LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Leħħiet taʼ Dawl—Kbar u Żgħar it-Tieni Parti
    It-Torri tal-Għassa—1995 | Ġunju 1
    • “Il-​Potenzi Iktar Għoljin” Iċċarati

      4, 5. (a) L-​Istudenti tal-​Bibbja kif kienu jqisu Rumani 13:1? (b) X’dehret iktar tard li kienet il-​pożizzjoni Skritturali rigward “il-​potenzi iktar għoljin”?

      4 Leħħa qawwija taʼ dawl dehret fl-​1962 f’konnessjoni maʼ Rumani 13:1, li jgħid: “Ħalli kull ruħ tkun suġġetta lejn il-​potenzi iktar għoljin [“awtoritajiet superjuri,” New World Translation].” (King James Version) L-​Istudenti tal-​Bibbja bikrin fehmu li “l-​potenzi iktar għoljin” imsemmijin hemmhekk irreferew għal awtoritajiet dinjin. Ħadu din l-​iskrittura li tfisser li jekk Kristjan jiġi ngaġġat fi żmien taʼ gwerra, ikun obbligat li jilbes l-​uniformi, iżomm xkubetta fuq spalltu, u jmur fuq il-​front, lejn it-​trinek. Ħassew li ladarba Kristjan ma setax joqtol bniedem bħalu, ikun imġiegħel jispara fl-​ajru jekk jiġi dahru mal-​ħajt.a

      5 The Watchtower tal-​15 taʼ Novembru u taʼ l-​1 taʼ Diċembru, 1962, tefaʼ dawl ċar fuq is-​suġġett waqt li ddiskuta l-​kliem taʼ Ġesù f’Mattew 22:21: “Ħallsu lura . . . għalhekk, l-​affarijiet taʼ Ċesri lil Ċesri, imma l-​affarijiet t’Alla lil Alla.” Relevanti kien il-​kliem taʼ l-​appostli f’Atti 5:29: “Aħna rridu nobdu lil Alla bħala ħakkiem iktar milli lill-​bnedmin.” Il-​Kristjani huma suġġetti lejn Ċesri​—“il-​potenzi iktar għoljin”—​biss dment li dan ma jirrikjedix li l-​Kristjan imur kontra l-​liġi t’Alla. Sottomissjoni lejn Ċesri dehret li kienet relattiva, mhux assoluta. Il-​Kristjani jħallsu lura lil Ċesri biss dak li m’huwiex f’konflitt mal-​ħtiġijiet t’Alla. Kemm kien sodisfaċenti li jkollok dawl ċar fuq dak is-​suġġett!

  • Leħħiet taʼ Dawl—Kbar u Żgħar it-Tieni Parti
    It-Torri tal-Għassa—1995 | Ġunju 1
    • a B’reazzjoni għal din il-​ħarsa, The Watch Tower taʼ l-​1 taʼ Ġunju u tal-​15 taʼ Ġunju, 1929, interpreta “l-​potenzi iktar għoljin” bħala li huma Alla Jehovah u Ġesù Kristu. Kienet primarjament din il-​pożizzjoni li ġiet ikkorreġuta fl-​1962.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja