LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w97 12/1 pp. 3-4
  • Żgħażagħ b’Futur fis-Sigurtà

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Żgħażagħ b’Futur fis-Sigurtà
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Taħriġ Divin Iħallas Id-​Dividendi
  • Għożż Pedament Taʼ Sigurtà Għall-​Futur
  • Żgħażagħ—Stinkaw biex Tilħqu Miri li Jonoraw lil Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Żgħażagħ Ferħanin fis-Servizz taʼ Jehovah
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Kif Ikollok Suċċess fiż-Żgħożija Tiegħek
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2001
  • Qegħdin Aħna Ngħixu fl-​“Aħħar Jiem”?
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
w97 12/1 pp. 3-4

Żgħażagħ b’Futur fis-​Sigurtà

ĦAFNA żgħażagħ għandhom ideali nobbli. Huma jiċħdu l-​livelli li qed jiddeterjoraw u li huma komuni fost l-​adulti. Iħossuhom iddiżgustati minħabba l-​inġustizzja u l-​ebusija taʼ qalb tal-​politikanti u n-​negozjanti b’kilba għall-​poter. Jekk int żagħżugħ, forsi hekk tħossok.

Ikkunsidra lil Cedric, żagħżugħ li għandu qrib l-​għoxrin sena, li l-​esperjenza tiegħu m’hijiex xi waħda unika.a Bħala tifel, hu kien jibżaʼ minn ħafna affarijiet, inkluż il-​biżaʼ mill-​mewt. Kien iberren dwar x’inhu l-​iskop tal-​ħajja. Billi ma sabx tweġibiet għall-​mistoqsijiet tiegħu sakemm kellu 15-il sena, hu rrassenja ruħu biex joqgħod jikkontempla dwar il-​ħajja fil-​kumpanija taʼ żgħażagħ idealistiċi oħrajn. “Konna npejpu d-​droga u noqogħdu nitkellmu għal sigħat sħaħ,” jiftakar hu. “Kont tħoss li kulħadd kien jaħsibha bħalek, imma ħadd ma kellu t-​tweġibiet.”

Cedric, bħal ħafna żgħażagħ oħrajn, kien jixxennaq għall-​eċċitament. Li sempliċement kien jieħu d-​drogi ma kienx jissodisfah. Malajr ġie involut fis-​serq u fit-​traffikar tad-​drogi. Xorta baqaʼ jfittex sfidi ġodda. Beda jisraq skond kif jordnawlu. “Kont nieħu pjaċir nagħmlu dan,” hu jammetti. “Imma qatt ma sraqt xi ħaġa mingħand in-​nies komuni. Jekk kont nisraq karozza, kont inħalliha f’kundizzjoni tajba. Jekk kont nisraq minn xi negozju, kont nisraq biss fejn inkun naf li kienu protetti mill-​assigurazzjoni. Dan għenni niġġustifika dak li nkun għamilt.” Bħalma tistaʼ timmaġina, Cedric spiċċa l-​ħabs.

Cedric jiftakar: “Mark, wieħed li kien il-​ħabs miegħi, beda jkellimni. Billi nnota li għandi tatù taʼ salib kbir fin-​naħa taʼ fuq taʼ driegħi, staqsieni għala kont għamiltu. Ħaseb li għandha xi importanza reliġjuża għalija.” Ftit tal-​ġimgħat wara, Mark ta lil Cedric kopja tal-​ktieb Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-​Ġenna Fuq L-​Art.b “‘Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem’​—dawk il-​ftit kelmiet mill-​ewwel laqtuni. Dejjem dwar dak konna nitkellmu, imma qatt ma kellna l-​ħila nsibu s-​soluzzjoni.” Wara ħafna diskussjonijiet maʼ wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah li kien iżur il-​ħabs, Cedric beda jirrealizza li dak li pprova jikseb setaʼ jiksbu​—imma biss bil-​mod t’Alla.

“Ladarba waqaft nassoċja mal-​ħbieb li kelli qabel, malajr għamilt progress,” jinnota Cedric. Il-​progress tiegħu f’li jkollu l-​fehma u l-​hena ma kienx faċli. “Għadni naħdem fuqu,” jgħid hu. “Irrid noqgħod attent dwar il-​mod taʼ kif naħseb.” Iva, Cedric issa japprezza li l-​fatt li kien idealistiku wasslu għal ġon-​nassa tax-​Xitan, billi kien jaħseb li l-​miri tiegħu setgħu jintlaħqu biss billi jieħu sehem f’attivitajiet li jiċċentraw fuq l-​eċċitament.

Ferħanin ngħidu, Cedric ilu li ħareġ mill-​ħabs, u qed igawdi sħubija regulari m’oħrajn li sabu dak li kienu qed ifittxu. Illum hu wieħed mix-​Xhieda taʼ Jehovah u għandu l-​istess tama tagħhom li jgħixu fil-​Ġenna hawnhekk fuq l-​art. Hu qiegħed ukoll iħares ’il quddiem lejn it-​tmiem taʼ l-​influwenza satanika fil-​forom kollha tagħha.

M’għandniex xi ngħidu, mhux biss żgħażagħ bħal Cedric għandhom futur fis-​sigurtà; hemm oħrajn li ġew imrobbijin minn ġenituri li għandhom il-​biżaʼ t’Alla, u li nisslu f’uliedhom imħabba għall-​verità tal-​Bibbja.

Taħriġ Divin Iħallas Id-​Dividendi

“Ħarreġ tifel jimxi fit-​triq it-​tajba; ma joħroġx minnha lanqas meta jixjieħ,” kiteb is-​Sultan għaref tal-​qedem, Salamun. (Proverbji 22:6) Dan ta prova li kien veru fil-​każ taʼ ħafna żgħażagħ li b’ruħhom kollha għażlu li jsegwu l-​livell tal-​Bibbja.

Sheila, Gordon, u Sarah hekk għamlu. Huma jiftakru li l-​ġenituri tagħhom taw ħafna importanza lill-​ubbidjenza għall-​kmand taʼ Kristu biex ‘imorru u jagħmlu dixxipli’ billi jippridkaw l-​aħbar tajba tas-​Saltna. (Mattew 24:14; 28:19, 20) “Fi kwalunkwe deċiżjonijiet li kellhom jittieħdu, Ommi u jien konna ngħidu lil xulxin, ‘Dan kif se jeffettwa lix-​xogħol taʼ l-​ippridkar?’” tiftakar Sheila. “Ħassarna ħafna proġetti bħala riżultat taʼ dan l-​irraġunar,” hi tammetti, u żżid, “imma x’barkiet kellna!” Anki wara ġranet twal li kienu jqattgħu jżuru d-​djar tan-​nies bl-​aħbar tajba, Sheila u ommha kienu jmorru lura d-​dar għajjenin u jkantaw. “Tant kont ferħana,” tgħid hi. “U hekk għadni s’issa.”

Gordon jiftakar kemm qattaʼ Sibtijiet pjaċevoli. “Kont inkun mistieden fid-​djar taʼ l-​anzjani tal-​kongregazzjoni, fejn kien ikollna logħob forma taʼ mistoqsijiet u diskussjonijiet taʼ benefiċċju. Konna niġu inkuraġġiti biex nitgħallmu versi mill-​Bibbja bl-​amment, nitkellmu bil-​miftuħ dwar suġġetti Skritturali, nirrakkontaw xi esperjenza dwar l-​ippridkar, u nsiru nafu kif ix-​xogħol tas-​Saltna qed jespandi,” jiftakar Gordon. “Dawn l-​affarijiet kollha għenuni biex inħejji pedament tajjeb u biex inrawwem imħabba lejn Alla Jehovah.”

Sarah għandha memorji sbieħ taʼ ħin li qattgħet fil-​għaxijiet m’aħwa li kienu jżuruhom. “Konna nieklu flimkien. Imbagħad biex nispiċċaw il-​ġurnata, konna ndoqqu l-​pjanu biex nakkumpanjaw lil dawk li kienu qegħdin ikantaw l-​għanjiet dwar is-​Saltna t’Alla. Il-​mużika verament għenitna, speċjalment matul is-​snin tagħna fl-​iskola, għaliex stajna nagħmlu affarijiet flimkien bħala familja.”

M’għandniex xi ngħidu, mhux iż-​żgħażagħ kollha li jfittxu li jogħġbu lil Jehovah għandhom ċirkostanzi ideali fil-​familja. Madankollu, sħubija mill-​qrib maʼ familji oħrajn tax-​Xhieda fil-​kongregazzjoni toffrilhom sigurtà u tagħmilhom iħossuhom parti mill-​familja.

Għożż Pedament Taʼ Sigurtà Għall-​Futur

Iż-​żgħażagħ illum għandhom għażla. Jistgħu jibqgħu mexjin maʼ din id-​dinja mill-​agħar hekk kif nieżla rasha ’l isfel lejn il-​qerda fid-​“diqa kbira” li ġejja u li Ġesù bassar dwarha. Jew jistgħu ‘jqiegħdu t-​tama tagħhom f’Alla u jħarsu l-​kmandamenti tiegħu,’ bħalma kanta s-​salmista mnebbaħ, Asaf. L-​ubbidjenza lejn Alla se żżommhom lura milli jsiru “nies taʼ ras iebsa li b’xejn ma tismaʼ, li qalbhom kienet bla mistrieħ, u ruħhom lejn Alla infidila.”—Mattew 24:21; Salm 78:6-8.

Fl-iktar minn 80,000 kongregazzjoni tax-​Xhieda taʼ Jehovah madwar id-​dinja, int se ssib ħafna żgħażagħ li tistaʼ tammirahom. Huma taw każ tal-​parir li Pawlu ta liż-​żagħżugħ Timotju biex “jagħmlu l-​ġid, jistagħnu b’opri tajba, li jkunu ġenerużi u jaqsmu maʼ l-​oħrajn. Hekk ikunu qegħdin jaħżnu għalihom infushom teżor sabiħ għal li ġej.” Bħala riżultat, huma issa għandhom “il-​ħajja vera.” (1 Timotju 6:18, 19) Sir af iżjed dwar dawn il-​Kristjani ġenwini billi tattendi l-​laqgħat tagħhom. Imbagħad int ukoll jistaʼ jkollok it-​tama għal futur fis-​sigurtà.

[Noti taʼ taħt]

a L-ismijiet ġew mibdulin.

b Ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja