LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • jy kap. 64 p. 152-p. 153 para. 2
  • Il-bżonn li naħfru

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-bżonn li naħfru
  • Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Materjal Simili
  • Lezzjoni f’Dik li hi Maħfra
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Għala Għandna Naħfru
    Tgħallem mill-Għalliem il-Kbir
  • “Min Hu Tassew l-Ilsir Leali u Għaqli?”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2013
  • Huma “Jibqgħu Mexjin Wara l-Ħaruf”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
Ara Iżjed
Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
jy kap. 64 p. 152-p. 153 para. 2

KAPITLU 64

Il-​bżonn li naħfru

MATTEW 18:21-35

  • SEBAʼ DARBIET GĦANDEK TAĦFER?

  • IT-​TIXBIHA TAL-​ILSIR LI MA JURIX ĦNIENA

Pietru semaʼ l-​parir taʼ Ġesù dwar kif għandha tiġi trattata diffikultà bejn l-​aħwa billi jipprovaw jirranġawha bejniethom. Imma Pietru donnu jrid ikun jaf bl-​eżatt kemm-​il darba wieħed għandu jagħmel dan l-​isforz.

Hu jistaqsi: “Mulej, kemm-​il darba jistaʼ ħija jidneb kontrija u naħfirlu? Sa sebaʼ darbiet?” Xi mexxejja reliġjużi jgħallmu li wieħed għandu jaħfer sa tliet darbiet. Allura Pietru forsi jħoss li qed ikun ġeneruż ħafna jekk jaħfer lil ħuh “sa sebaʼ darbiet.”—Mattew 18:21.

Madankollu, li żżomm kont taʼ kemm-​il darba xi ħadd naqsek ma jaqbilx mat-​tagħlim taʼ Ġesù. Għalhekk, hu jikkoreġi lil Pietru: “Ma ngħidlekx, Sa sebaʼ darbiet, imma, Sa sebgħa u sebgħin darba.” (Mattew 18:22) Fi kliem ieħor, dan ifisser li m’għandux ikun hemm limitu. Pietru għandu jibqaʼ jaħfer lil ħuh bla ma jżomm kont.

Ġesù mbagħad jirrakkonta tixbiha lil Pietru u lil oħrajn biex jenfasizza l-​obbligu tagħhom li jaħfru. Hija dwar ilsir li ma jimitax lil sidu li juri l-​ħniena. Is-​sultan irid jirranġa l-​kontijiet mal-​ilsiera tiegħu. Jittieħed quddiemu lsir minnhom li għandu dejn enormi taʼ 10,000 talent [60,000,000 dinar]. Huwa impossibbli għalih li jaqtaʼ dan id-​dejn. Allura s-​sultan jordna li l-​ilsir, martu, u wliedu jinbiegħu ħalli jieħu flusu. Xħin jismaʼ dan, l-​ilsir jinxteħet f’riġlejn sidu u jitolbu bil-​ħrara: “Ħu paċenzja bija u nagħtik kollox lura.”—Mattew 18:26.

Is-​sultan jitqanqal bil-​ħniena u b’qalb tajba jaħfer id-​dejn kbir tal-​ilsir. Meta s-​sultan ikun għamel dan, l-​ilsir imur u jsib ilsir ieħor li għandu jagħtih 100 dinar. Hu jaħtaf lil dan l-​ilsir minn għonqu u jibda jifgah, u jgħidlu: “Ħallas lura dak kollu li għandek tagħti.” Imma l-​ilsir sieħbu jinxteħet f’riġlejn l-​ilsir li għandu d-​dejn miegħu, u bil-​ħrara jitolbu: “Ħu paċenzja bija u nagħtik kollox lura.” (Mattew 18:28, 29) Madankollu, l-​ilsir li nħafirlu d-​dejn tiegħu mis-​sultan ma jimitax lil sidu. Hu jitfaʼ lill-​ilsir sieħbu, li għandu jagħti ferm inqas milli kellu jagħti hu, il-​ħabs sakemm ikun jistaʼ jħallsu lura.

Ġesù mbagħad jgħid li l-​ilsiera l-​oħrajn li jaraw dan l-​aġir bla ħniena jmorru jgħidu lis-​sid, u dan b’rabja jsejjaħ għandu l-​ilsir u jgħidlu: “Ilsir mill-​agħar, jien ħfirtlek dak id-​dejn kollu meta tlabtni bil-​ħrara. Ma messekx int, mill-​banda l-​oħra, ġietek ħniena mill-​ilsir sieħbek, bħalma jien ukoll ġietni ħniena minnek?” Is-​sultan irrabjat jagħti l-​ilsir li ma weriex ħniena f’idejn il-​kalzriera [jew, gwardji] sakemm iħallas lura dak kollu li kellu jagħti. Ġesù jikkonkludi: “Hekk ukoll jagħmlilkom Missieri tas-​sema jekk ma taħfrux minn qalbkom kull wieħed lil ħuh.”—Mattew 18:32-​35.

X’lezzjoni għandha tgħallimna din it-​tixbiha dwar il-​maħfra! Alla ħafrilna dejn kbir taʼ dnub. Meta mqabbel maʼ dan, kwalunkwe dnub li ħu Kristjan jistaʼ jagħmel kontrina hu żgħir. U Ġeħova ma jaħfrilniex darba imma eluf taʼ drabi. Ma nistgħux aħna naħfru lil ħuna diversi drabi, anki jekk ikollna raġuni biex nilmentaw? Bħalma għallem Ġesù fil-​Prietka taʼ fuq il-​Muntanja, Alla se ‘jaħfrilna d-​djun tagħna, bħalma aħna wkoll ħfirna lil min kellu d-​dejn magħna.’—Mattew 6:12.

  • Xi jqanqal lil Pietru biex jistaqsi dwar kemm-​il darba għandu jaħfer lil ħuh, u għala forsi jħoss li qed ikun ġeneruż jekk jaħfer lil xi ħadd sebaʼ darbiet?

  • Il-​mod kif is-​sultan iwieġeb it-​talba għall-​ħniena tal-​ilsir tiegħu kif inhu differenti mill-​mod kif dan l-​ilsir jittratta mal-​ilsir sieħbu?

  • X’lezzjoni għandna nitgħallmu mit-​tixbiha taʼ Ġesù?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja