LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • “Ilkoll Kemm Aħna Qbilna”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
    • 9. Is-suġġeriment taʼ Ġakbu offra liema benefiċċji?

      9 Kien tajjeb is-suġġeriment taʼ Ġakbu? Jidher ċar li kien, għax iktar tard l-appostli u l-anzjani adottawh. X’benefiċċji kellu? Min-naħa waħda, l-aġir rikkmandat ma kienx se ‘jdejjaq,’ jew ‘iħabbat,’ lill-Kristjani Ġentili billi jimponi fuqhom il-ħtiġijiet tal-Liġi Mosajka. (Atti 15:19; Karm Żammit) Min-naħa l-oħra, din id-deċiżjoni kienet se turi rispett għall-kuxjenza tal-Kristjani Lhud, li matul is-snin semgħu l-kotba taʼ Mosè jinqraw b’leħen għoli fis-sinagogi kull Sabat.b (Atti 15:21) L-aġir rikkmandat ċertament li kien se jsaħħaħ ir-rabta bejn il-Kristjani Lhud u dawk Ġentili. Fuq kollox, dan kien se jogħġob lil Alla Ġeħova, ladarba d-deċiżjoni kienet fi qbil mal-iskop tiegħu. X’mod mill-aqwa kif titranġa problema li heddet l-unità u l-benesseri tal-kongregazzjoni kollha kemm hi tal-poplu t’Alla! U x’eżempju eċċellenti hu dan għall-kongregazzjoni Kristjana llum!

  • “Ilkoll Kemm Aħna Qbilna”
    Nagħtu Xhieda bid-Dettall Dwar is-Saltna t’Alla
    • b Ġakbu b’mod għaqli rrefera għall-kitbiet taʼ Mosè, li ma inkludewx biss il-kodiċi tal-Liġi imma wkoll rekord tal-aġir t’Alla u l-indikazzjonijiet tar-rieda Tiegħu li ġew qabel il-Liġi. Pereżempju, il-ħarsa t’Alla lejn id-demm, l-adulterju, u l-idolatrija tistaʼ tidher b’mod ċar fil-ktieb tal-​Ġenesi. (Ġen. 9:3, 4; 20:2-9; 35:2, 4) B’hekk, Ġeħova rrivela prinċipji li huma obbligatorji għall-umanità kollha, kemm jekk Lhud u kemm jekk Ġentili.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja