LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Tama Ċerta Għall-Mejtin
    Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut
    • Ir-​rispons taʼ Ġesù għall-​mewt taʼ Lażżru jirrivela lat teneru ferm taʼ l-​Iben t’Alla. Is-​sentimenti profondi tiegħu f’din l-​okkażjoni jindikaw b’mod ċar ix-​xewqa intensa tiegħu li jirxoxta lill-​mejtin. Naqraw: “Meta Marija waslet fejn kien Ġesù u ratu, nxteħtet f’riġlejh, tgħidlu: ‘Mulej, kieku int kont hawn, ħija ma kienx imut.’ Ġesù, kif ra lilha tibki u l-​Lhud, li ġew magħha, jibku wkoll, ħass ruħu mqanqal u tħawwad ħafna. ‘Fejn qegħidtuh?’ staqsiehom. Huma weġbuh: ‘Mulej, ejja u ara.’ U Ġesù beka. Għalhekk il-​Lhud qalu: ‘Ara kemm kien iħobbu!’”​—Ġwann 11:​32-36.

      Il-mogħdrija mill-​qalb taʼ Ġesù hija hawnhekk indikata minn tliet espressjonijiet: “ħass ruħu mqanqal,” “tħawwad ħafna,” u “beka.” Il-​kelmiet fil-​lingwa oriġinali wżati meta nkitbet din ix-​xena kommoventi jindikaw li Ġesù tant kien imqanqal bil-​mewt tal-​ħabib tal-​qalb tiegħu Lażżru u mid-​dehra taʼ oħt Lażżru tibki li għajnejh imtlew bid-​dmugħ.a

      Dak li huwa tant taʼ l-​għaġeb huwa li Ġesù kien diġà ġab lil tnejn oħra lura għall-​ħajja. U kellu l-​intenzjoni sħiħa li jagħmel l-​istess maʼ Lażżru. (Ġwann 11:​11, 23, 25) Madankollu, hu “beka.” Li jirrestawra lill-​bnedmin għall-​ħajja, allura, m’huwiex sempliċi proċedura għal Ġesù. Is-​sentimenti teneri u profondi tiegħu kif murijin f’din l-​okkażjoni jindikaw b’mod ċar ix-​xewqa intensa tiegħu li jreġġaʼ lura t-​tħarbit tal-​mewt.

      Is-​sentimenti teneri taʼ Ġesù meta kien qiegħed jirxoxta lil Lażżru rriflettew ix-​xewqa intensa tiegħu li jreġġaʼ lura t-​tħarbit tal-​mewt

  • Tama Ċerta Għall-Mejtin
    Meta Xi Ħadd Li Tħobb Imut
    • a Il-kelma Griega mogħtija bħala “ħass ruħu mqanqal” ġejja mill-​verb (em·bri·maʹo·mai) li tissinjifika li tkun imqanqal b’uġigħ, jew profondament. Studjuż wieħed tal-​Bibbja jinnota: “Hawn tistaʼ biss tfisser li emozzjoni tant profonda ħakmet lil Ġesù li ħarġet karba involontarja minn qiegħ qalbu.” L-​espressjoni tradotta “tħawwad ħafna” ġejja mill-​kelma Griega (ta·rasʹso) li tindika aġitar. Skond lessikografu wieħed, tfisser “li tikkaġuna kommozzjoni ġewwinija, . . . li teffettwa b’uġigħ jew niket kbir.” Il-​kelma “beka” tiġi mill-​verb Grieg (da·kryʹo) li jfisser “li xxerred id-​dmugħ, li tibki bla ħoss.”

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja