LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Samaritan Jagħti Prova li Hu Proxxmu Tajjeb
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Lulju 1
    • Huma Għamlu r-​Rieda taʼ Jehovah

      Samaritan Jagħti Prova li Hu Proxxmu Tajjeb

      FI ŻMIEN Ġesù, mibegħda palpabbli eżistiet bejn il-​Lhud u l-​Ġentili. Maż-​żmien, il-​Mixna Lhudija saħansitra inkludiet liġi li pprojbiet lin-​nisa Iżraeliti milli jassistu lil dawk li ma kinux Lhud waqt li jkunu qed iwelldu, ladarba dan kien ikun t’għajnuna biss biex Ġentil ieħor jinġieb fid-​dinja.—Abodah Zarah 2:1.

      Is-Samaritani kienu rrelatati iktar mill-​qrib mal-​Lhud milli kienu l-​Ġentili, kemm reliġjożament u kemm razzjalment. Madankollu, huma wkoll kienu magħdudin bħala tturufnati. “Il-​Lhud ma jitħalltux mas-​Samaritani,” kiteb l-​appostlu Ġwanni. (Ġwann 4:9) Tabilħaqq, it-​Talmud għallem li “biċċa ħobż mogħtija minn Samaritan hija iktar maħmuġa mil-​laħam tal-​ħanżir.” Xi Lhud użaw ukoll it-​terminu “Samaritan” bħala espressjoni taʼ disprezz u ċanfir.—Ġwann 8:48.

  • Samaritan Jagħti Prova li Hu Proxxmu Tajjeb
    It-Torri tal-Għassa—1998 | Lulju 1
    • Ġesù kompla: ‘Kien għaddej minn hemm wieħed Samaritan, u wasal ħdejh.’ Li ssemma Samaritan bla dubju kabbar il-​kurżità taʼ l-​avukat. Kien Ġesù se japprova l-​ħarsa negattiva lejn din ir-​razza? Għall-​kuntrarju, hekk kif ra lill-​vjaġġatur sfortunat, is-​Samaritan “tħassru.” Qal Ġesù: “Resaq lejh, dewwielu l-​ġrieħi biż-​żejt u l-​inbid u rabathomlu, u mbagħad tellgħu fuq il-​bhima tiegħu, wasslu f’lukanda u ħa ħsiebu.b L-​għada ħareġ biċċtejn flus, tahom lil tal-​lukanda u qallu, ‘Ħu ħsiebu; jekk tonfoq xi ħaġa iżjed, nroddhielek jien meta nerġaʼ ngħaddi.’”—Luqa 10:33-35.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja