LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w91 8/15 pp. 4-6
  • Poġġi lil Alla l-Ewwel fil-Ħajja tal-Familja Tiegħek!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Poġġi lil Alla l-Ewwel fil-Ħajja tal-Familja Tiegħek!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’Inhu Nvolut Meta Tpoġġi lil Alla l-​Ewwel
  • Inpoġġu lil Alla l-​Ewwel bħala Rġiel Miżżewġin
  • Inpoġġu lil Alla l-​Ewwel bħala Nisa Miżżewġin
  • Inpoġġu lil Alla l-​Ewwel bħala Żgħażagħ
  • Żomm lil Alla l-​Ewwel!
  • Kif Tistaʼ Tagħmel il-​Ħajja tal-​Familja Tiegħek Hienja
    Il-Bibbja X’Tgħallem Verament?
  • L-Arranġament tal-Familja Minn Jehovah bl-Imħabba
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Nagħmlu Suċċess Mill-Ħajja Tal-Familja
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Il-familja tiegħek tistaʼ tkun ferħana
    X’nistgħu nitgħallmu mill-Bibbja?
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1991
w91 8/15 pp. 4-6

Poġġi lil Alla l-​Ewwel fil-​Ħajja tal-​Familja Tiegħek!

KARMENU U ANNA—il-​koppja miżżewġa li semmejna fl-​artiklu taʼ qabel—ma ddivorzjawx. Minflok, huma ddiskutew l-​inkwiet tagħhom maʼ ministru Kristjan. Hu malajr induna li d-​diffikultajiet tagħhom kienu bażikament ir-​riżultat tal-​mod tat-​trobbija differenti tagħhom.

Per eżempju, minħabba li Karmenu kien ġej minn familja taʼ negozjanti u ħaddiema tas-​snajja u hu nnifsu kien jagħmel xogħol manwali, hu kien irid fatra mhux ħażin kull fil-​għodu. Anna, li kienet ġejja minn familja taʼ ħaddiema tal-​pinna, tagħtu biss kafè u biċċa ħobż mixwija. U hekk ġara li tilwima dwar il-​fatra wasslet għal gwerra sħiħa!

Karmenu u Anna kien jinħtiġilhom li jtejbu l-​komunikazzjoni tagħhom. Madankollu, il-​vera kaġun tan-​niket tagħhom kien iktar profond. “Taħsbu dwarkom infuskom fid-​dawl tal-​1 Korintin 13:4?” staqsa l-​ministru. Dak it-​test Bibliku jgħid: “L-​imħabba tistabar fit-​tul u turi qalb tajba. L-​imħabba ma tgħirx, hi ma tiftaħarx, ma tintefaħx.” Il-​vers taʼ wara jgħid li l-​imħabba “ma ġġibx ruħha b’mod indiċenti, ma tfittixx l-​interessi tagħha nfisha, ma ssirx provokata. Hi ma żżommx kont tal-​ħsara.” Kemm Anna kif ukoll Karmenu kienu lesti li japplikaw dawn il-​kelmiet fir-​relazzjoni tagħhom.

Il-problema taʼ din il-​koppja miżżewġa kien jinħtiġilha primarjament soluzzjoni spiritwali. Ladarba Karmenu u Anna xtaqu jżommu relazzjoni tajba maʼ Alla, fuq kollox riedu japplikaw prinċipji Bibliċi u jirrealizzaw li “jekk Jehovah innifsu ma jibnix id-​dar, huwa għalxejn li l-​bennejja tagħha jkunu ħadmu iebes fiha.” (Salm 127:1) Versi 3 sa 5 japplikaw għall-​bini tal-​familja. U l-​akbar suċċess f’li jġib il-​hena fid-​dar jiġi milli tpoġġi lil Alla l-​ewwel fil-​ħajja tal-​familja.—Efesin 3:14, 15.

X’Inhu Nvolut Meta Tpoġġi lil Alla l-​Ewwel

Li tpoġġi lil Alla l-​ewwel fil-​ħajja tal-​familja tiegħek huwa iktar milli tgħid: “Il-​familja li titlob flimkien tibqaʼ flimkien.” Skond il-​ġurnal Family Relations, ħafna jemmnu li “r-​reliġjon tiffaċilita li l-​familja taġixxi magħquda b’mod pożittiv u b’saħħtu u ttejjeb il-​ħajja sodisfaċenti tal-​membri tagħha.” Imma billi sempliċement tipprattika xi reliġjon m’huwiex l-​istess bħal meta tpoġġi lil Alla l-​ewwel. Ħafna jibqgħu f’xi reliġjon sempliċement għall-​vizzju, tradizzjoni tal-​familja, jew vantaġġ soċjali. Alla għandu ftit li xejn influwenza fil-​ħajja tagħhom minn jum għal jum. Iktar importanti, mhux ir-​reliġjon kollha hija “l-​għamla taʼ qima li hi nadifa u bla tinġis mill-​ħarsa t’Alla tagħna.”−Ġakbu 1:27.

Biex inpoġġu lil Alla l-​ewwel fil-​ħajja tal-​familja tagħna, il-​maħbubin tagħna u aħna stess irridu nqimu lil Jehovah, “l-​Iktar Għoli fuq l-​art kollha,” skond il-​ħtiġijiet tiegħu. (Salm 83:18) L-​Iben t’Alla, Ġesù Kristu, qal: “Is-​siegħa ġejja, u hi issa, meta l-​veri adoraturi se jqimu lill-​Missier bl-​ispirtu u l-​verità, għax, tabilħaqq, il-​Missier qed ifittex lil uħud bħal dawn biex iqimuh. Alla huwa Spirtu, u dawk li qed iqimuh iridu jqimu bl-​ispirtu u l-​verità.” (Ġwann 4:23, 24) Biex tqim lil Alla Jehovah “bl-​ispirtu,” is-​serviżz sagru tagħna lejh irid ikun imqanqal minn qalb mimlija mħabba u fidi. (Mark 12:28-31; Galatin 2:16) Li nqimu lil Jehovah bil-​“verità” jirrikjedi li niċħdu gideb reliġjuż u naqblu bis-​sħiħ mar-​rieda tiegħu kif irrivelata fil-​Bibbja. Ma nistgħux inpoġġu lil Alla Jehovah l-​ewwel jekk ir-​reliġjon tagħna ma taqbilx mal-​livelli tiegħu.a X’inhuma xi wħud minn dawn? U li napplikawhom kif jibbenefika lill-​familja tiegħek?

Inpoġġu lil Alla l-​Ewwel bħala Rġiel Miżżewġin

Fl-​1 Korintin 11:3, il-​Bibbja tgħid: “[I]l-kap taʼ kull raġel hu l-​Kristu; imbagħad il-​kap taʼ mara hu r-​raġel; imbagħad il-​kap tal-​Kristu hu Alla.” Jekk inti raġel miżżewweġ, int għandek ir-​responsabbiltà mogħtija lilek mingħand Alla li tkun il-​wieħed prinċipali li tieħu d-​deċiżjonijiet fil-​familja tiegħek. Imma dan ma jagħti lill-​ebda raġel miżżewweġ il-​liċenzja biex ikun oppressiv jew dittatorjali.

Il-Bibbja tinkuraġġixxi lill-​irġiel miżżewġin biex jikkunsidraw is-​sentimenti tan-​nisa tagħhom meta jkunu qed jagħmlu deċiżjonijiet li jeffettwaw lilhom. (Qabbel Ġenesi 21:9-14.) Tabilħaqq, l-​Iskrittura tħeġġeġ lilna lkoll biex ‘inżommu għajn, mhux fl-​interess persunali fuq l-​affarijiet tagħna biss, imma wkoll fl-​interess persunali fuq dawk tal-​oħrajn.’ (Filippin 2:2-4) Fejn l-​ebda prinċipju Bibliku m’huwa nvolut, raġel Kristjan taʼ spiss iċedi għal preferenza taʼ martu. Billi għandu interess persunali għaliha, hu se jkun żgur ukoll li hi mhix imgħobbija żżejjed bir-​responsabbiltajiet. Per eżempju, hu jistaʼ jgħinha fil-​faċendi tad-​dar, speċjalment jekk hi toħroġ taħdem.

L-appostlu Pawlu kiteb: “L-​irġiel miżżewġin għandhom iħobbu lin-​nisa tagħhom bħall-​istess iġsma tagħhom. Dak li jħobb lil martu jħobb lilu nnifsu, għax ebda raġel qatt ma bagħad lill-​istess laħmu; imma jitimgħu u jgħożżu, bħalma l-​Kristu wkoll jagħmel lill-​kongregazzjoni.” (Efesin 5:28, 29) Ġesù Kristu jimxi mal-​membri tal-​kongregazzjoni b’manjiera taʼ mħabba.

Taʼ min jinnotah ukoll huwa l-​parir tal-​appostlu Pietru: “Intom l-​irġiel miżżewġin, komplu għammru bl-​istess manjiera ma[n-nisa tagħkom] skond il-​għarfien, billi tagħtuhom unur bħal li kieku lil reċipjent iktar dgħajjef, il-​femminili, ladarba intom ukoll werrieta magħhom tal-​favur mhux mistħoqq tal-​ħajja, sabiex it-​talb tagħkom ma jkunx imtellef.” (1 Pietru 3:7) Ma hux xi ħaġa li jġibek f’sensik li tkun taf li jekk wieħed jittratta maʼ martu b’nuqqas taʼ mħabba jistaʼ jtellef it-​talb taʼ raġel miżżewweġ? Iva raġel irid jittratta maʼ martu b’manjiera taʼ mħabba jekk irid li Alla jismaʼ t-​talb tiegħu.

Li tpoġġi lil Alla l-​ewwel jeffettwa wkoll ir-​relazzjoni taʼ missier maʼ wliedu. Hu għandu jkun ikkonċernat b’mod profond dwar l-​ispiritwalità tagħhom. Iżda, fi stħarriġ kbir fl-​Istati Uniti, nofs l-​irġiel biss qalu li “li jieħdu sehem fi studju tal-​Iskrittura jew gruppi taʼ diskussjoni” kien ‘l-​iktar importanti fl-​iżvilupp spiritwali tal-​familja tagħhom.’ Il-​bqija qalu li “jaraw jew jisimgħu servizzi reliġjużi li jiġu mxandra” jew ‘jirriflettu fuq it-​tifsir tal-​ħajja.’

Madankollu, il-​Bibbja tgħid lill-​missirijiet: “Tirritawx lil uliedkom, imma ibqgħu rabbuhom fid-​dixxiplina u r-​regular mentali taʼ Jehovah.” (Efesin 6:4) Fost ix-​Xhieda taʼ Jehovah, il-​missirijiet huma mistennijin li jkunu minn taʼ quddiem fil-​qima tal-​familja. Billi regolarment jikkonduċu studji tal-​Bibbja mal-​familja, jattendu l-​laqgħat Kristjani, u jsegwu ħtiġijiet oħra Skritturali, rġiel bħal dawn ipoġġu lil Alla l-​ewwel fil-​ħajja tal-​familja.

Inpoġġu lil Alla l-​Ewwel bħala Nisa Miżżewġin

Jekk inti mara miżżewġa, inti tistaʼ tpoġġi lil Alla l-​ewwel billi tappoġġja lil żewġek fis-​sehem tiegħu bħala l-​kap tal-​familja. Tgħid il-​Bibbja: “Intom nisa miżżewġin, kunu sottomessi lejn żwieġkom, bħalma jixraq fil-​Mulej.” (Kolossin 3:18) Dan jistaʼ jkun naqra diffiċli jekk ir-​raġel ma jħobbx jikkomunika jew bla ħeġġa f’li jkun minn taʼ quddiem fil-​qima tal-​familja. Hu x’inhu l-​każ, billi l-​ħin kollu tgħidlu bin-​nuqqasijiet tiegħu jew, agħar minn hekk, billi tisfidah tkun qiegħda biss iżżid l-​istress fil-​familja.

Proverbji 14:1 igħid: “Il-​mara verament għaqlija bniet id-​dar tagħha, imma l-​waħda belha ġġarrafha b’idejha stess.” Mod wieħed kif mara miżżewġa li hi verament għaqlija tistaʼ tpoġġi lil Alla l-​ewwel u ‘tibni d-​dar tagħha’ hu billi tkun sottomessa lejn żewġha. (1 Korintin 11:3) Bil-​‘liġi tal-​qalb tajba bl-​imħabba fuq ilsienha,’ hija tevita li tikkritika żżejjed lil żewġha. (Proverbji 31:26) Hija wkoll taħdem iebes biex tara li d-​deċiżjonijiet tiegħu jirnexxu.

Mod ieħor għal mara miżżewġa biex tpoġġi lil Alla l-​ewwel hu li tkun mara ħabrieka. Naturalment, jekk hi trid toħroġ taħdem, jistaʼ ma jkollha la l-​ħin u lanqas l-​enerġija meħtieġa biex iżżomm lil darha kif tixtieq hi. Hi xorta waħda tistaʼ tagħmel ħilitha biex tkun bħal dik il-​“mara miżżewġa kapaċi” li dwarha l-​Bibbja tgħid: “Hi qed tgħasses fuq il-​mixi taʼ darha, u ħobż il-​għażż hi ma tikolx.”−Proverbji 31:10, 27.

Fuq kollox, mara miżżewġa tinħtieġ li żżomm il-​qima t’Alla l-​ewwel f’ħajjitha. Ħafna li jżuru l-​Kingdom Hall tax-​Xhieda taʼ Jehovah għall-​ewwel darba jikkummentaw dwar kemm it-​tfal ikunu lebsin pulit u nadif. Ix-​xogħol tal-​mara f’dan ir-​rigward huwa imprezzabbli. Imma hi trid ukoll taħdem biex iżżomm l-​ispiritwalità tagħha bit-​talb, studju, u s-​servizz t’Alla.

Inpoġġu lil Alla l-​Ewwel bħala Żgħażagħ

Artiklu f’Adolescent Counselor jistqarr: “It-​tfal għandhom it-​tendenza li jiżżviluppaw attitudnijiet u filosofiji li ħallewhom jieħdu kontroll tal-​ġenituri tagħhom.... Billi kienu parti minn soċjetà li tenfasizza u tigglorifika li tieħu dak li trid immedjatament u l-​għana materjali, l-​adolexxenti jiżżviluppaw attitudni taʼ ‘Irridu issa.’” Jekk inti żagħżugħ jew żagħżugħa, hija din l-​attitudni tiegħek?

Kolossin 3:20 igħid: “Intom it-​tfal, kunu ubbidjenti lejn il-​ġenituri tagħkom f’kollox, għax dan jogħġob sewwa fil-​Mulej.” Żagħżugħ jew żagħżugħa li jħares lejn ubbidjenza bħal din bħala ħtieġa divina se jikkopera mal-​ġenituri tiegħu jew tagħha. Nagħmlu mod, hu mhux se jisfidahom billi mingħajr ma jkunu jafu huma hu jassoċja maʼ tfal tal-​iskola li huma ma japprovawx; lanqas ma se jipprova juża lil xi wieħed jew ieħor mill-​ġenituri biex jagħmel taʼ rasu. (Proverbji 3:32) Minflok, kwalunkwe żagħżugħ jew żagħżugħa li jpoġġi jew tpoġġi lil Alla l-​ewwel fil-​ħajja se jissottometti ruħu għall-​gwida kollha mħabba tal-​ġenituri.

Żomm lil Alla l-​Ewwel!

Hu x’inhu l-​post li aħna għandna fil-​familja, ninħtieġu li npoġġu lil Alla l-​ewwel fil-​ħajja u nikkultivaw relazzjoni mill-​qrib miegħu. Qiegħed int u l-​familja tagħmluh dan?

F’dawn l-​“aħħar jiem,” ilkoll kemm aħna niffaċċjaw “żminijiet kritiċi.” (2 Timotew 3:1-5) Minkejja dan, huwa possibbli li tikber spiritwalment u ssalva mit-​tmiem taʼ din is-​sistema taʼ affarijiet. (Mattew 24:3-14) Billi taġixxi fi qbil mal-​għarfien tal-​Bibbja, int u l-​familja tiegħek jistaʼ jkollkom it-​tama taʼ ħajja taʼ dejjem fuq ġenna tal-​art. (Luqa 23:43; Ġwann 17:3; Rivelazzjoni 21:3, 4) Iva, dan jistaʼ jkun hekk jekk int tpoġġi lil Alla l-​ewwel fil-​ħajja tal-​familja tiegħek.

[Nota taʼ taħt]

a Ara kapitlu 22 tal-​ktieb Inti Tistaʼ Tgħix għal Dejjem f’Ġenna tal-​Art, ippubblikat mill-​Watchtower Bible and Tract Society of New York, Inc.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja