-
Insalvaw il-Ħajja bid-Demm—Kif?It-Torri tal-Għassa—1991 | Settembru 15
-
-
7, 8. Kif sar ċar li l-liġi t’Alla dwar id-demm tapplika għall-Kristjani?
7 L-istorja turina x’ġara iktar tard meta konċilju tal-ġemgħa Kristjana li tiggverna ddeċieda jekk il-Kristjani kellhomx iżommu l-liġijiet kollha taʼ Iżrael. Taħt gwida divina, huma qalu li l-Kristjani m’humiex obbligati li jżommu l-kodiċi taʼ Mosè imma li huwa “neċessarju” li ‘jibqgħu jastjenu minn affarijiet issagrifikati lill-idoli u mid-demm u minn affarijiet fgati [laħam mhux skarnat] u minn żina.’ (Atti 15:22-29) Huma b’hekk għamluha ċara illi li wieħed jevita d-demm huwa moralment importanti daqs li jevita l-idolatrija u l-immoralità grassa.a
8 Il-Kristjani tal-bidu appoġġjaw lil dik il-projbizzjoni divina. Billi kkummenta fuq dan, l-istudjuż Ingliż Joseph Benson qal: “Din il-projbizzjoni taʼ li wieħed jiekol id-demm, mogħtija lil Noè u lil dawk kollha li ġew warajh, u rripetuta lill-Iżraeliti . . . qatt ma ġiet revokata, imma, għall-kuntrarju, ġiet ikkonfermata taħt it-Testment il-Ġdid, Atti xv.; u b’hekk saret obbligu perpetwu.” Iżda kellu dak li l-Bibbja tgħid dwar id-demm jeskludi l-użu mediku modern, bħalma huma t-trasfużjonijiet, li biċ-ċar ma kinux jintużaw fi żmien Noè jew fi żmien l-appostli?
-
-
Insalvaw il-Ħajja bid-Demm—Kif?It-Torri tal-Għassa—1991 | Settembru 15
-
-
a Id-digriet spiċċa: “Jekk bir-reqqa żżommu lilkom infuskom minn dawn l-affarijiet, intom tistgħanew. Saħħa tajba għalikom!” (Atti 15:29) Il-kumment “Saħħa tajba għalikom” ma kienx wegħda bl-effett ‘Jekk tastjenu mid-demm jew mill-fornikazzjoni, se jkollkom saħħa aħjar.’ Kien biss egħluq għall-ittra bħal meta tgħid, ‘Saħħa għalikom.’
-