-
Tistaʼ Tirbaħ Lura lil ĦukIt-Torri tal-Għassa—1999 | Ottubru 15
-
-
5, 6. Skond il-kuntest, Mattew 18:15 għal liema xorta taʼ dnubiet kien qed jipponta, u x’jindikah dan?
5 Fil-veru sens tal-kelma, il-parir taʼ Ġesù japplika għal affarijiet iżjed serji. Ġesù qal: “Jekk ħuk jaqaʼ f’xi dnub.” F’sens ġenerali, “dnub” jistaʼ jkun kwalunkwe żball jew nuqqas. (Ġob 2:10; Proverbji 21:4; Ġakbu 4:17) Madankollu, il-kuntest jissuġġerixxi li d-dnub li ried ifisser Ġesù kien wieħed serju. Kien gravi biżżejjed li setaʼ jwassal lil dak li jagħmel il-ħażin biex jitqies bħala “wieħed pagan u pubblikan.” X’timplika dik il-frażi?
6 Id-dixxipli taʼ Ġesù li semgħu dan il-kliem kienu jafu li n-nies taʼ pajjiżhom ma kinux jissieħbu mal-Ġentili. (Ġwann 4:9; 18:28; Atti 10:28) U żgur li kienu jevitaw lill-pubblikani, irġiel taʼ dixxendenza Lhudija li kienu jisfruttaw lin-nies. Għalhekk, fil-veru sens tal-kelma, ir-referenza f’Mattew 18:15-17 kienet għal xi dnubiet serji, mhux għal xi offiżi jew weġgħat persunali li tistaʼ sempliċement tinsihom u taħfirhom.—Mattew 18:21, 22.a
-
-
Tistaʼ Tirbaħ Lura lil ĦukIt-Torri tal-Għassa—1999 | Ottubru 15
-
-
a Is-Cyclopedia taʼ McClintock u Strong tgħid: “Il-pubblikani [nies li jiġbru t-taxxi] tat-Test[ment] il-Ġdid kienu meqjusin bħala tradituri u apostati, imniġġsa bil-kuntatt kontinwu tagħhom mal-pagani, għodda ħerqana f’idejn l-oppressur. Huma kienu klassifikati mal-midinbin . . . Mitluqa għal riħhom, billi nies li jgħixu ħajja diċenti kienu jżommu ’l bogħod minnhom, l-uniċi ħbieb jew imseħbin li kellhom kienu jinsabu fost dawk, li bħalhom, kienu emarġinati.”
-