LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • lff lezzjoni 13
  • X’Jgħallmu r-Reliġjonijiet Foloz Dwar Alla?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • X’Jgħallmu r-Reliġjonijiet Foloz Dwar Alla?
  • Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • TGĦALLEM IŻJED
  • XI DDISKUTEJNA?
  • ARA IŻJED
  • X’Se Jiġri mir-Reliġjonijiet?
    Aħbar Tajba Mingħand Alla!
  • Żomm ’il Bogħod mill-Qima Falza!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • It-Tmiem tar-Reliġjon Falza Huwa fil-Qrib!
    It-Tmiem tar-Reliġjon Falza Huwa fil-Qrib!
  • Iċħad ir-Reliġjon Falza!
    Int Tistaʼ Tkun il-Ħabib t’Alla!
Ara Iżjed
Għix Ħajja Ferħana għal Dejjem!—Il-Bibbja Turik Kif
lff lezzjoni 13
Lezzjoni 13. Qassis jgħallem fi knisja.

LEZZJONI 13

X’Jgħallmu r-​Reliġjonijiet Foloz Dwar Alla?

Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata
Edizzjoni Stampata

Jekk Alla hu mħabba, għala qed isiru ħafna affarijiet ħżiena mir-​reliġjonijiet li jgħidu li jirrappreżentawh? Għax dawn ir-​reliġjonijiet huma ħżiena. Huma jġiegħlu n-​nies jemmnu l-​gideb dwar Alla b’dak li jgħidu u jagħmlu. Kif jigdbu dwar Alla? Hu kif iħossu dwar dan? U x’se jagħmel?

1. Ir-​reliġjonijiet foloz kif jigdbu dwar Alla b’dak li jgħallmu?

Ir-​reliġjonijiet foloz “bidlu l-​verità t’Alla mal-​gidba.” (Rumani 1:25) Pereżempju, ħafna reliġjonijiet ma jgħallmux x’jismu Alla. Però, il-​Bibbja tgħid li għandna nużaw isem Alla. (Rumani 10:​13, 14) Meta tiġri xi ħaġa kerha, ħafna mexxejja reliġjużi jgħidu li Alla hekk ried. Imma din gidba. Alla qatt ma jagħmel affarijiet ħżiena. (Aqra Ġakbu 1:13.) B’dispjaċir, il-​mexxejja reliġjużi jagħmluha diffiċli biex in-​nies iħobbu ’l Alla.

2. Ir-​reliġjonijiet foloz kif jigdbu dwar Alla b’dak li jagħmlu?

Ir-​reliġjonijiet foloz ma jittrattawx lin-​nies bħalma jittrattahom Ġeħova. Il-​Bibbja tgħid li d-​dnubiet tar-​reliġjonijiet foloz “inġemgħu u għolew sas-​sema.” (Rivelazzjoni 18:5) Għal mijiet taʼ snin, ir-​reliġjonijiet indaħlu fil-​politika, issapportjaw il-​gwerer, u b’mod dirett u indirett qatlu ħafna nies. Ħafna mexxejja reliġjużi jridu jgawdu ħajja lussuża, u għalhekk jitolbu l-​flus min-​nies tagħhom. Dan kollu juri kemm lanqas biss jafu ’l Alla, aħseb u ara kemm għandhom id-​dritt li jirrappreżentawh.​—Aqra l-​1 Ġwanni 4:8.

3. Alla kif iħossu dwar ir-​reliġjonijiet foloz?

Jekk l-​affarijiet li jagħmlu r-​reliġjonijiet foloz jirrabjawk, mela kemm iktar jirrabjaw lil Alla! Hu jħobb lin-​nies, imma hu rrabjat mal-​mexxejja reliġjużi għax jigdbu fuqu u jittrattaw ħażin lin-​nies. Hu jwiegħed li se jeqred lir-​reliġjonijiet foloz u li ‘qatt iktar mhu se jerġgħu jinstabu.’ (Rivelazzjoni 18:21) Alla dalwaqt se jeqred ir-​reliġjonijiet foloz kollha.​—Rivelazzjoni 18:8.

TGĦALLEM IŻJED

Sir af kif Alla jħossu dwar ir-​reliġjonijiet foloz. Tgħallem x’għamlu u għala dan m’għandux iwaqqfek milli ssir taf lil Ġeħova.

4. Alla ma jaċċettax ir-​reliġjonijiet kollha

Ħafna nies jemmnu li r-​reliġjonijiet kollha jwassluk għand Alla. Imma dan veru? Aqra Mattew 7:​13, 14, u mbagħad iddiskuti:

  • X’tgħid il-​Bibbja dwar it-​triq li twasslek għall-​ħajja?

Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsija.

VIDJOW: Jaċċetta Alla Kull Tip taʼ Qima?​—Parti mill-​Vidjow (3:​22)

  • Skont il-​Bibbja, Alla jaċċetta ħafna reliġjonijiet differenti?

5. Ir-​reliġjonijiet foloz ma jurux l-​imħabba t’Alla

Ir-​reliġjonijiet foloz gidbu b’ħafna modi fuq Alla. Pereżempju dan jagħmluh meta jieħdu sehem fil-​gwerer. Ara l-​VIDJOW, u mbagħad iddiskuti l-​mistoqsijiet li ġejjin.

VIDJOW: X’Għamlu l-​Knejjes fit-​Tieni Gwerra Dinjija (2:​22)

  • Ħafna knejjes x’għamlu waqt it-​Tieni Gwerra Dinjija?

  • Kif tħossok dwar dak li għamlu?

Aqra Ġwanni 13:​34, 35 u 17:​16, u mbagħad iddiskuti:

  • Kif taħseb li jħossu Ġeħova meta r-​reliġjonijiet jieħdu sehem fil-​gwerer?

  • Ir-​reliġjonijiet foloz huma responsabbli għal ħafna affarijiet ħżiena. Innotajt xi modi kif ir-​reliġjonijiet mhumiex juru l-​imħabba t’Alla?

Grupp taʼ Stampi: Knejjes li ħdejhom hemm modi taʼ kif maż-​żmien ir-​reliġjonijiet foloz inkuraġġew il-​gwerer. 1. Il-​Kavallieri. 2. L-​Ewwel Gwerra Dinjija. 3. Qassis Ortodoss ibierek suldat. 4. Qassis Afrikan iħeġġeġ lit-​tribujiet biex jiġġieldu kontra xulxin. 5. Suldati Ġappuniżi jqimu lill-​imperatur.

Ir-​reliġjonijiet foloz ma jurux l-​imħabba t’Alla

6. Alla jrid jgħin lin-​nies jitilqu mir-​reliġjonijiet foloz

Aqra Rivelazzjoni 18:​4,a u mbagħad iddiskuti:

  • Kif tħossok li Alla jrid jgħin lil kull min ġie effettwat mill-​gideb tar-​reliġjonijiet foloz?

7. Kompli tgħallem dwar l-​Alla l-​veru

L-​affarijiet ħżiena li jgħidu u jagħmlu r-​reliġjonijiet foloz, għandhom ibiddlu kif tħossok dwar Alla? Immaġina tifel li ma jridx jobdi lil missieru, jitlaq mid-​dar u jagħmel affarijiet ħżiena ħafna. Il-​missier ma jiħux pjaċir b’dak li jagħmel it-​tifel. Għala ma jkunx tajjeb li twaħħal fil-​missier għal dak kollu li għamel it-​tifel?

  • Ikun tajjeb li twaħħal f’Ġeħova u tieqaf titgħallem dwaru minħabba dak li jagħmlu r-​reliġjonijiet foloz?

ĦAFNA JGĦIDU: “Ma rridx nismaʼ b’Alla għax ir-​reliġjonijiet ġabu ħafna problemi.”

  • Inti tħossok hekk?

  • Dak li jagħmlu r-​reliġjonijiet foloz, għala m’għandux ibiddel kif tħossok dwar Ġeħova?

XI DDISKUTEJNA?

Ir-​reliġjonijiet foloz jigdbu dwar Alla b’dak li jgħallmu u l-​affarijiet ħżiena li jagħmlu. Alla se jeqred ir-​reliġjonijiet foloz.

X’Tgħallimt

  • Kif tħossok dwar dak li jgħallmu u jagħmlu r-​reliġjonijiet foloz?

  • Kif iħossu Ġeħova dwar ir-​reliġjonijiet foloz?

  • Alla x’se jagħmel lir-​reliġjonijiet foloz?

Ipprova Dan

ARA IŻJED

Sir af żewġ affarijiet li jagħmlu r-​reliġjonijiet u li ma jogħġbux lil Alla.

“Ir-​reliġjonijiet huma kollha l-​istess? Kollha jwasslu għand Alla?” (Artiklu fuq jw.org)

Ġeħova għala jridna naqduh m’oħrajn?

“Hemm bżonn li nkunu parti minn reliġjon organizzata?” (Artiklu fuq jw.org)

Saċerdot kien inkwetat bir-​reliġjon tiegħu. Imma dan ma żammux lura milli jitgħallem il-​verità dwar Alla.

“Għala saċerdot biddel ir-​reliġjon tiegħu” (Stenbaħ!, Marzu-​April 2015)

Għal mijiet taʼ snin, ir-​reliġjonijiet gidbu dwar Alla. Huma ġiegħlu n-​nies jemmnu li hu kattiv u ma jimpurtahx minna. Tgħallem il-​verità dwar tliet gideb.

“Gideb li Jġiegħlek Taħseb li Ma Tistax Tħobb lil Alla” (It-​Torri tal-​Għassa, 1 taʼ Novembru 2013)

a Il-​ktieb tar-​Rivelazzjoni jiddeskrivi r-​reliġjonijiet foloz bħala mara li jisimha Babilonja l-​Kbira. Biex issir taf għala, ara n-​Nota fl-​Aħħar 1.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja