LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w04 12/1 p. 32
  • X’għandek Taqra-Il-Parir Għaqli taʼ Salamun

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’għandek Taqra-Il-Parir Għaqli taʼ Salamun
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2004
w04 12/1 p. 32

X’għandek Taqra-Il-Parir Għaqli taʼ Salamun

“GĦAX il-​kotba joktru bla heda, u l-​istudju żejjed jgħajji l-​ġisem.” (Koħèlet 12:12) Meta kiteb dan il-​kliem xi 3,000 sena ilu, l-​għaref Sultan Salamun taʼ Iżrael ma kienx qed jiskuraġġixxi l-​qari. Minflok, hu kien qed jitkellem dwar il-​bżonn li tkun selettiv. Kemm hija f’waqtha din it-​tfakkira llum, hekk kif biljuni taʼ paġni mimlijin b’materjal għall-​qari qed jiġu stampati madwar id-​dinja kull sena!

Huwa evidenti li l-​‘kotba li joktru,’ li Salamun irrefera għalihom, la kienu jibnu u lanqas isaħħu. Għalhekk, hu rraġuna li l-​istudju żejjed tagħhom “jgħajji l-​ġisem,” minflok ma jipprovdi benefiċċji pożittivi u dejjiema.

Allura, kien Salamun qed jgħid li m’hemmx kotba li joffru gwida tajba u taʼ min joqgħod fuqha li tistaʼ tkun taʼ benefiċċju għall-​qarrej? Le, għaliex hu kiteb ukoll: “Kliem l-​għorrief hu bħal xpruni, bħal puntali sodi l-​ġabriet taʼ qwielhom; lkoll mogħtija minn ragħaj wieħed.” (Koħèlet 12:11) Tabilħaqq, hemm kliem imniżżel li “bħal xpruni” jistaʼ jipprovdi għajnuna. Dan il-​kliem jistaʼ jinkuraġġixxi lil dak li jkun biex jimxi fil-​mogħdija t-​tajba. Barra minn hekk, “bħal puntali sodi,” jistaʼ jgħinu biex isaħħaħ id-​determinazzjoni tiegħu u jibqaʼ sod.

Fejn nistgħu nsibu kliem għaqli bħal dan? Skond Salamun, l-​iktar kliem li jispikka huwa dak li oriġina mir-​Ragħaj uniku, Ġeħova. (Salm 23:1) Għalhekk, wieħed ma jistax jagħmel aħjar milli jdur lejn il-​ktieb li hu ispirat minn Alla​—il-​Bibbja. Il-​qari regulari taʼ kliem ispirat bħal dan jistaʼ jgħin lil dak li jkun biex isir “kapaċi għalkollox, armat bis-​sħiħ għal kull għemil tajjeb.”—2 Timotju 3:16, 17.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja