LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w00 2/1 pp. 30-31
  • Pariri Għaqlin taʼ Omm

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Pariri Għaqlin taʼ Omm
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Pariri Addattati għal Sultan
  • Mara Miżżewġa Kapaċi
  • Raġel Miżżewweġ Kapaċi
  • Il-Bibbja tiddeskrivi mara kapaċi
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • Żewġha magħruf f’bibien il-belt
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2016
  • L-Irwol Onorat taʼ l-Omm
    Stenbaħ!—2005
  • Int Tistaʼ Tgħin lill-Familja Tiegħek Tkun Iżjed Ferħana
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2023
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
w00 2/1 pp. 30-31

Pariri Għaqlin taʼ Omm

“Ismaʼ, ibni, kliem missierek, u twarrabx tagħlim ommok.”—Proverbji 1:8.

IL-​ĠENITURI tagħna—ommijietna u missirijietna—jistgħu jkunu sors imprezzabbli taʼ inkuraġġiment, appoġġ, u pariri. Il-​ktieb Bibliku taʼ Proverbji jitkellem dwar ċertu sultan żagħżugħ jismu Lemuwel, li rċieva “messaġġ peżanti” taʼ “korrezzjoni” mingħand ommu. Dan il-​kliem hu dokumentat fi Proverbji kapitlu 31, u aħna wkoll nistgħu nibbenefikaw mill-​pariri għaqlin taʼ din l-​omm.—Proverbji 31:​1, NW.

Pariri Addattati għal Sultan

Omm Lemuwel tibda b’xi mistoqsijiet li jqanqlulna l-​interess: “X’se ngħidlek, ibni? X’se ngħidlek, bin ġufi? X’se ngħidlek, bin il-​wegħdi tiegħi?” Il-​fatt li rripetiet l-​appell tagħha tliet darbiet juri kemm kienet ansjuża biex binha jagħti kas kliemha. (Proverbji 31:2) It-​tħassib tagħha għall-​benesseri spiritwali taʼ nisilha jistabbilixxi eżempju mill-​aħjar għall-​ġenituri Kristjani llum.

Rigward il-​benesseri taʼ binha, x’jistaʼ jinkwieta lil omm iktar mix-​xalar u l-​eċċessi fejn għandhom x’jaqsmu l-​famużi inbid, nisa, u mużika? Omm Lemuwel tolqot il-​musmar fuq rasu: “Tagħtix l-​enerġija vitali tiegħek lin-​nisa.” Hi tiddeskrivi l-​kondotta immorali bħala “dak li jwassal għal li jinqerdu s-​slaten.”—Proverbji 31:​3, NW.

Ix-xorb eċċessiv m’għandux jiġi injorat. “Ma jixraqx li s-​slaten jixorbu l-​inbid,” hi twissi. Sultan kif jistaʼ jagħti ġudizzji f’lokhom u raġunevoli u jevita li ‘jinsa l-​liġi, u jdawwar il-​ħaqq kontra kull imsejken’ jekk hu jkun fis-​sakra l-​ħin kollu?—Proverbji 31:​4-7.

Għall-kuntrarju, billi jibqaʼ ħieles minn vizzji bħal dawn, is-​sultan ikun jistaʼ ‘jagħmel ħaqq bis-​sewwa, u jħares id-​drittijiet tal-​fqir u l-​imsejken.’—Proverbji 31:​8, 9.

Għalkemm iż-​żgħażagħ Kristjani forsi m’humiex “slaten” illum, il-​pariri għaqlin taʼ omm Lemuwel xorta huma f’waqthom, jekk mhux iktar minn qabel. Illum l-​abbuż taʼ l-​alkoħol, l-​użu tat-​tabakk, u l-​immoralità sesswali huma komuni ħafna fost iż-​żgħażagħ, u huwa vitali li ż-​żgħażagħ Kristjani jagħtu kas meta l-​ġenituri tagħhom joffrulhom ‘messaġġi peżanti.’

Mara Miżżewġa Kapaċi

Huwa raġunevoli li l-​ommijiet jaħsbu dwar il-​prospetti taʼ żwieġ taʼ wliedhom subien li waslu biex isiru adulti. Omm Lemuwel issa ddawwar l-​attenzjoni tagħha lejn il-​kwalitajiet taʼ mara ideali. Bla dubju, raġel żagħżugħ jibbenefika ħafna billi jikkunsidra l-​opinjoni taʼ mara dwar din il-​kwistjoni importanti.

Fil-vers 10 (NW), “mara miżżewġa kapaċi” hi mxebbha mal-​qroll tant rari u prezzjuż, li fi żminijiet Bibliċi kien jeħtieġ sforz ġmielu biex wieħed jakkwistah. B’mod simili, biex wieħed isib mara kapaċi jeħtieġ sforz. Minflok ma jgħaġġel biex jiżżewweġ għax ikun tant ansjuż biex ikollu mara, żagħżugħ jagħmel tajjeb li jieħu ż-​żmien tiegħu biex jagħżel bir-​reqqa. Imbagħad, x’aktarx li se jgħożżha iktar is-​sejba prezzjuża tiegħu.

Rigward mara miżżewġa kapaċi, lil Lemuwel jintqallu: “Fuqha tistrieħ qalb żewġha.” (Vers 11) Fi kliem ieħor, m’għandux jinsisti li martu tikseb l-​approvazzjoni tiegħu f’kulma tagħmel. M’għandniex xi ngħidu, il-​miżżewġin għandhom jikkonsultaw flimkien qabel ma jagħmlu deċiżjonijiet importanti ħafna, bħal dawk li jinvolvu x-​xiri t’affarijiet li jqumu ħafna jew it-​trobbija taʼ wliedhom. Fi kwistjonijiet bħal dawn, il-​komunikazzjoni twassal għal rabta mill-​qrib bejniethom.

M’għandniex xi ngħidu, mara miżżewġa kapaċi jkollha ħafna x’tagħmel. Fil-​versi 13 sa 27 jissemmew pariri u prinċipji li n-​nisa miżżewġin f’kull żmien jistgħu jużawhom għall-​benefiċċju tal-​familji tagħhom. Per eżempju, minħabba li l-​prezz tal-​ħwejjeġ u taʼ l-​affarijiet tad-​dar dejjem jogħla, mara kapaċi titgħallem tagħmel xogħol taʼ l-​idejn u tkun bil-​għaqal f’li tqassam il-​flus sabiex il-​familja tagħha jkollha biżżejjed x’tilbes u tkun preżentabbli. (Versi 13, 19, 21, 22) Biex tnaqqas l-​ispejjeż taʼ l-​ikel tal-​familja, hi tkabbar il-​prodotti għall-​ikel u tixtri bil-​għaqal.—Versi 14, 16.

Ovvjament, din il-​mara ‘ma tiekol qatt ħobż l-​għażż.’ Hi taħdem iebes u tqassam ix-​xogħol tad-​dar b’mod effiċjenti. (Vers 27) Hi “tħażżem ġenbejha bil-​qawwa,” li jfisser li hi tħejji biex tagħmel xogħol li jirrikjedi sforz fiżiku ġmielu. (Vers 17) Hi tqum qabel titlaʼ x-​xemx biex tibda l-​ġurnata tax-​xogħol tagħha, u tibqaʼ taħdem iebes sa tard bil-​lejl. Hu bħallikieku l-​musbieħ li jdawwal xogħolha jibqaʼ mixgħul il-​ħin kollu.—Versi 15, 18.

Fuq kollox, mara miżżewġa kapaċi hija persuna spiritwali. Hi għandha l-​biżaʼ t’Alla u tqimu b’rispett kbir u b’riverenza profonda. (Vers 30) B’mod simili, hi tgħin lil żewġha f’li jħarrġu lil uliedhom biex jagħmlu l-​istess. Vers 26 jgħid: “Kliem l-​għerf għandha fuq fommha, kliem it-​tjieba fuq ilsienha.”

Raġel Miżżewweġ Kapaċi

Sabiex mara kapaċi tinġibed lejh, Lemuwel kien se jkun jeħtieġlu jwettaq ir-​responsabbiltajiet taʼ raġel miżżewweġ kapaċi. Omm Lemuwel tfakkru dwar diversi minn dawn ir-​responsabbiltajiet.

Raġel kapaċi jirċievi rapport tajjeb mingħand il-​“kbarat tal-​pajjiż.” (Proverbji 31:23) Dan ifisser li hu jkun raġel taʼ ħila, onest, taʼ min jafdah, u wieħed li jkollu l-​biżaʼ t’Alla. (Eżodu 18:21; Dewteronomju 16:​18-20) Bħala tali, hu jkun “magħruf f’bieb il-​belt,” fejn l-​irġiel prominenti jinġabru biex imexxu l-​affarijiet tal-​belt. Biex ikun “magħruf” bħala raġel li jibżaʼ minn Alla, ried ikun raġunevoli u jaħdem id f’id maʼ l-​irġiel ixjeħ tal-​“pajjiż,” li forsi jfisser id-​distrett jew ir-​reġjun.

Omm Lemuwel, li bla dubju kienet qed titkellem mill-​esperjenza persunali tagħha, tfakkar lil binha dwar l-​importanza taʼ li juri apprezzament lejn il-​mara futura tiegħu. Għalih, ħadd fid-​dinja ma jkun egħżeż minnha. Għalhekk, immaġina l-​emozzjoni profonda li tinħass f’leħnu hekk kif jistqarr: “Ħafna nisa wrew ħila kbira imma inti lkoll għaddejthom.”—Proverbji 31:29.

Jidher li Lemuwel kien japprezzahom il-​pariri għaqlin t’ommu. Per eżempju, ninnotaw li fl-​ewwel vers, hu jirreferi għal kliem ommu bħala kliemu stess. Għalhekk, hu ħa l-​“korrezzjoni” tagħha bis-​serjetà u bbenefika mit-​twissijiet tagħha. Jalla aħna wkoll nieħdu vantaġġ minn dan il-​“messaġġ peżanti” billi napplikaw il-​prinċipji tiegħu f’ħajjitna.

[Stampi f’paġna 31]

Mara miżżewġa kapaċi ma tikolx “ħobż l-​għażż”

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja