LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • uw kap. 15 pp. 117-124
  • Jehovah Kif Jidderieġi lill-Organizzazzjoni Tiegħu?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Jehovah Kif Jidderieġi lill-Organizzazzjoni Tiegħu?
  • Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • NIDENTIFIKAW IL-​PARTI VIŻIBBLI
  • TEOKRATIKA FL-​ISTRUTTURA
  • Jehovah Kif Jidderieġi l-Organizzazzjoni Tiegħu?
    Qim lill-Uniku Alla Veru
  • L-Organizzazzjoni Viżibbli T’Alla
    Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • “Ftakru f’dawk li qed imexxu fostkom”
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • Ibqaʼ fis-Sigurtà Bħala Parti mill-Organizzazzjoni t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
Ara Iżjed
Magħqudin fil-Qima Taʼ L-Uniku Alla Veru
uw kap. 15 pp. 117-124

Kapitlu 15

Jehovah Kif Jidderieġi lill-​Organizzazzjoni Tiegħu?

1. Il-​Bibbja liema informazzjoni tirrivela rigward l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah, u din għala hija importanti għalina?

PERMEZZ taʼ l-​Iskrittura ispirata, Jehovah jagħtina lemħiet taʼ l-​organizzazzjoni meraviljuża tiegħu tas-​sema. (Isa. 6:​2, 3; Eżek. 1:​1, 4-28; Dan. 7:​9, 10, 13, 14) Għalkemm ma nistgħux naraw lill-​ħlejjaq spirti, hu jiftħilna għajnejna dwar modi fejn l-​attività taʼ l-​anġli qaddisin teffettwa lill-​adoraturi veri fuq l-​art. (Ġen. 28:​12, 13; 2 Sla. 6:​15-17; Salm 34:7; Matt. 13:​41, 42; 25:31, 32) Il-​Bibbja tiddeskrivi wkoll il-​parti viżibbli taʼ l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah u tgħinna nifhmu kif jidderiġiha. Jekk tassew għandna komprensjoni spiritwali taʼ dawn l-​affarijiet, dan se jgħinna ‘nimxu kif jistħoqq lil Jehovah bil-​għan li nogħġbuh għal kollox.’​—Kol. 1:​9, 10.

NIDENTIFIKAW IL-​PARTI VIŻIBBLI

2. Minn Pentekoste tas-​sena 33 E.K. ’l hawn liema kienet il-​kongregazzjoni t’Alla?

2 Għal 1,545 sena l-​ġens taʼ Iżrael kien il-​kongregazzjoni t’Alla. Imma huma naqsu li jżommu mal-​patt tal-​Liġi u rrifjutaw lill-​istess Iben t’Alla. Għalhekk Jehovah ġab fl-​eżistenza kongregazzjoni ġdida, li magħha għamel patt ġdid. Din il-​kongregazzjoni hija identifikata fl-​Iskrittura bħala l-​“għarusa” taʼ Kristu, ifformata minn 144,000 magħżulin minn Alla biex ikunu magħqudin maʼ Ibnu fis-​sema. (Ef. 5:​22-32; Riv. 14:1; 21:​9, 10) L-​ewwel uħud kienu midlukin bl-​ispirtu qaddis fi żmien Pentekoste tas-​sena 33 E.K. Permezz taʼ l-​ispirtu qaddis Jehovah ta evidenza ċara u tonda li din issa kienet il-​kongregazzjoni li kellu juża sabiex iwettaq l-​iskop tiegħu.​—Eb. 2:​2-4.

3. Illum min jifforma l-​organizzazzjoni viżibbli taʼ Jehovah?

3 Illum fdal biss mill-​144,000 qegħdin fuq l-​art. Imma, bi twettiq tal-​profezija tal-​Bibbja, folla kbira taʼ “ngħaġ oħrajn” ġew imdaħħlin fi sħubija attiva magħhom. Ġesù Kristu, ir-​Ragħaj mill-​Aħjar, għamel lil dawn in-​“ngħaġ oħrajn” ħaġa waħda maʼ l-​uħud li huma l-​fdal tas-​segwaċi tiegħu mnisslin bl-​ispirtu sabiex flimkien jifformaw “merħla waħda” taħtu bħala r-​“ragħaj wieħed” tagħhom. (Ġwn. 10:​11, 16; Riv. 7:​9, 10) Dawn kollha flimkien jagħmlu organizzazzjoni waħda li hija magħquda, l-​organizzazzjoni viżibbli taʼ Jehovah illum.

TEOKRATIKA FL-​ISTRUTTURA

4. Min jidderieġi l-​organizzazzjoni, u kif?

4 L-​espressjoni Skritturali “kongregazzjoni taʼ dak Alla ħaj” tagħmel evidenti lil min jidderiġiha. L-​organizzazzjoni hija teokratika, jew maħkuma minn Alla. Jehovah jipprovdi direzzjoni għall-​poplu tiegħu permezz taʼ dak il-​wieħed li Hu ħatar biex ikun il-​kap inviżibbli tal-​kongregazzjoni, il-​Mulej Ġesù Kristu, u permezz tal-​Kelma mnebbħa Tiegħu stess, il-​Bibbja.​—1 Tim. 3:​14, 15; Ef. 1:22, 23; 2 Tim. 3:​16, 17.

5. (a) Id-​direzzjoni tal-​kongregazzjoni mis-​sema kif kienet murija fl-​ewwel seklu? (b) Liema ħaġa turi li Ġesù għadu l-​kap tal-​kongregazzjoni?

5 Direzzjoni teokratika bħal din kienet evidenti ħafna meta l-​ewwel membri tal-​kongregazzjoni ġew imqanqlin għall-​azzjoni permezz taʼ l-​ispirtu qaddis f’Pentekoste tas-​sena 33 E.K. (Atti 2:​1-4, 32, 33) Din intweriet meta l-​anġlu taʼ Jehovah idderieġa l-​ġrajjiet li wasslu għat-​tixrid taʼ l-​aħbar tajba ġewwa l-​Afrika. (Atti 8:​26-39) Bl-​istess mod, meta leħen Ġesù ta direzzjonijiet fil-​konverżjoni taʼ Sawlu minn Tarsus u mill-​ġdid meta ngħata bidu x-​xogħol missjunarju fost il-​Ġentili. (Atti 9:​3-7, 10-17; 10:​9-16, 19-23; 11:12) Imma direzzjoni meħtieġa mhux dejjem kienet ipprovduta f’modi daqstant spettakulari. Maż-​żmien ma kienx hemm iktar ilħna mismugħin mis-​sema, iktar anġli li dehru lill-​bnedmin u iktar għotjiet mirakolużi taʼ l-​ispirtu. Madankollu Ġesù kien wiegħed lis-​segwaċi leali tiegħu: “Ħares! jien magħkom il-​jiem kollha sal-​konklużjoni tas-​sistema t’affarijiet,” u l-​fatti juru li dan huwa minnu. (Matt. 28:20; 1 Kor. 13:8) Mhux talli x-​Xhieda taʼ Jehovah jirrikonoxxu l-​istat taʼ kap tiegħu, imma talli huwa evidenti li kien ikun impossibbli għalihom li jkomplu jipproklamaw il-​messaġġ tas-​Saltna ffaċċjati b’ostilità intensa mingħajr l-​għajnuna tiegħu.

6. (a) Min jifforma l-​“irsir leali u diskret,” u għala? (b) Liema inkarigu ta hu lil dak l-​“irsir”?

6 Ftit qabel mewtu Ġesù tkellem mad-​dixxipli tiegħu dwar “irsir leali u diskret” li hu, bħala Sid, kellu jafdah b’responsabbiltà speċjali. Dak l-​“irsir,” skond id-​deskrizzjoni taʼ Ġesù, kellu jkun disponibbli meta l-​Mulej telaq għas-​sema u kellu wkoll ikun ħaj fi żmien ir-​ritorn taʼ Kristu. Deskrizzjoni bħal din bl-​ebda mod ma tistaʼ tiffittja lil xi bniedem individwali. Imma tassew tiffittja lill-​kongregazzjoni midluka u leali taʼ Kristu meta tħares lejha bħala ħaġa sħiħa. Ġesù kien jaf li kien se jixtrihom b’demmu stess, u għalhekk b’mod xieraq irrefera għalihom kollettivament bħala l-​“irsir” tiegħu. Hu tahom xogħol x’jagħmlu, billi inkarigahom ilkoll biex jagħmlu dixxipli u mbagħad biex progressivament jitimgħu lil dawn spiritwalment, billi jagħtuhom “l-​ikel [spiritwali] tagħhom fiż-​żmien xieraq.” Il-​ħatra tagħhom ġiet ikkonfermata permezz taʼ l-​ispirtu qaddis nhar Pentekoste tas-​sena 33 E.K.—Matt. 24:​45-47; 28:​19, 20; 1 Kor. 6:​19, 20; qabbel Isaija 43:10.

7. (a) Liema responsabbiltajiet akbar għandu issa l-​“irsir”? (b) Ir-​rispons tagħna għall-​istruzzjoni permezz taʼ dan il-​mezz taʼ komunikazzjoni għala huwa importanti?

7 Mar-​ritorn tas-​Sid, jekk l-​“irsir” kien qiegħed fedelment jagħmel dmiru, kellu jkun fdat b’responsabbiltajiet akbar. Is-​snin li segwew kellhom ikunu ż-​​żmien għal xiehda globali għas-​Saltna, u “folla kbira” t’adoraturi taʼ Jehovah kellhom jinġabru bil-​prospett li jiġu ppreservati matul it-​“tribulazzjoni l-​kbira.” (Matt. 24:14; Riv. 7:​9, 10) Dawn, ukoll, kellhom jeħtieġu ikel spiritwali, u dan kellu jkun servut lilhom permezz taʼ l-​“irsir” kompost, il-​qaddejja taʼ Kristu midlukin bl-​ispirtu. Biex nogħġbu lil Jehovah, jeħtieġ li naċċettaw l-​istruzzjoni li hu jipprovdi permezz taʼ dan il-​mezz taʼ komunikazzjoni u naġixxu f’armonija sħiħa magħha.

8, 9. (a) Fl-​ewwel seklu liema arranġament kien hemm biex jiġu solvuti kwistjonijiet dwar duttrina u biex jagħti direzzjoni meħtieġa b’referenza għall-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba? (b) Liema arranġament simili jeżisti llum?

8 Kultant, m’għandniex xi ngħidu, jistgħu jqumu mistoqsijiet dwar duttrina u proċedura. Imbagħad x’jiġri? Il-​kapitlu 15 t’Atti jgħid kif ġiet solvuta kwistjoni dwar ħtiġijiet għal uħud Ġentili li kkonvertew. Din ġiet irreferuta lill-​appostli u rġiel ixjeħ f’Ġerusalemm, li qdew bħala ġemgħa ċentrali li tiggverna. Dawk l-​irġiel ixjeħ ma kinux infallibbli; ma kinux persuni li qatt m’għamlu żball. (Qabbel Galatin 2:​11-14.) Imma Alla wżahom. Huma kkunsidraw x’kienet tgħid l-​Iskrittura mnebbħa fuq is-​suġġett kurrenti kif ukoll l-​evidenza tal-​ħidma taʼ l-​ispirtu t’Alla f’li jiftħu l-​qasam tal-​Ġentili, u mbagħad taw deċiżjoni. Alla bierek dak l-​arranġament. (Atti 15:​1-29; 16:​4, 5) Minn dik il-​ġemgħa ċentrali, individwi ntbagħtu wkoll biex jestendu l-​ippridkar taʼ l-​aħbar tajba f’armonija maʼ dak li l-​Mulej innifsu kien awtorizza.​—Atti 8:14; Gal. 2:9.

9 Fi żmienna l-​Ġemgħa li Tiggverna hija komposta minn aħwa midlukin bl-​ispirtu minn diversi pajjiżi. Tinsab fil-​kwartieri ġenerali dinjin tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Lealment din testendi l-​interessi tal-​qima pura taħt l-​istat taʼ kap taʼ Ġesù Kristu. Dawn l-​aħwa għandhom l-​istess opinjoni taʼ l-​appostlu Pawlu, li, meta bagħat pariri spiritwali lil Kristjani sħabu, kiteb: “Mhux li aħna s-​sidien fuq il-​fidi tagħkom, imma aħna ħaddiema mseħbin għall-​ferħ tagħkom, għax huwa bil-​fidi tagħkom li qegħdin intom bil-​wieqfa.”​—2 Kor. 1:24.

10. (a) Kif jiġi ddeterminat min se jkun anzjan jew qaddej ministerjali? (b) Għala għandna nikkoperaw mill-​qrib maʼ l-​uħud maħturin għal pożizzjonijiet bħal dawn?

10 Dan l-​arranġament teokratiku huwa rikonoxxut mix-​Xhieda taʼ Jehovah madwar id-​dinja kollha. Il-​kongregazzjonijiet lokali tagħhom kollha jaħdmu b’koperazzjoni mill-​qrib miegħu. Huma jħarsu lejn il-​Ġemgħa li Tiggverna biex tipprovdi għall-​ħatra t’anzjani u qaddejja ministerjali biex jieħdu ħsieb l-​iffunzjonar effiċjenti tal-​kongregazzjonijiet. Fuq liema bażi huma persuni magħżulin għal ħatra bħal din? Il-​ħtiġijiet huma msemmijin b’mod ċar fil-​Bibbja. Kemm l-​anzjani li jagħmlu r-​rakkomandazzjonijiet u kemm dawk awtorizzati li jagħmlu l-​ħatra jġorru responsabbiltà serja quddiem Alla biex iżommu sod maʼ dawn il-​ħtiġijiet. (1 Tim. 3:​1-10, 12, 13; 5:22; Titus 1:​5-9) M’hemmx elezzjonijiet fost il-​membri tal-​kongregazzjoni u lanqas xi votazzjoni fil-​kongregazzjoni. Minflok, f’armonija maʼ dak li sar mill-​appostli meta ntgħamlu ħatriet fl-​ewwel seklu, dawk l-​indokraturi responsabbli biex jirrakkomandaw, u dawk li iktar tard jagħmlu l-​ħatriet, joffru talb għall-​għajnuna taʼ l-​ispirtu t’Alla u jfittxu gwida mill-​Kelma mnebbħa tiegħu. (Atti 6:​2-4, 6; 14:23; qabbel Salm 75:​6, 7.) Bir-​rispons tagħna għad-​direzzjoni li jagħtu l-​anzjani, aħna nistgħu nuru l-​apprezzament tagħna lejn il-​provvediment taʼ mħabba taʼ Kristu taʼ dawn l-​“għotjiet fi rġiel” biex jgħinuna lkoll naslu għall-​“unità fil-​fidi.”​—Ef. 4:​8, 11-16.

11. (a) Liema servizzi taʼ valur huma mwettqin minn nisa ġewwa l-​arranġament teokratiku? (b) Meta jkollhom bżonn jilbsu għata tar-​ras, u għala?

11 L-​Iskrittura tordna li pożizzjonijiet taʼ indokrar fil-​kongregazzjoni jieħdu ħsiebhom l-​irġiel. Dan bl-​ebda mod ma jbaxxi l-​valur tan-​nisa, għax ħafna minnhom huma inklużi fost il-​werrieta tas-​Saltna tas-​sema. B’kondotta modesta u kasta u diliġenza f’li jieħdu ħsieb il-​familji tagħhom, nisa Kristjani wkoll jikkontribwixxu għar-​reputazzjoni mill-​aħjar tal-​kongregazzjoni. (Titus 2:​3-5) Huma taʼ spiss jagħmlu ħafna mix-​xogħol f’li jsibu wħud ġodda interessati u jġibuhom f’kuntatt maʼ l-​organizzazzjoni. (Salm 68:11) Imma t-​tagħlim fil-​kongregazzjoni jieħdu ħsiebu rġiel li huma maħturin. (1 Tim. 2:​12, 13) U jekk m’hemm ebda rġiel ikkwalifikati f’laqgħa rranġata mill-​kongregazzjoni, allura mara jkollha tilbes xi forma t’għata tar-​ras meta tkun qiegħda tippresiedi jew titlob.a B’hekk hi turi rispett lejn l-​arranġament taʼ Jehovah, saħansitra bħalma Ġesù ta l-​eżempju għal kulħadd fis-​sottomissjoni lejn Missieru.​—1 Kor. 11:​3-16; Ġwn. 8:​28, 29.

12. (a) Il-​Bibbja tħeġġeġ lill-​anzjani biex jieħdu liema ħarsa lejn il-​pożizzjoni tagħhom? (b) F’liema privileġġ splendidu nistgħu lkoll kemm aħna nieħdu sehem?

12 Fid-​dinja individwu li jżomm pożizzjoni prominenti hu kkunsidrat bħala importanti, imma ġewwa l-​organizzazzjoni t’Alla r-​regola hija: “Dak li jġib ruħu bħala wieħed iżgħar fostkom ilkoll hu l-​wieħed li hu kbir.” (Luqa 9:​46-48; 22:​24-26) Mela l-​Iskrittura tagħti parir lill-​anzjani biex joqogħdu attenti li ma jaħkmux bħala mulejiet fuq dawk li huma l-​wirt t’Alla imma, anzi, biex isiru eżempji għall-​merħla. (1 Piet. 5:​2, 3) Mhux biss ftit magħżulin, imma x-​Xhieda taʼ Jehovah kollha, irġiel u nisa, għandhom il-​privileġġ splendidu li jirrappreżentaw lis-​Sovran taʼ l-​univers, billi bl-​umiltà jitkellmu f’ismu u jgħidu lin-​nies kullimkien dwar Saltnatu.

13. Billi tuża l-​iskritturi ċċitati, iddiskuti l-​mistoqsijiet imniżżlin fl-​aħħar taʼ dan il-​paragrafu.

13 Nagħmlu sewwa li nistaqsu lilna nfusna: “Napprezzaw aħna verament kif Jehovah qiegħed jidderieġi lill-​organizzazzjoni viżibbli tiegħu? L-​attitudnijiet, id-​diskors u l-​azzjonijiet tagħna jirriflettuh dan?” Li nirraġunaw fuq il-​punti li ġejjin jistaʼ jgħin lil kull wieħed u waħda minna biex nagħmlu analiżi bħal din:

Jekk verament nissottomettu rwieħna lejn Kristu bħala kap tal-​kongregazzjoni, allura, bħalma huwa indikat fl-​iskritturi li ġejjin, x’se nkunu qegħdin nagħmlu? (Matt. 24:14; 28:​19, 20; Luqa 21:​34-36; Ġwn. 13:​34, 35)

Fl-​isforzi tagħhom biex ikunu Kristjani produttivi, dawk kollha li huma parti mill-​organizzazzjoni sa liema punt għandhom iħossuhom dipendenti minn Alla u minn Kristu? (Ġwn. 15:5; 1 Kor. 3:​5-7)

Meta l-​anzjani jipprovaw jirranġaw mill-​ġdid il-​mod taʼ ħsieb taʼ xi persuni sabiex iħarsu lejn l-​affarijiet f’armonija mal-​bqija taʼ l-​organizzazzjoni, it-​tħassib bil-​ħlewwa taʼ min għandna nagħrfu f’din il-​ħaġa? (Ef. 4:​7, 8, 11-13; 2 Kor. 13:11)

Meta naċċettaw b’apprezzament il-​provvedimenti spiritwali li jiġu permezz tal-​klassi taʼ l-​“irsir” u l-​Ġemgħa li Tiggverna tagħha, lil min qegħdin nuru rispett? Imma xi ngħidu kieku kellna nitkellmu b’mod degradanti dwar dawn? (Luqa 10:16; qabbel 3 Ġwann 9, 10.)

Għala m’għandniex nikkritikaw bl-​aħrax lil anzjani maħturin? (Atti 20:28; Rum. 12:10)

14. (a) Bl-​attitudni tagħna lejn l-​organizzazzjoni teokratika, x’nuru aħna? (b) F’dan ir-​rigward, liema opportunitajiet hemm għalina biex nagħtu prova li x-​Xitan huwa giddieb u biex inġibu ferħ lil qalb Jehovah?

14 Huwa permezz taʼ l-​organizzazzjoni viżibbli tiegħu taħt Kristu bħala kap maħtur li Jehovah qiegħed jittratta magħna llum. Mela l-​attitudni tagħna lejn din l-​organizzazzjoni turi b’mod prattiku l-​waqfa li qegħdin nieħdu dwar il-​kwistjoni tas-​sovranità. (Eb. 13:17) Satana jsostni li aħna lkoll imqanqlin minn xewqa għal gwadann persunali, li t-​tħassib ewlieni tagħna huwa dwarna nfusna. Imma jekk bil-​pjaċir nagħmlu lilna nfusna disponibbli biex naqdu fi kwalunkwe mod li huwa meħtieġ, waqt li nevitaw li ngħidu u nagħmlu affarijiet li jistgħu jiġbdu l-​attenzjoni lejna nfusna bla bżonn, nagħtu prova li x-​Xitan huwa giddieb. Jekk inħobbu u nirrispettaw lil dawk li ‘jieħdu t-​tmexxija’ fostna, billi nimitaw il-​fidi tagħhom imma nirrifjutaw li nkunu t-​tip taʼ persuna li ‘tammira l-​personalitajiet għall-​benefiċċju tagħha stess,’ inġibu ferħ lil qalb Jehovah. (Eb. 13:7; Ġuda 16) Billi nikkultivaw rispett bnin lejn l-​organizzazzjoni taʼ Jehovah u b’qalb sħiħa nagħmlu x-​xogħol li hu jidderieġi, nagħtu evidenza li Jehovah verament hu Alla tagħna u li aħna magħqudin fil-​qima tiegħu.​—1 Kor. 15:58.

[Nota taʼ taħt]

a M’għandhiex bżonn għata tar-​ras, madankollu, meta tkun qiegħda tippriedka minn dar għal dar, ladarba r-​responsabbiltà biex jippridkaw l-​aħbar tajba qiegħda fuq il-​Kristjani kollha. Imma jekk iċ-​ċirkostanzi jirrikjedu li hi tikkonduċi studju tal-​Bibbja fid-​dar fil-​preżenza taʼ żewġha (il-kap tagħha, avolja mhux Kristjan), għandha tuża għata tar-​ras. Ukoll, jekk, bħala ċirkostanza eċċezzjonali, membru maskil iddedikat tal-​kongregazzjoni jkun preżenti meta hi tikkonduċi studju tal-​Bibbja fid-​dar li diġà kien irranġat minn qabel, hi għandha tgħatti rasha, imma hu għandu jgħid it-​talba.

Diskussjoni Bħala Reviżjoni

● Liema hi l-​organizzazzjoni viżibbli taʼ Jehovah illum? X’inhu l-​iskop tagħha?

● Min hu l-​kap maħtur tal-​kongregazzjoni? Permezz taʼ liema arranġamenti viżibbli jipprovdi hu direzzjoni taʼ mħabba għalina?

● Liema attitudnijiet bnini lejn ir-​responsabbiltà u persuni fl-​organizzazzjoni għandna nikkultivaw?

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja