LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w98 11/15 pp. 15-20
  • Nimxu m’Alla—Bl-Eternità Quddiem Għajnejna

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nimxu m’Alla—Bl-Eternità Quddiem Għajnejna
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Jehovah Jaġixxi fiż-​Żmien Maħtur Minnu
  • Naqdu b’Żelu Kontinwu
  • Neżaminaw il-​Motivi Tagħna
  • Nippjanaw għall-​Eternità!
  • Naqdu bil-​Ħajja bla Tmiem Quddiem Għajnejna
  • Faħħru lis-Sultan taʼ L-Eternità!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • L-ewwel parti: Twemmin Kristjan
    Organizzati biex Nagħmlu r-Rieda ta’ Ġeħova
  • “Faħħru lil Jah!”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1996
  • “Ibqgħu Għassa”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2000
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1998
w98 11/15 pp. 15-20

Nimxu m’Alla​—Bl-​Eternità Quddiem Għajnejna

“Aħna nimxu f’isem il-​Mulej, Alla tagħna,

għal dejjem taʼ dejjem.”—MIKEA 4:5.

1. Jehovah għala jistaʼ jissejjaħ is-​“Sultan taʼ l-​eternità”?

ALLA JEHOVAH ma kellux bidu. Hu bix-​xieraq jissejjaħ ix-​“Xiħ fl-​għomor,” ladarba l-​eżistenza tiegħu testendi bla limiti fil-​passat. (Danjel 7:9, 13) Jehovah se jgawdi wkoll futur etern. Hu waħdu s-​“Sultan taʼ l-​eternità.” (Apokalissi 10:6; 15:3, NW) U f’għajnejh, elf sena huma “bħal jum taʼ lbieraħ li għadda, jew bħal sahra tal-​lejl.”—Salm 90:4.

2.(a) X’inhu l-​iskop t’Alla għall-​bnedmin ubbidjenti? (b) Fuq liema ħaġa għandna niffokaw it-​tamiet u l-​pjanijiet tagħna?

2 Ladarba d-​Donatur tal-​ħajja hu etern, setaʼ joffri lill-​ewwel koppja umana, Adam u Eva, il-​prospett taʼ ħajja bla tmiem fil-​Ġenna taʼ l-​Art. Madankollu, minħabba d-​diżubbidjenza, Adam tilef id-​dritt għall-​ħajja taʼ dejjem, u hekk għadda d-​dnub u l-​mewt lid-​dixxendenti tiegħu. (Rumani 5:12) Iżda l-​irvell taʼ Adam ma fixkilx l-​iskop oriġinali t’Alla. Hija r-​rieda taʼ Jehovah li bnedmin ubbidjenti jgħixu għal dejjem, u żgur li se jwettaq l-​iskop tiegħu. (Isaija 55:11) Kemm huwa xieraq, għalhekk, li niffokaw it-​tamiet u l-​pjanijiet tagħna fuq li naqdu lil Jehovah bl-​eternità quddiem għajnejna! Fil-​waqt li rridu nżommu l-​“Jum taʼ Alla” qrib f’moħħna, huwa vitali li niftakru li l-​mira tagħna hija li nimxu m’Alla għal dejjem.—2 Pietru 3:12.

Jehovah Jaġixxi fiż-​Żmien Maħtur Minnu

3. Kif nafu li Jehovah għandu “żmien” maħtur biex iwettaq l-​iskopijiet tiegħu?

3 Bħala wħud li nimxu m’Alla, jinteressana ħafna li nagħmlu r-​rieda tiegħu. Aħna nafu li Jehovah hu l-​Kronometrista l-​Kbir, u għandna fiduċja li qatt ma se jonqos li jwettaq l-​iskopijiet tiegħu fiż-​żmien maħtur minnu. Per eżempju, “meta waslet il-​milja taż-​żmien, Alla bagħat lil Ibnu.” (Galatin 4:4) Lill-​appostlu Ġwanni ntqallu li kien hemm “żmien” maħtur għat-​twettiq taʼ l-​affarijiet profetiċi li ra permezz taʼ sinjali. (Apokalissi 1:1-3) Hemm “iż-​żmien [maħtur] li jsir ħaqq mill-​mejtin.” (Apokalissi 11:18) Iktar minn 1,900 sena ilu, l-​appostlu Pawlu ġie mnebbaħ jgħid li Alla “għażel jum li fih għandu jagħmel ħaqq ġust mid-​dinja.”—Atti 17:31.

4. Kif nafu li Jehovah jixtieq itemm dis-sistema t’affarijiet mill-​agħar?

4 Jehovah se jtemm lil dis-sistema t’affarijiet mill-​agħar, għax ismu qed jiġi mżeblaħ fid-​dinja tal-​lum. Il-​ħżiena nibtu bħall-​ħaxix. (Salm 92:8 [Salm 92:7, NW]) Permezz tal-​kliem u l-​għemil tagħhom, huma jinsulentaw lil Alla, u hu jweġġaʼ meta jara lill-​qaddejja tiegħu mżebilħin u ppersegwitati. (Żakkarija 2:12 [Żakkarija 2:8, NW]) Mhux taʼ b’xejn li Jehovah ddikjara li l-​organizzazzjoni taʼ Satana kollha kemm hi dalwaqt se tinġieb fi tmiem! Alla ddeċieda eżattament meta dan se jseħħ, u t-​twettiq tal-​profeziji Bibliċi jagħmilha ċara li issa qegħdin ngħixu fiż-​“żmien taʼ l-​aħħar.” (Danjel 12:4) Hu dalwaqt se jaġixxi biex ikunu jistgħu jitbierku dawk kollha li jħobbuh.

5. Lot u Ħabakkuk kif kienu jħarsu lejn il-​kundizzjonijiet li kienu mdawrin bihom?

5 Il-​qaddejja taʼ Jehovah tal-​passat kienu jixxennqu li jaraw it-​tmiem tal-​ħażen. It-​twajjeb Lot kien ‘mifni ħtija taʼ l-​imġiba bla rażan tal-​ħżiena.’ (2 Pietru 2:7) Imnikket minħabba l-​kundizzjonijiet li kien imdawwar bihom, il-​profeta Ħabakkuk talab bil-​ħniena: “Mulej, kemm se ndum nokrob għall-​għajnuna u int ma tismax! Jew ngħajjat: ‘Vjolenza!’ u int ma ssalvax! Għaliex turini l-​ħażen, u int toqgħod tħares lejn il-​ħtija? Quddiemi qerda u vjolenza, hemm it-​tilwim, u l-​ġlied dejjem jiżdied.”—Ħabakkuk 1:2, 3.

6. Jehovah x’qal bi tweġiba għat-​talba taʼ Ħabakkuk, u x’nistgħu nitgħallmu minn dan?

6 Dan li ġej hu parti minn dak li Jehovah qal lil Ħabakkuk bi tweġiba: “Id-​dehra sseħħ meta jkun waqtha, tistenna se ma ttemm, u ma tqarraqx. Jekk hija ddum ma tasal, int stennieha, għax tiġi żgur, ma tiddawwarx ma tasal!” (Ħabakkuk 2:3) B’hekk, Alla għarrafna li se jaġixxi fiż-​“żmien” maħtur. Għalkemm ikun donnu jidher li hemm xi dewmien, Jehovah se jwettaq l-​iskop tiegħu​—mingħajr ma jonqos!—2 Pietru 3:9.

Naqdu b’Żelu Kontinwu

7. Għalkemm Ġesù ma kienx jaf eżatt meta kellu jiġi jum Jehovah, hu kif wettaq l-​attivitajiet tiegħu?

7 Hemm xi ħtieġa li nkunu nafu l-​waqt eżatt meta se jseħħu l-​ġrajjiet biex nimxu m’Alla b’mod żeluż? Le, m’hemmx. Ikkunsidra xi ftit eżempji. Ġesù wera interess kbir dwar iż-​żmien meta r-​rieda t’Alla kellha ssir fl-​art bħalma hi fis-​sema. Tabilħaqq, Kristu għallem lis-​segwaċi tiegħu biex jitolbu: “Missierna, li inti fis-​smewwiet, jitqaddes ismek, tiġi saltnatek, ikun li trid int, kif fis-​sema, hekkda fl-​art.” (Mattew 6:9, 10) Għalkemm Ġesù kien jaf li din it-​talba kienet se titwieġeb, ma kienx jaf il-​waqt preċiż meta kellhom iseħħu dawn l-​affarijiet. Fil-​profezija l-​kbira tiegħu rigward it-​tmiem taʼ dis-sistema t’affarijiet, hu qal: “Dwar dak il-​jum u s-​siegħa ħadd ma jaf xejn la meta se jaslu, la l-​anġli tas-​sema u lanqas l-​Iben; ħadd ħlief il-​Missier waħdu.” (Mattew 24:36) Ladarba Ġesù Kristu huwa ċentrali fit-​twettiq taʼ l-​iskopijiet t’Alla, hu se jkun involut direttament fl-​esekuzzjoni taʼ l-​għedewwa taʼ Missieru tas-​sema. Madankollu, meta Ġesù kien fuq l-​art, lanqas hu ma kien jaf meta Alla kellu jaġixxi. Għamlu dan inqas żeluż fis-​servizz taʼ Jehovah? Dażgur li le! Meta raw lil Ġesù jnaddaf it-​tempju b’żelu, “id-​dixxipli ftakru f’dak li kien hemm miktub fl-​Iskrittura, ‘Il-​ħeġġa għal darek fnietni’” (Ġwann 2:17; Salm 69:10 [Salm 69:9, NW]) Ġesù żamm ruħu okkupat bis-​sħiħ fix-​xogħol li kien intbagħat jagħmel, u għamlu b’żelu kontinwu. Qeda wkoll lil Alla bl-​eternità quddiem għajnejh.

8, 9. Meta d-​dixxipli staqsew dwar ir-​restawr tas-​Saltna, x’intqalilhom, u kif irreaġixxew?

8 Dan kien veru wkoll fil-​każ tad-​dixxipli taʼ Kristu. Ġesù ltaqaʼ magħhom eżatt qabel ma telaʼ s-​sema. Ir-​rakkont jgħid: “Kif kienu flimkien staqsewh: ‘Mulej, hu dan iż-​żmien li fih int se terġaʼ twaqqaf is-​Saltna taʼ Iżrael?’” Bħall-​Imgħallem tagħhom, kienu mxennqin biex tiġi s-​Saltna. Iżda Ġesù weġibhom: “M’hijiex biċċa tagħkom li tkunu tafu l-​waqt u ż-​żmien li l-​Missier għażel bis-​setgħa tiegħu. Imma meta jiġi fuqkom l-​Ispirtu s-​Santu, intom tirċievu l-​qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, fil-​Lhudija kollha u s-​Samarija u sa truf l-​art.”—Atti 1:6-8.

9 M’hemm ebda indikazzjoni li d-​dixxipli kienu skuraġġiti b’din it-​tweġiba. Minflok, ħabirku b’mod żeluż fix-​xogħol taʼ l-​ippridkar. Fi ftit ġimgħat, kienu mlew ’il Ġerusalemm bit-​tagħlim tagħhom. (Atti 5:28) U fi żmien 30 sena, kienu espandew l-​attività tagħhom taʼ ppridkar sa tali punt li Pawlu setaʼ jgħid li l-​aħbar tajba kienet tħabbret “lill-​ħlejjaq kollha taħt is-​smewwiet.” (Kolossin 1:23) Għalkemm is-​Saltna ma reġgħetx ġiet ‘imwaqqfa f’Iżrael’ bħalma kienu stennew b’mod żbaljat id-​dixxipli u ma ġietx stabbilita fis-​sema matul ħajjithom, huma baqgħu jaqdu b’mod żeluż lil Jehovah bl-​eternità quddiem għajnejhom.

Neżaminaw il-​Motivi Tagħna

10. Li ma nafux meta Alla se jeqred lis-​sistema taʼ Satana jippermettilna nagħtu evidenza taʼ liema ħaġa?

10 Qaddejja taʼ Jehovah fi żmienna wkoll jixxennqu biex jaraw it-​tmiem taʼ dis-sistema t’affarijiet mill-​agħar. Madankollu, it-​tħassib prinċipali tagħna m’huwiex li niġu meħlusin għal ġod-​dinja ġdida mwiegħda t’Alla. Irridu naraw isem Jehovah jitqaddes u s-​sovranità tiegħu vvindikata. Minħabba f’dan, nistgħu nifirħu li Alla ma qalilniex ‘il-​jum jew is-​siegħa’ li ġew stabbiliti għall-​qerda tas-​sistema taʼ Satana. Dan jippermettilna nagħtu evidenza li aħna determinati li nimxu m’Alla eternament għax inħobbuh u mhux għax għandna miri immedjati u egoistiċi.

11, 12. L-​integrità taʼ Ġob b’liema mod kienet ġiet sfidata, u aħna fiex nidħlu f’dik l-​isfida?

11 Iż-​żamma taʼ l-​integrità tagħna lejn Alla tgħinna wkoll nuru li x-​Xitan kien żbaljat meta allega li r-​raġel rett, Ġob​—u b’hekk il-​bnedmin bħalu—​jaqdu lil Alla minħabba interessi persunali. Wara li Jehovah ddeskriva lill-​qaddej tiegħu Ġob bħala raġel bla ħtija, rett, u li jibżaʼ minn Alla, Satana b’ħażen allega: “Tgħid għal xejn Ġob jibżaʼ minn Alla? Forsi int ma bnejtx ħajt madwaru u madwar daru, u madwar kull ma għandu kif iddur? Berikt kull ma għamlu jdejh, u ġidu kotor maʼ l-​art kollha kemm hi. Imma midd idek u olqot kull ma għandu, u tara jekk jisħtekx f’wiċċek.” (Ġob 1:8-11) Billi żamm l-​integrità tiegħu meta kien taħt prova, Ġob wera li din l-​allegazzjoni malizzjuża hi falza.

12 Billi bl-​istess mod inżommu maʼ korsa taʼ integrità, nistgħu nwaqqgħu kwalunkwe akkuża satanika, li aħna naqdu lil Alla biss għax nafu li hemm premju jistenniena. Il-​fatt li ma nafux il-​waqt eżatt meta se tiġi esegwita l-​vendetta t’Alla fuq il-​ħżiena jagħtina l-​opportunità li nuru li aħna verament inħobbu lil Jehovah u li rridu nimxu fil-​mogħdijiet tiegħu għal dejjem. Dan juri li aħna leali lejn Alla u nafdaw fil-​mod kif hu jmexxi l-​affarijiet. Iktar minn hekk, li ma nafux il-​jum u s-​siegħa jgħinna nibqgħu għassa u mqajmin spiritwalment għax nirrealizzaw li t-​tmiem jistaʼ jiġi fi kwalunkwe ħin, bħal ħalliel bil-​lejl. (Mattew 24:42-44) Billi kuljum nimxu maʼ Jehovah, aħna nferrħulu qalbu u nagħtu tweġiba lix-​Xitan, li jgħajru.—Proverbji 27:11.

Nippjanaw għall-​Eternità!

13. Il-​Bibbja x’tindika dwar li nippjanaw għall-​futur?

13 Dawk li jimxu m’Alla jafu li huwa għaqli li tagħmel pjanijiet raġunevoli għall-​futur. Billi huma konxji dwar il-​problemi u l-​limitazzjonijiet tax-​xjuħija, ħafna nies jipprovaw jagħmlu użu tajjeb minn żgħożithom u saħħithom sabiex meta jikbru fl-​età jistgħu jkollhom sigurtà finanzjarja. Xi ngħidu, allura, dwar il-​futur spiritwali tagħna li hu ferm iktar importanti? Proverbji 21:5 jgħid: “Min hu bil-​għaqal jaħsibha tajjeb u jirnexxilu; imma min jgħaġġel jiġi fil-​bżonn.” Li nippjanaw għall-​futur bl-​eternità quddiem għajnejna huwa verament vantaġġuż. Ladarba ma nafux eżatt meta se jiġi t-​tmiem taʼ dis-sistema t’affarijiet, għandna bżonn naħsbu dwar il-​bżonnijiet futuri tagħna. Imma ejjew inkunu bbilanċjati u npoġġu l-​interessi divini l-​ewwel fil-​ħajja. Nies neqsin mill-​fidi forsi jikkonkludu li jekk wieħed jiċċentra l-​interessi tiegħu fuq li jagħmel ir-​rieda t’Alla, ikun qed jara sa mnieħru. Imma veru hekk?

14, 15. (a) Ġesù liema tixbieha rrakkonta rigward pjanijiet għall-​futur? (b) L-​għani tat-​tixbieha taʼ Ġesù għala kien jara biss sa mnieħru?

14 Ġesù rrakkonta tixbieha li titfaʼ dawl f’dan ir-​rigward. Qal: “Wieħed raġel għani ġabar kotra taʼ frott mir-​rabaʼ tiegħu. U beda jaħseb u jgħid bejnu u bejn ruħu, ‘X’se nagħmel? Għax dan il-​frott kollu ma għandix fejn naħżnu! Ara x’nagħmel,’ qal, ‘inħott l-​imħażen li għandi u nibni oħrajn akbar, u naħżen fihom il-​qamħ u l-​ġid kollu li għandi. Mbagħad ngħid lili nnifsi: Ruħi, għandek ħażna kbira taʼ ġid għal bosta snin; mela strieħ, kul, ixrob, ixxala!’ Iżda qallu Alla, ‘Iblah li int! Dan il-​lejl stess jitolbuk ruħek lura’. U ħwejjeġ li ħejjejt għalik, taʼ min ikunu?’ Hekk jiġrilu min jiġmaʼ l-​ġid għalih innifsu bla ma jistagħna quddiem Alla.”—Luqa 12:16-21.

15 Kien Ġesù qed jagħmel il-​punt li l-​għani ma kienx imissu ħadem bl-​iskop li jkollu sigurtà materjali? Le, għax l-​Iskrittura tinkuraġġixxi li wieħed jaħdem iebes. (2 Tessalonikin 3:10) L-​iżball taʼ l-​għani kien li hu m’għamilx dak li kien neċessarju biex “jistagħna quddiem Alla.” Anki li kieku setaʼ jgawdi l-​ġid materjali tiegħu għal bosta snin, eventwalment xorta kien se jmut. Hu kellu vista qasira, billi ma ħasibx dwar l-​eternità.

16. Għala nistgħu nistrieħu b’fiduċja fuq Jehovah għal futur taʼ sigurtà?

16 Il-​mixi tagħna maʼ Jehovah bl-​eternità quddiem għajnejna huwa kemm prattiku u kemm għaqli. Huwa l-​aħjar mod li nippjanaw għall-​futur. Fil-​waqt li huwa għaqli li nagħmlu pjanijiet prattiċi rigward l-​edukazzjoni, l-​impjieg, u r-​responsabbiltajiet tal-​familja, għandna dejjem niftakru li Jehovah qatt ma jabbanduna ’l-qaddejja leali tiegħu. Is-​Sultan David kanta: “Kont żagħżugħ, u issa xjeħt, u qatt ma rajt il-​ġust minsi, jew uliedu jittalbu ħobżhom.” (Salm 37:25) Ġesù bl-​istess mod assigurana li Alla jipprovdi lil dawk kollha li jfittxu l-​ewwel is-​Saltna u jimxu fil-​mogħdijiet taʼ tjieba taʼ Jehovah.—Mattew 6:33.

17. Kif nafu li t-​tmiem huwa qrib?

17 Għalkemm aħna naqdu ’l Alla bl-​eternità quddiem għajnejna, xorta waħda rridu nżommu f’moħħna jum Jehovah. It-​twettiq tal-​profezija Biblika jixhed b’mod elokwenti li dan il-​jum huwa tassew viċin. Dan is-​seklu kien ikkaratterizzat bi gwerer, pesti, terremoti, u skarsezzi taʼ ikel, flimkien mal-​persekuzzjoni taʼ Kristjani veri u l-​ippridkar globali taʼ l-​aħbar tajba tas-​Saltna t’Alla. Dawn kollha huma karatteristiċi taż-​żmien tat-​tmiem taʼ dis-sistema t’affarijiet mill-​agħar. (Mattew 24:7-14; Luqa 21:11) Id-​dinja mimlija b’nies mogħtijin “għall-​imħabba tagħhom infushom u tal-​flus; faħħarin, suppervi, dgħajja, ma jisimgħux mill-​ġenituri; bla gratitudni, bla tjieba; bla qalb, bla ħniena, lablaba, bla rażan; kiefra, bla mħabba għat-​tajjeb; tradituri, bla ħsieb, minfuħa bihom infushom; iħobbu aktar il-​pjaċir milli ’l Alla.” (2 Timotju 3:1-5) F’dawn l-​aħħar jiem kritiċi, il-​ħajja hija diffiċli għalina bħala qaddejja taʼ Jehovah. Kemm nixxennqu għal dan il-​jum meta s-​Saltna t’Alla se tiknes il-​ħażen kollu! Sadattant, ejjew inkunu determinati li nimxu m’Alla bl-​eternità quddiem għajnejna.

Naqdu bil-​Ħajja bla Tmiem Quddiem Għajnejna

18, 19. Kif nafu li wħud leali tal-​qedem qdew lil Alla bl-​eternità quddiem għajnejhom?

18 Hekk kif nimxu maʼ Jehovah, ejjew inżommu f’moħħna l-​fidi taʼ Abel, Ħenok, Noè, Abraham, u Sara. Wara li semmiehom, Pawlu kiteb: “Kollha bil-​fidi mietu dawn in-​nies. Kienu għadhom ma ħadux dak li kien imwiegħed, iżda huma rawh mill-​bogħod u sellmulu, waqt li għarfu li huma kienu barranin u għorba fuq l-​art.” (Lhud 11:13) Dawn l-​uħud leali kienu “jixtiequ pajjiż aħjar, jiġifieri, dak tas-​sema.” (Lhud 11:16) Bil-​fidi, huma ħarsu ’l quddiem lejn post aħjar taħt il-​ħakma tas-​Saltna Messjanika t’Alla. Nistgħu nkunu żguri li Alla se jippremjahom bil-​ħajja eterna f’dak il-​post aħjar​—il-​Ġenna taʼ l-​art taħt il-​ħakma tas-​Saltna.—Lhud 11:39, 40.

19 Il-​profeta Mikea esprima d-​determinazzjoni tal-​poplu taʼ Jehovah li jqim lil Alla eternament. Kiteb: “Il-​popli kollha jimxu kull wieħed f’isem l-​alla tiegħu; imma aħna nimxu f’isem il-​Mulej, Alla tagħna, għal dejjem taʼ dejjem.” (Mikea 4:5) Sa mewtu, Mikea qeda lil Jehovah lealment. Meta jiġi rxoxtat fid-​dinja l-​ġdida, bla dubju dan il-​profeta se jkompli jimxi m’Alla għall-​eternità kollha. X’eżempju mill-​aħjar għalina li qegħdin ngħixu fl-​aħħar taż-​żmien tat-​tmiem!

20. X’għandha tkun id-​determinazzjoni tagħna?

20 Jehovah japprezza l-​imħabba li nuru għal ismu. (Lhud 6:10) Hu jaf li huwa diffiċli għalina li nżommu l-​integrità lejh f’did-dinja ddominata mix-​Xitan. Fil-​waqt li “d-​dinja bil-​ġibdiet tagħha tgħaddi,” madankollu, “min jagħmel ir-​rieda taʼ Alla jibqaʼ għal dejjem.” (1 Ġwann 2:17; 5:19) Bil-​għajnuna taʼ Jehovah, mela, ejjew inkunu determinati li nissaportu l-​provi li niffaċċjaw minn jum għall-​ieħor. Jalla dak li naħsbu dwaru u l-​mod taʼ ħajja tagħna jiffokaw fuq il-​barkiet taʼ l-​għaġeb imwegħdin minn Missierna tas-​sema kollu mħabba. Dawn jistgħu jkunu tagħna jekk nibqgħu nimxu m’Alla bl-​eternità quddiem għajnejna.—Ġuda 20, 21.

Kif Twieġeb Int?

◻ X’inhu l-​iskop t’Alla għall-​bnedmin ubbidjenti?

◻ Jehovah għala għadu m’aġixxiex biex itemm lid-​dinja li ma ssegwix prinċipji divini?

◻ Il-​fatt li ma nafux eżatt meta Alla se jaġixxi għala m’għandux inaqqsilna ż-​żelu tagħna?

◻ Liema huma xi benefiċċji li jiġu meta nimxu m’Alla bl-​eternità quddiem għajnejna?

[Stampa f’paġna 17]

Li nimxu m’Alla jirrikjedi li naqduh b’żelu bħalma għamlu d-​dixxipli bikrin taʼ Kristu

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja