LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 5/07 p. 1
  • “Hu li Jagħti l-Qawwa lill-Għajjien”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • “Hu li Jagħti l-Qawwa lill-Għajjien”
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2007
  • Materjal Simili
  • Jehovah Jagħti l-Qawwa lill-Għajjien
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
  • Jehovah Jagħti lill-Wieħed Għajjien Qawwa
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1995
  • ‘Mitmugħin bil-Kliem tal-Fidi’
    Il-Ministeru tas-Saltna—2005
  • Mogħtijin il-Qawwa Biex Nirreżistu t-Tentazzjoni u Nkampaw mal-Iskuraġġiment
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2011
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2007
km 5/07 p. 1

“Hu li Jagħti l-​Qawwa lill-​Għajjien”

1 Ilkoll kemm aħna nħossuna għajjenin kultant. Dan jistaʼ jkun mhux biss minħabba x-​xogħol jew xi attività fiżika oħra imma wkoll minħabba l-​problemi li niffaċċjaw f’dawn iż-​“żminijiet kritiċi li diffiċli biex issib tarfhom.” (2 Tim. 3:1) Bħala qaddejja taʼ Ġeħova, kif nistgħu niksbu s-​saħħa spiritwali meħtieġa biex nibqgħu ma nnaqqsux mill-​ministeru tagħna? Dan nagħmluh billi nistrieħu fuq Ġeħova, il-​wieħed li għandu setegħtu qawwija. (Is. 40:26) Hu jaf x’inhuma l-​bżonnijiet tagħna u għandu interess ġenwin biex jgħinna.​—1 Pt. 5:7.

2 Il-​Provvedimenti taʼ Ġeħova: Ġeħova jsaħħaħna permezz taʼ l-​ispirtu qaddis tiegħu, l-​istess forza li xejn u ħadd ma jiflaħ għaliha u li uża biex joħloq l-​univers. Jekk negħjew, l-​ispirtu t’Alla jgħinna biex ‘nieħdu saħħitna’ lura. (Is. 40:31) Staqsi lilek innifsek, ‘Meta kienet l-​aħħar darba li jien tlabt speċifikament għall-​ispirtu qaddis biex isaħħaħni ħalli nwettaq l-​obbligi Kristjani tiegħi?’​—Lq. 11:​11-​13.

3 Hekk kif kuljum naqraw u nimmeditaw fuq il-​Kelma ispirata t’Alla u niġu sostnuti spiritwalment permezz taʼ studju regulari tal-​pubblikazzjonijiet Kristjani tagħna, aħna se nkunu bħal siġra b’saħħitha “mħawwla ħdejn nixxigħat taʼ l-​ilma li tagħmel il-​frott fi żmienha, u l-​weraq tagħha ma jidbielx.”​—Salm 1:​2, 3.

4 Ġeħova juża wkoll lil sħabna fit-​twemmin, li jistgħu jkunu bħala ‘għajnuna li ssaħħaħna.’ (Kol. 4:​10, 11) Huma jsaħħuna fil-​laqgħat tal-​kongregazzjoni bil-​konversazzjoni, il-​kummenti, u t-​taħditiet li jibnu tagħhom. (Atti 15:32) B’mod speċjali, l-​anzjani Kristjani joffru għajnuna spiritwali u inkuraġġiment li jsaħħaħ.​—Is. 32:​1, 2.

5 Il-​Ministeru: Jekk qed tħossok li qed tegħja, tiqafx milli tippriedka! Kuntrarju għal ħafna attivitajiet oħrajn, li nipparteċipaw regolarment fil-​ministeru tassew jirrifreskana. (Mt. 11:​28-​30) Il-​fatt li naqsmu l-​aħbar tajba se jgħinna niffokaw fuq is-​Saltna t’Alla u nżommu quddiem għajnejna l-​eternità u l-​prospetti meraviljużi tagħha.

6 Hemm ħafna x’nagħmlu qabel ma din is-​sistema mill-​agħar tiġi meqruda. Għandna kull raġuni biex nibqgħu sodi fis-​servizz tagħna, waqt li ‘niddependu mis-​saħħa li jagħti Alla.’ (1 Pt. 4:​11) Bl-​għajnuna taʼ Ġeħova se ntemmu x-​xogħol tagħna, għax hu qed “jagħti l-​qawwa lill-​għajjien.”​—Is. 40:29.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja