LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w90 4/1 pp. 4-5
  • Ġesù Jibgħat lil 70 Oħra Biex Jippridkaw

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Ġesù Jibgħat lil 70 Oħra Biex Jippridkaw
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
  • Materjal Simili
  • Ġesù Jibgħat lis-70
    L-Aqwa Bniedem li Qatt Għex
  • Ġesù jibgħat 70 dixxiplu biex jippritkaw
    Ġesù—It-triq, il-verità, u l-ħajja
  • Mistoqsijiet mill-Qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2024
  • “Is-Siegħa Tiegħu Kienet Għadha Ma Waslitx”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1990
w90 4/1 pp. 4-5

Il-​Ħajja u l-​Ministeru taʼ Ġesù

Ġesù Jibgħat lil 70 Oħra Biex Jippridkaw

HIJA l-​Ħarifa tas-​sena 32 E.K. tliet snin sħaħ wara l-​magħmudija taʼ Ġesù. Hu u d-​dixxipli tiegħu dan l-​aħħar attendew għall-​Festa tat-​Tabernakli f’Ġerusalemm, u mid-​dehra għadhom xi mkien fil-​qrib. Fil-​fatt, Ġesù jqattaʼ l-​biċċa l-​kbira mis-​sitt xhur li baqaʼ tal-​ministeru tiegħu jew fil-​Ġudea jew in-​naħa l-​oħra tax-​Xmara Ġordan fid-​distrett tal-​Perea. Dan it-​territorju jrid jinħadem ukoll.

Veru, wara l-​Qbiż tas-​sena 30 E.K., Ġesù qattaʼ madwar tmien xhur jippriedka fil-​Ġudea. Imma wara li l-​Lhud ippruvaw joqtluh hemmhekk nhar il-​Qbiż tas-​sena 31 E.K., hu qattaʼ s-​sena u nofs taʼ wara jgħallem kważi esklussivament fil-​Galilija. Matul dak iż-​żmien, hu żviluppa organizzazzjoni kbira u mħarrġa tajjeb taʼ predikaturi, xi ħaġa li hu ma kellux qabel. Għalhekk hu issa jagħti bidu għal kampanja finali u intensiva taʼ għoti taʼ xiehda fil-​Ġudea.

Ġesù jagħti bidu għal din il-​kampanja billi jagħżel 70 dixxiplu u jibgħathom tnejn tnejn. B’hekk, hemm b’kollox 35 par taʼ predikaturi tas-​Saltna biex jaħdmu t-​territorju. Dawn imorru bil-​quddiem f’kull belt u post li fih Ġesù b’mod evidenti akkumpanjat mill-​appostli tiegħu, qed jippjana biex jiġi.

Minflok ma jidderieġi lis-​70 lejn is-​sinagogi, Ġesù jgħidilhom biex jidħlu fi djar privati, billi jispjega: “Kull fejn tidħlu ġo dar għidu l-​ewwel, ‘Jalla din id-​dar ikollha l-​paċi.’ U jekk ħabib tal-​paċi qiegħed hemm, il-​paċi tagħkom se tibqaʼ fuqu.” X’għandu jkun il-​messaġġ tagħhom? “Issoktaw għidulhom,” igħid Ġesù, “is-​saltna t’Alla resqet lejkom.” Rigward l-​attività tas-​70, Matthew Henry’s Commentary jirrapporta: “Bħall-​lmgħallem tagħhom, kull fejn żaru, huma ppridkaw minn dar għal dar.”

L-istruzzjonijiet li Ġesù jagħti lis-​70 huma bħal dawk li hu ta lit-​12 meta bagħat lil dawn fuq kampanja taʼ ippridkar fil-​Galilija madwar sena qabel. Hu mhux biss iwissi lis-​70 dwar l-​oppożizzjoni li se jiffaċċjaw, hu u jippreparahom biex jippreżentaw il-​messaġġ lin-​nies fid-​djar, imma wkoll jagħtihom is-​setgħa biex ifejqu lill-​morda. B’hekk, meta jasal Ġesù ftit wara, ħafna se jkunu ħerqana biex jiltaqgħu mal-​lmgħallem li d-​dixxipli tiegħu huma kapaċi jagħmlu affarijiet tal-​għaġeb bħal dawn.

L-ippridkar mis-​70 u x-​xogħol taʼ wara minn Ġesù jdumu relattivament żmien qasir. Malajr il-​35 par taʼ predikaturi tas-​Saltna jibdew ġejjin lura lejn Ġesù. “Mulej,” huma jgħidu bil-​ferħ, “saħansitra x-​xjaten jintgħamlu suġġetti għalina bl-​użu tal-​isem tiegħek.” Rapport taʼ servizz mill-​aħjar bħal dan żgur li jqanqal lil Ġesù, għax hu jwieġeb: “Bdejt nilmaħ lil Satana diġà mwaqqaʼ bħal sajjetta mis-​sema. Ħares! Jien tajtkom l-​awtorità biex tgħaffġu taħt saqajkom is-​sriep u l-​iskorpjuni.”

Ġesù jaf li wara t-​twelid tas-​Saltna t’Alla fiż-​żmien tat-​tmiem, Satana u d-​demonji tiegħu jridu jiġu mkeċċijin mis-​sema. Imma issa din it-​tkeċċija taʼ demonji li ma jidhrux minn sempliċi bnedmin isservi bħala assigurazzjoni miżjuda taʼ dik il-​ġrajja li ġejja. Għalhekk, Ġesù jitkellem dwar il-​waqgħa futura taʼ Satana mis-​sema bħala ħaġa ċerta. Għalhekk, huwa f’sens simboliku li s-​70 huma mogħtijin l-​awtorità li jgħaffġu s-​sriep u l-​iskorpjuni. Madankollu, Ġesù jgħid: “Tifirħux b’dan, li l-​ispirti jintgħamlu suġġetti għalikom, imma ifirħu għaliex l-​ismijiet tagħkom ġew miktubin fis-​smewwiet.”

Ġesù se jtir bil-​ferħ u hu jfaħħar pubblikament lil Missieru talli uża lil dawn il-​qaddejja umlin minn tiegħu b’mod daqshekk taʼ qawwa. Waqt li jdur lejn id-​dixxipli tiegħu, hu jgħid: “Henjin huma l-​għajnejn li jilmħu l-​affarijiet li qed tilmħu intom. Għax ingħidilkom, Ħafna profeti u slaten xtaqu jaraw l-​affarijiet li qed tilmħu intom imma ma rawhomx, u jisimgħu l-​affarijiet li qed tisimgħu intom imma ma semgħuhomx.” Luqa 10:l-24; Mattew 10:l-42; Rivelazzjoni 12:7-12.

◆ Ġesu fejn ippriedka matul l-​ewwel tliet snin tal-​ministeru tiegħu, u liema territorju jkopri hu fl-​aħħar sitt xhur tiegħu?

◆ Ġesù fejn jibgħathom lis-​70 biex isibu n-​nies?

◆ Ġesù għala qal li lemaħ lil Satana diġà mwaqqaʼ mis-​sema?

◆ Is-​70 f’liema sens għaffġu s-​sriep u l-​iskorpjuni?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja