qrib Lejn Alla bit-​Talb
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • Kif Tikseb Għajnuna Permezz Tat-Talb
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • It-Talb Taʼ Min Jinstemaʼ?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Kif Tistaʼ Tersaq Qrib Lejn Alla
    Għarfien Li Jwassal Għall-Ħajja Taʼ Dejjem
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 8/15 pp. 7-12

Ibżaʼ Minn Jehovah, Dak li Jismaʼ t-​Talb

“O Semmiegħ it-​talb, saħansitra għandek se jiġu nies taʼ kull laħam.”—SALM 65:2.

1. Għala għandna nistennew li Jehovah jkollu ħtiġijiet għal dawk li jixtiequ javviċinawh bit-​talb?

ALLA JEHOVAH hu s-​“Sultan tal-​eternità.” Huwa wkoll “Semmiegħ it-​talb,” li lejh se jiġu “nies taʼ kull laħam.” (Rivelazzjoni 15:3; Salm 65:2) Imma kif għandhom jiġu għandu? Slaten tal-​art jirregolaw affarijiet bħalma huma l-​ilbies u l-​manjieri taʼ dawk li jitħallew jidħlu fil-​preżenza tagħhom. Ċertament, mela, għandna nistennew li s-​Sultan Etern ikollu ħtiġijiet li jridu jitwettqu minn min jixtieq jiġi quddiemu bi tħannin u radd il-​ħajr.—Filippin 4:6, 7.

2. X’mistoqsijiet iqumu fuq is-​suġġett tat-​talb?

2 Is-​Sultan Etern x’jirrikjedi minn dawk li javviċinawh fit-​talb? Min jistaʼ jitlob u jiġi mismugħ? U dwar xiex jistgħu jitolbu?

Navviċinaw lis-​Sultan Etern

3. X’eżempji tistaʼ tagħti taʼ talb offrut minn qaddejja bikrin t’Alla, u avviċinawh huma permezz taʼ medjatur?

3 Qabel ma Adam sar midneb, hu, bħala “iben t’Alla,” evidentement kien jikkomunika mas-​Sultan tal-​eternità. (Luqa 3:38; Ġenesi 1:26-28) Meta Abel bin Adam ippreżenta “xi wħud minn tal-​ewwel tal-​merħla tiegħu” lil Alla, bla dubju din l-​offerta kienet akkumpanjata b’espressjonijiet taʼ tħannin u tifħir. (Ġenesi 4:2-4) Noè, Abraham, Iżakk, u Ġakobb bnew artali u avviċinaw lil Jehovah bit-​talb bl-​offerti tagħhom. (Ġenesi 8:18-22; 12:7, 8; 13:3, 4, 18; 22:9-14; 26:23-25; 33:18-20; 35:1, 3, 7) U t-​talb taʼ Salamun, Eżra, u taʼ salmisti mnebbħin minn Alla jindika li l-​Iżraeliti avviċinaw lil Alla mingħajr ebda medjatur.—1 Slaten 8:22-24; Eżra 9:5, 6; Salm 6:1, 2; 43:1; 55:1; 61:1; 72:1; 80:1; 143:1.

4. (a) Liema mod ġdid li bih jistaʼ jiġi avviċinat Alla fit-​talb ġie mwaqqaf fl-​ewwel seklu? (b) Għala huwa b’mod speċjali xieraq li t-​talb jiġi offrut f’isem Ġesù?

4 Mod ġdid kif jiġi avviċinat Alla fit-​talb ġie mwaqqaf fl-​ewwel seklu tal-​Era Komuni tagħna. Kien permezz taʼ Ibnu, Ġesù Kristu, li kellu mħabba speċjali għall-​umanità. Fl-​eżistenza tiegħu qabel ma sar bniedem, Ġesù qeda bil-​ferħ bħala “imgħallem,” billi kellu għal qalbu l-​affarijiet assoċjati mal-​bnedmin. (Proverbji 8:30, 31) Bħala raġel fuq l-​art, Ġesù b’imħabba għen b’mod spiritwali lill-​bnedmin imperfetti, fejjaq lill-​morda, u saħansitra qajjem lill-​mejtin. (Mattew 9:35-38; Luqa 8:l-3, 49-56) Fuq kollox, Ġesù ‘ta ruħu bħala rahan għal ħafna.’ (Mattew 20:28) Kemm hu xieraq, mela, li dawk li jieħdu vantaġġ mir-​rahan għandhom javviċinaw lil Alla permezz taʼ dan il-​wieħed li jħobb daqshekk lill-​bnedmin! Dan hu issa l-​uniku mod li bih nistgħu navviċinaw lis-​Sultan Etern, għax Ġesù nnifsu qal: “Ħadd ma jiġi għand il-​Missier ħlief permezz tiegħi” u “Jekk tistaqsu lill-​Missier għal xi ħaġa hu se jagħtihielkom f’ismi.” (Ġwann 14:6; 16:23) Li nitolbu għal affarijiet f’isem Ġesù jfisser li nirrikonoxxuh bħala l-​mod li bih navviċinaw lil Semmiegħ it-​talb.

5. X’inhi l-​attitudni t’Alla lejn id-​dinja taʼ bnedmin, u dan x’għandu x’jaqsam mat-​talb?

5 B’mod speċjali għandna napprezzaw l-​imħabba li Jehovah wera billi pprovda r-​rahan. Ġesù qal: “Alla tant ħabb lid-​dinja [taʼ bnedmin] li ta l-​Iben uniġenitu tiegħu, sabiex kulmin jeżerċita fidi fih jistaʼ ma jinqeridx . imma jkollu l-​ħajja taʼ dejjem.” (Ġwann 3:16) Il-​profondità tal-​imħabba t’Alla hija esprimuta tajjeb fil-​kliem tas-​salmista: “Bħalma s-​smewwiet huma ogħla mill-​art, il-​qalb tajba bl-​imħabba tiegħu hi superjuri lejn dawk li jibżgħu minnu. Daqs kemm tlugħ ix-​xemx hu mbiegħed minn inżul ix-​xemx, daqshekk hu biegħed il-​ħtijiet tagħna. Bħalma missier juri ħniena maʼ wliedu, Jehovah wera ħniena maʼ dawk li jibżgħu minnu. Għax hu nnifsu jaf tajjeb it-​tiswir tagħna, billi jiftakar li aħna trab.” (Salm l03:1l-14) Kemm hu nkuraġganti li tkun taf li t-​talb tax-​Xhieda ddedikati taʼ Jehovah jitlaʼ għand Missier tant taʼ mħabba permezz taʼ Ibnu!

Privileġġ Ristrett

6. Jehovah b’liema attitudni jrid jiġi avviċinat fit-​talb?

6 Slaten umani ma jippermettux illi jidħol min ġie ġie ġol-​palazz irjali mingħajr ma jiġi annunzjat. Udjenza maʼ xi sultan hi privileġġ ristrett. L-​istess hu t-​talb lis-​Sultan tal-​eternità. Naturalment, dawk li javviċinawh permezz taʼ Ġesù Kristu b’apprezzament xieraq għall-​majestà glorjuża t’Alla jistgħu jistennew li se jinstemgħu. Is-​Sultan Etern għandu jiġi avviċinat b’attitudni taʼ reverenza u qima. U dawk li jixtiequ jiġu mismugħin iridu juru “I-biżaʼ taʼ Jehovah.”—Proverbji 1:7.

7. X’inhu “l-​biżaʼ taʼ Jehovah”?

7 X’inhu “l-​biżaʼ taʼ Jehovah”? Huwa reverenza profonda għal Alla, flimkien maʼ tkexkix bnin li tonqos li togħġbu. Dan il-​biżaʼ jiġi minn gratitudni profonda għall-​qalb tajba bl-​imħabba u t-​tjubija tiegħu. (Salm l06:1) Jinvolvi li tirrikonoxxih bħala s-​Sultan tal-​eternità, li għandu d-​dritt u l-​qawwa li jġib kastig, inkluża mewt, fuq kulmin ma jobdihx. Persuni li juru l-​biżaʼ taʼ Jehovah jistgħu jitolbuh bl-​istennija li jiġu mismugħin.

8. Alla għala jismaʼ t-​talb taʼ dawk li jibżgħu minnu?

8 Naturalment, Alla ma jweġibx it-​talb taʼ nies ħżiena, mhux lejali, u tajbin f’għajnejhom stess. (Proverbji 15:29; Isaija 1:15; Luqa 18:9-14) Imma dawk li jibżgħu minn Jehovah jiġu mismugħin għaliex imxew fi qbil mal-​livelli taʼ tjieba tiegħu. Madankollu, huma għamlu iżjed. Dawk li jibżgħu minn Jehovah għamlu dedikazzjoni lil Alla fit-​talb u ssimbolizzaw dan billi ħadu l-​magħmudija tal-​ilma. Huma b’hekk għandhom privileġġ mhux ristrett taʼ talb.

9, 10. Jistgħu persuni mhux imgħammdin jitolbu bit-​tama li jinstemgħu?

9 Biex jiġi mismugħ minn Alla, wieħed irid jesprimi sentimenti taʼ talb li huma fi qbil mar-​rieda divina. Iva, irid ikun sinċier, imma iżjed hu meħtieġ. “Mingħajr fidi hu impossibbli li togħġbu sewwa [lil Alla],” kiteb l-​appostlu Pawlu, “għax dak li joqrob lejn Alla jrid jemmen li hu u li jsir dak li jħallas lil dawk li jfittxuh bil-​ħeġġa.” (Ebrej 11:6) Allura, mela, jistgħu persuni mhux imgħammdin jiġu nkuraġġiti biex jitolbu bit-​tama li jinstemgħu?

10 Billi kien konxju li t-​talb hu privileġġ ristrett, is-​Sultan Salamun talab li Jehovah jismaʼ biss lil barranin li kienu jitolbu lejn it-​tempju t’Alla f’Ġerusalemm. (1 Slaten 8:4l-43) Sekli wara, il-​Ġentil barrani Kornelju “tħannen maʼ Alla kontinwament” bħala raġel devot. Hekk kif akkwista għarfien eżatt, Kornelju ddedika lilu nnifsu lil Alla, li mbagħad tah l-​ispirtu qaddis. Wara dan, Kornelju u Ġentili oħra ġew imgħammdin. (Atti 10:l-44) Bħal Kornelju, kulmin illum qed jipprogressa lejn id-​dedikazzjoni jistaʼ jiġi nkuraġġit biex jitlob. Imma individwu li mhux sinċier dwar li jistudja l-​Iskrittura, li ma jafx il-​ħtiġijiet divini għat-​talb, u li għadu ma weriex attitudni li togħġob lil Alla ma jistax jingħad li jibżaʼ minn Jehovah, li għandu l-​fidi, jew li qed ifittxu bil-​ħeġġa. Wieħed bħal dan mhux f’pożizzjoni li joffri talb aċċettabbli għal Alla.

11. Xi ġralhom xi wħud li kienu qed jipprogressaw lejn id-​dedikazzjoni, u x’għandhom jistaqsu lilhom infushom?

11 Xi wħud li kienu darba qed jipprogressaw lejn id-​dedikazzjoni iktar tard forsi jidhru li qed iżommu lura. Jekk m’għandhomx biżżejjed imħabba lejn Alla f’qalbhom biex jagħmlu dedikazzjoni bla riżerva lilu, għandhom jistaqsu lilhom infushom jekk għadx għandhom il-​privileġġ tal-​għaġeb tat-​talb. Milli jidher le, għaliex dawk li javviċinaw lil Alla jridu jkunu qed ifittxuh bil-​ħeġġa u wkoll bit-​tjieba u bl-​umiltà. (Sofonija 2:3) Kulmin verament jibżaʼ minn Jehovah huwa wieħed li jemmen, li jagħmel dedikazzjoni lil Alla u li jissimbolizzaha billi jitgħammed. (Atti 8:13; 18:8) U dawk biss li jemmnu u jitgħammdu għandhom privileġġ mhux ristrett biex javviċinaw lis-​Sultan Etern fit-​talb.

“Titolbu bl-​Ispirtu Qaddis”

12. Meta jistaʼ jingħad li wieħed qed ‘jitlob bl-​ispirtu qaddis’?

12 Wara li wieħed jagħmel dedikazzjoni lil Alla u jissimbolizzaha billi jitgħammed, hu qiegħed f’pożizzjoni li ‘jitlob bl-​ispirtu qaddis.’ Rigward dan, Ġuda kiteb, “Imma intom, maħbubin, billi tibnu lilkom infuskom fuq il-​fidi tagħkom l-​iktar qaddisa, u billi titolbu bl-​ispirtu qaddis, żommu lilkom infuskom fl-​imħabba t’Alla, waqt li qegħdin tistennew il-​ħniena tal-​Mulej tagħna Ġesù Kristu bil-​ħajja taʼ dejjem quddiemkom.” (Ġuda 20, 21) Wieħed jitlob bl-​ispirtu qaddis meta jitlob taħt l-​influwenza tal-​ispirtu, jew forza attiva, t’Alla, u fi qbil mal-​affarijiet li jintqalu fil-​Kelma Tiegħu. L-​Iskrittura, miktuba taħt ispirazzjoni tal-​ispirtu taʼ Jehovah, turina kif nitolbu u għal xiex nitolbu. Per eżempju, aħna nistgħu bil-​fiduċja nitolbu biex Alla jagħtina l-​ispirtu qaddis tiegħu. (Luqa 11:13) Meta nitolbu bl-​ispirtu qaddis, it-​talb tagħna jikxef kundizzjoni tal-​qalb li Jehovah iħobb.

13. Jekk nitolbu bl-​ispirtu qaddis, x’se nevitaw, u liema parir taʼ Ġesù se napplikaw?

13 Meta nitolbu bl-​ispirtu qaddis, it-​talb tagħna ma jkunx mimli bi kliem bombastiku. Ma jkunx jikkonsisti minn sentenzi rrepetuti bl-​amment. Le, ma jkunx fih litaniji kważi bla sens, espressjonijiet taʼ tifħir mhux sinċieri. Talb taʼ dik ix-​xorta huwa kotran fil-​Kristjaneżmu u fil-​bqija taʼ Babilonja l-​Kbira, l-​imperu dinji taʼ reliġjon falza. Imma Kristjani veri jagħtu kas tal-​parir taʼ Ġesù: “Meta titolbu m’għandkomx tkunu bħalma huma l-​ipokriti; għax huma jħobbu jitolbu bil-​wieqfa fis-​sinagogi u fil-​kantunieri tat-​toroq ewlenin, biex jistgħu jidhru għan-​nies . . . U waqt li titolbu tgħidux kliem bħall-​pappagall bħall-​pagani; għax huma [b’mod żbaljat] jaħsbu li se jġiegħlu li jinstemgħu bil-​kwantità taʼ dak li jgħidu. Mela tkunux bħalhom.”—Mattew 6:5-8, Byington.

14. Liema stqarrijiet taʼ osservazzjoni għamlu xi wħud rigward it-​talb?

14 Minbarra Ġesù u l-​kittieba tal-​Bibbja, oħrajn ukoll għamlu stqarrijiet taʼ osservazzjoni rigward it-​talb. Per eżempju, il-​kittieb Ingliż John Bunyan (1628-88) qal: “It-​talb huwa t-​tferriegħ sinċier, sensibbli, taʼ affezzjoni tar-​ruħ lil Alla, permezz taʼ Kristu, fis-​saħħa u l-​għajnuna tal-​Ispirtu, għal dawk l-​affarijiet li Alla wiegħed.” Thomas Brooks (1608-80), kleriku Puritan, osserva: “Alla jħares mhux lejn l-​orazzjoni tat-​talb tiegħek, kemm hu eleganti; lanqas lejn il-​ġeometrija tat-​talb tiegħek, kemm hu twil; lanqas lejn l-​aritmetika tat-​talb tiegħek, kemm hu kotran; lanqas lejn il-​loġika tat-​talb tiegħek, kemm hu metodiku; imma s-​sinċerità tiegħu hu jħares lejha.” Maʼ dawn il-​kummenti tistaʼ tiżdied ir-​rimarka taʼ Bunyan: “Fit-​talb aħjar ikollok qalb mingħajr kliem, milli kliem mingħajr qalb.” Imma jekk aħna sinċieri u nimxu mal-​ħtiġijiet divini, kif nistgħu nkunu żguri li s-​Sultan tal-​eternità se jismaʼ t-​talb tagħna?

Qatt Ma Niġu Mwarrbin

15. Fi ftit kliem, x’qal Ġesù f’Luqa 11:5-8?

15 Alla Jehovah qatt ma jsodd widnejh għat-​talb tal-​qaddejja ddedikati tiegħu. Dan intgħamel ċar fil-​kliem taʼ Ġesù li jqawwi l-​qalb meta d-​dixxipli tiegħu talbuh struzzjoni dwar it-​talb. F’parti hu qal: “Min minnkom se jkollu ħabib u se jmur għandu f’nofs il-​lejl u jgħidlu, ‘Ħabib, islifni tliet ħobżiet, għaliex ħabib minn tiegħi għadu kif ġie għandi fuq vjaġġ u m’għandi xejn xi nqiegħed quddiemu’? U dak il-​wieħed minn ġewwa jgħid bi tweġiba, ‘Tibqax tinkwetani. Il-​bieb diġà msakkar, u t-​tfal żgħar tiegħi qegħdin miegħi fis-​sodda; ma nistax inqum u nagħtik xi ħaġa.’ Ingħidilkom, Għalkemm mhux se jqum u jagħtih xi ħaġa minħabba li hu l-​ħabib tiegħu, ċertament minħabba l-​persistenza qalbiena tiegħu hu se jqum u jagħtih dawk l-​affarijiet li għandu bżonn.” (Luqa 11:1, 5-8) X’kien il-​punt taʼ din it-​tixbieha?

16. Rigward it-​talb, Ġesù x’riedna nagħmlu?

16 Ġesù ċertament ma riedx ifisser li Jehovah ma kienx lest li jgħinna. Minflok, Kristu jridna nafdaw f’Alla kompletament u nħobbuh biżżejjed li nitolbu bla ma nieqfu. B’hekk, Ġesù ssokta: “Ingħidilkom, Ibqgħu staqsu, u se jingħatalkom; ibqgħu fittxu, u se ssibu; ibqgħu ħabbtu, u se jinfetħilkom. Għax kulmin qed jistaqsi jirċievi, u kulmin qed ifittex isib, u lil kulmin qed iħabbat se jinfetaħlu.” (Luqa 11:9, 10) Żgur, mela, għandna nibqgħu nitolbu meta nġarrbu xi persekuzzjoni, xi niket dwar xi djufija persunali bl-​egħruq fondi, jew xi prova oħra. Jehovah dejjem lest li jgħin lill-​qaddejja lejali tiegħu. Hu qatt ma jgħidilna: “Tibqax tinkwetani.”

17, 18. (a) Ġesù kif inkuraġġiena biex nitolbu għall-​ispirtu qaddis, u xi jżid il-​forza taʼ kliemu? (b) Ġesù kif qabbel l-​aġir taʼ ġenitur tal-​art maʼ dak t’Alla?

17 Jekk irridu ngawdu relazzjoni mill-​qrib maʼ Alla, għandna bżonn l-​ispirtu qaddis jew forza attiva tiegħu. Għaldaqstant, Ġesù ssokta: “Tabilħaqq, liema missier hemm fostkom li, jekk ibnu jitlob ħuta, se jnewwillu forsi serp minflok ħuta? Jew jekk ukoll jitlob bajda, se jnewwillu skorpjun? Għalhekk, jekk intom, għalkemm intom ħżiena, tafu kif tagħtu rigali tajbin lil uliedkom, kemm iktar il-​Missier fis-​sema se jagħti spirtu qaddis lil dawk li jitolbuh!” (Luqa 11:1l-13) Mattew 7:9-11 jitkellem dwar l-​għoti taʼ ġebla flok ħobż. Il-​qawwa tal-​kliem taʼ Ġesù tiżdied jekk nirrealizzaw li l-​ħobż fl-​artijiet tal-​qedem tal-​Bibbja kien id-​daqs u l-​għamla bħal dik taʼ ġebla tonda u ċatta. Xi tip taʼ sriep jixbhu ċerti tipi taʼ ħut, u hemm skorpjun żgħir abjad li jixbah tistaʼ tgħid lil bajda. Imma jekk jiġi mitlub ħobża, ħuta, jew bajda, liema tip taʼ missier se jagħti lil ibnu ġebla, serpent, jew skorpjun?

18 Ġesù mbagħad iqabbel l-​aġir taʼ ġenitur tal-​art mal-​azzjonijiet t’Alla lejn il-​membri tal-​familja Tiegħu taʼ adoraturi. Jekk aħna, għalkemm ftit jew wisq aħna ħżiena minħabba l-​istat tad-​dnub li writna, nagħtu għotjiet tajbin lil uliedna, kemm iktar għandna nistennew lil missierna tas-​sema li jagħti l-​għotja meraviljuża tal-​ispirtu qaddis tiegħu lill-​qaddejja lejali tiegħu li bl-​umiltà jitolbu għalih!

19. (a) X’inhu ssuġġerit mill-​kliem taʼ Ġesù mniżzel f’Luqa 11:1l-13 u Mattew 7:9-11? (b) Jekk niġu mmexxijin mill-​ispirtu qaddis, kif se nqisu l-​provi tagħna?

19 Il-​kliem taʼ Ġesù jissuġġerixxi li aħna għandna nitolbu lil Alla għal iktar spirtu qaddis Tiegħu. Jekk niġu mmexxijin minnu, aħna mhux se ‘ngergru dwar xortina fil-​ħajja’ u nqisu l-​provi u d-​diżappunti bħala li huma tassew taʼ ħsara għalina. (Ġuda 16) Veru, “il-​bniedem, imwieled minn mara, hu għomru qasir u mimli nkwiet,” u ħafna ma baqgħux ħajjin biex jaraw it-​tmiem tal-​problemi u l-​uġigħ tal-​qalb tagħhom. (Ġob 14:1 ) Imma ejjew qatt ma naraw il-​provi tagħna bħala ġebel, sriep, u skorpjuni li Semmiegħ it-​talb b’xi mod newlilna. Hu l-​istess personifikazzjoni tal-​imħabba u ma jipprova lil ħadd b’affarijiet mill-​agħar. Minflok, hu jagħtina ‘kull għotja tajba u rigal perfett.’ Fl-​aħħar mill-​aħħar, hu se jirranġa kollox sewwa għal dawk li jħobbuh u jibżgħu minnu. (Ġakbu 1:12-17; 1 Ġwann 4:8) Dawk li mxew fil-​verità għal snin twal jafu mill-​esperjenza li xi wħud mill-​iktar provi iebsa tagħhom, permezz tat-​talb u l-​fidi, ħadmu għall-​benefiċċju tagħhom u żiedu l-​frott tal-​ispirtu t’Alla fil-​ħajjiet tagħhom. (3 Ġwann 4) Fil-​fatt, b’liema mod aħjar stajna qatt nitgħallmu nistrieħu fuq Missierna tas-​sema u niġu mgħejjunin nikkultivaw il-​frott tal-​ispirtu taʼ mħabba, ferħ, paċi, sabar fit-​tul, ħniena, tjieba, fidi, ħlewwa, u rażna?—Galatin 5:22, 23.

20. Il-​kliem taʼ Ġesù mniżzel f’Luqa 11:5-13 għandu jkollu liema effett fuqna?

20 Il-​kliem taʼ Ġesù mniżżel f’Luqa 11:5-13 b’hekk jagħtina ċertezza mbierka tal-​imħabba u l-​ħarsien teneru taʼ Jehovah. Dan għandu jimla lil qlubna bl-​akbar gratitudni u mħabba. Għandu jsaħħaħ il-​fidi tagħna u jżid ix-​xewqa tagħna li mmorru spiss lejn il-​banketta tas-​Sultan Etern u nibqgħu fil-​preżenza taʼ mħabba tiegħu. Barra minn dan, il-​kliem taʼ Ġesù jiżżgurana li qatt ma nitkeċċew b’idejna vojta. Missierna tas-​sema hu mill-​iktar ferħan li aħna nitfgħu t-​tagħbijiet tagħna fuqu. (Salm 55:22; 121:l-3) U meta aħna, bħala l-​qaddejja ddedikati u lejali tiegħu, nitolbu għall-​ispirtu qaddis tiegħu, hu jagħtihulna bla limitu. Dan hu Alla tagħna taʼ mħabba, u aħna għandna fidi sħiħa li hu Semmiegħ it-​talb tagħna.

Tiftakar?

◻ Permezz taʼ min irridu navviċinaw lil Alla fit-​talb, u għala?

◻ B’liema mod hu t-​talb privileġġ ristrett?

◻ Xi jfisser li ‘titlob bl-​ispirtu qaddis’?

◻ Kif tistaʼ tagħti prova b’mod Skritturali li t-​talb tax-​Xhieda mgħammdin u lejali taʼ Jehovah jinstemaʼ?

[Stampi f’paġna 10]

Kif missirijiet umani jagħtu għotjiet tajbin lil uliedhom, hekk Jehovah jagħti spirtu qaddis lil dawk li jitolbuh

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja