LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w07 10/1 pp. 3-4
  • Ħakkiem Għani Jagħmel Għażla Mhix Għaqlija

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ħakkiem Għani Jagħmel Għażla Mhix Għaqlija
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
  • Materjal Simili
  • Ġesù u Ħakkiem Żagħżugħ u Għani
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ġesù jwieġeb lil ħakkiem żagħżugħ u għani
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • “Kun Segwaċi Tiegħi”—X’Ried Ifisser Ġesù?
    “Ejja Kun Segwaċi Tiegħi”
  • Ma Ngħixux Iktar Għalina Nfusna
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2007
w07 10/1 pp. 3-4

Ħakkiem Għani Jagħmel Għażla Mhix Għaqlija

IL-​ĦAKKIEM żagħżugħ u għani kien rett, jobdi l-​liġi, u reliġjuż. Hu mar għand Ġesù, niżel għarkopptejh u staqsa: “Għalliem tajjeb, xi rrid nagħmel biex niret il-​ħajja taʼ dejjem?”

Meta wieġbu, Ġesù indika li sabiex jikseb il-​ħajja r-​raġel kellu jħares il-​kmandamenti t’Alla. Meta ġie mitlub biex ikun speċifiku, Ġesù qal: “Toqtolx, Tagħmilx adulterju, Tisraqx, Tixhidx falz, Onora lil missierek u lil ommok, u, Ħobb lill-​proxxmu tiegħek bħalek innifsek.” Dawn kienu kmandamenti fundamentali fil-​Liġi li ngħatat lil Mosè. Ir-​raġel imbagħad qal: “Dawn kollha ħaristhom; x’jonqosni iktar?”​—Mattew 19:​16-​20.

Ġesù “ħass imħabba għalih” u qal: “Ħaġa waħda jonqsok: Mur, bigħ dak li għandek u agħti lill-​foqra, u jkollok teżor fis-​sema, u ejja kun segwaċi tiegħi.”​—Marku 10:​17-​21.

F’daqqa waħda l-​ħakkiem żagħżugħ kellu deċiżjoni diffiċli quddiemu. X’kien se jagħmel? Kien se jkun lest li jitlaq il-​ġid materjali u jsir segwaċi taʼ Ġesù, jew kien se jżomm il-​ġid tiegħu? Kien se jfittex it-​teżori fuq l-​art, jew kien se jfittex it-​teżori fis-​sema? Żgur li kienet deċiżjoni diffiċli għalih. Jidher ċar li kien interessat fil-​valuri spiritwali, għax hu kien iħares il-​Liġi u staqsa x’jistaʼ jagħmel iktar biex jirbaħ il-​favur t’Alla. X’kienet id-​deċiżjoni tiegħu? Hu “telaq imnikket, għax kellu ħafna ġid.”​—Marku 10:22.

Id-deċiżjoni tal-​ħakkiem żagħżugħ ma kinitx għaqlija. Li kieku sar segwaċi leali taʼ Ġesù, hu kien jistaʼ jirċievi dak li kien qed ifittex​—ħajja taʼ dejjem. Ma nafux x’sar minnu dan iż-​żagħżugħ. Madankollu, nafu li madwar erbgħin sena wara, l-​armati Rumani għamlu ħerba minn Ġerusalemm u mill-​biċċa l-​kbira tal-​Lhudija. Ħafna Lhud tilfu kemm il-​ġid tagħhom kif ukoll ħajjithom.

B’kuntrast mal-​ħakkiem żagħżugħ, l-​appostlu Pietru u xi dixxipli oħrajn għamlu għażla għaqlija. Huma ‘telqu kollox’ u segwew lil Ġesù. Kemm ibbenefikaw minn din id-​deċiżjoni! Ġesù qalilhom li kienu se jirċievu ħafna iktar minn dak li kienu ħallew warajhom. Iktar minn hekk, kienu se jirtu l-​ħajja taʼ dejjem. Id-​deċiżjoni tagħhom kienet waħda li, fil-​futur, ma kienx se jiddispjaċihom li ħaduha.​—Mattew 19:​27-​29.

Ilkoll niffaċċjaw deċiżjonijiet fil-​ħajja​—xi wħud żgħar, xi wħud kbar. Ġesù x’qal dwar dawn id-​deċiżjonijiet? Int se taċċetta l-​pariri tiegħu? Jekk tagħżel li taċċetta, int se tiġi mbierek bil-​kbir. Issa ejja nikkunsidraw kif nistgħu nsegwu lil Ġesù u nibbenefikaw minn dak li qal.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja