LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • km 3/03 p. 8
  • Kif il-Verità Teħlisna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Kif il-Verità Teħlisna
  • Il-Ministeru tas-Saltna—2003
  • Materjal Simili
  • Poplu Liberu Imma Responsabbli
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Titlifx il-Għan tal-Libertà
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Aqdi lil Ġeħova, l-Alla tal-libertà
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
  • It-triq għal-libertà vera
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2018
Ara Iżjed
Il-Ministeru tas-Saltna—2003
km 3/03 p. 8

Kif il-​Verità Teħlisna

1 F’okkażjoni minnhom, Ġesù qal lil-​Lhud li kienu emmnu fih: “Tagħrfu l-​verità u l-​verità teħliskom.” (Ġw. 8:32) Kien qed jitkellem dwar ħelsien li jissupera s-​sempliċi libertajiet ċivili, ħelsien li huwa disponibbli għal kulħadd—sinjur jew fqir, taʼ skola jew le. Ġesù għallem verità li kellha ġġib ħelsien mid-​dnub u l-​mewt. Bħalma spjega Ġesù, “kull min jagħmel id-​dnub huwa lsir tad-​dnub.” (Ġw. 8:34) Kemm nixxennqu għal dak iż-​żmien meta l-​bnedmin ubbidjenti kollha ‘jkunu meħlusa mill-​jasar tat-​taħsir u jiksbu l-​ħelsien tal-​glorja taʼ wlied Alla’!​—Rum. 8:21.

2 Il-​verità rigward Ġesù u l-​irwol tiegħu fit-​twettiq taʼ l-​iskop t’Alla ġġib ħelsien bħal dan. Din tinkludi għarfien dwar is-​sagrifiċċju taʼ fidwa li ħallas għalina. (Rum. 3:​24) Saħansitra fil-​preżent, jekk b’ubbidjenza naċċettaw u nissottomettu lilna nfusna għall-​veritajiet tal-​Bibbja, sa ċertu punt se nkunu nistgħu ngawdu ħelsien mill-​biżaʼ, min-​niket, u minn kull tip taʼ prattiċi taʼ ħsara.

3 Ħelsien mill-​Biżaʼ u n-​Niket: M’għandniex għalfejn nitnikktu dwar il-​kundizzjonijiet tad-​dinja għax nifhmu għala jeżisti l-​ħażen u nafu li dalwaqt mhux se jibqaʼ iktar. (Salm 37:​10, 11; 2 Tim. 3:1; Apk. 12:12) Barra minn hekk, il-​verità teħlisna minn tagħlim falz dwar il-​kundizzjoni tal-​mejtin. Aħna nafu li l-​mejtin ma jistgħux iweġġgħuna, nafu wkoll li m’humiex ibatu f’turment etern, u li Alla ma jiħodhomx biex ikunu miegħu fil-​qasam taʼ l-​ispirti.​—Koħ. 9:5; Atti 24:15.

4 Verità bħal din għenet lil wieħed missier u lil waħda omm meta t-​tifel tagħhom miet f’aċċident. “Hemm ċertu vojt ġewwa ħajjitna li ma jistax jimtela sakemm nerġgħu naraw lit-​tifel tagħna permezz taʼ l-​irxoxt,” qalet l-​omm. “Iżda nafu li l-​uġigħ li qed inħossu huwa biss temporanju.”

5 Ħelsien minn Prattiċi taʼ Ħsara: Il-​verità tal-​Bibbja tistaʼ tbiddel il-​ħsieb u l-​personalità taʼ individwu, u dan jirriżulta f’ħelsien minn problemi li jistgħu jiġu evitati. (Efes. 4:​20-24) Li nkunu onesti u beżlin jistaʼ jnaqqas il-​faqar. (Prov. 13:4) Meta nuru mħabba li tissagrifika lilha nfisha ntejbu r-​relazzjoni tagħna m’oħrajn. (Kol. 3:​13, 14) Jekk nirrispettaw l-​arranġament Kristjan taʼ l-​istat taʼ kap, id-​diffikultajiet fil-​familja se jonqsu. (Efes. 5:33–​6:1) Meta nevitaw is-​sokor, l-​immoralità sesswali, it-​tipjip, u l-​vizzju tad-​drogi, dan se jgħinna biex ikollna saħħa tajba.​—Prov. 7:​21-23; 23:​29, 30; 2 Kor. 7:1.

6 Wieħed żagħżugħ irnexxielu jieqaf mill-​vizzju tad-​drogi wara disaʼ snin. Darba minnhom iltaqaʼ maʼ pubblikatur li kien qed jieħu sehem fl-​għoti taʼ xiehda fit-​toroq. Iż-​żagħżugħ aċċetta l-​letteratura, u saru xi arranġamenti biex il-​pubblikatur jerġaʼ jżuru d-​dar. Inbeda studju tal-​Bibbja. Xahrejn wara, iż-​żagħżugħ waqaf kompletament milli jieħu d-​drogi, u wara tmien xhur jistudja, tgħammed. Meta rawh li waqaf mill-​abbuż tad-​drogi, ħuh u l-​mara taʼ ħuh tqanqlu biex jibdew jistudjaw il-​Bibbja.

7 Għin lil Oħrajn Jiksbu l-​Ħelsien: Dawk li ilhom ilsiera taʼ tagħlim falz għal żmien twil jistgħu jsibuha diffiċli biex jifhmu l-​ħelsien li toffri l-​Kelma t’Alla. Biex dawn il-​qlub jintlaħqu, jistaʼ jkun hemm bżonn taʼ sforz speċjali u preparazzjoni tajba min-​naħa taʼ l-​għalliem. (2 Tim. 4:​2, 5) Dan m’huwiex iż-​żmien biex innaqqsu mix-​xogħol tagħna taʼ li ‘nħabbru l-​ħelsien lill-​imjassrin.’ (Is. 61:1) Il-​ħelsien Kristjan huwa prezzjuż. Li takkwistah ifisser ħajja taʼ dejjem.—1 Tim. 4:16.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja