-
Mistoqsijiet mill-QarrejjaIt-Torri tal-Għassa—2003 | Jannar 1
-
-
Mistoqsijiet mill-Qarrejja
Pawlu x’ried ifisser meta qal: “Kull meta [“kull darba li,” NW] tieklu dan il-ħobż u tixorbu dan il-kalċi”?
Meta rrefera għat-twaqqif tal-Mafkar tal-mewt taʼ Ġesù, Pawlu kiteb: “Kull meta [“kull darba li,” NW] tieklu dan il-ħobż u tixorbu dan il-kalċi, intom ixxandru l-mewt tal-Mulej sa ma jiġi.” (1 Korintin 11:25, 26) Xi wħud iħossu li l-frażi “kull meta” użata hawnhekk tindika li l-mewt taʼ Kristu għandha tiġi kommemorata spiss, jiġifieri ħafna drabi. Għalhekk, huma jikkommemorawha iktar spiss minn darba fis-sena. Hekk ried ifisser Pawlu?
Issa għaddew kważi 2,000 sena minn mindu Ġesù inawgura l-Mafkar tal-mewt tiegħu. Għalhekk, iċ-ċelebrazzjoni tal-Mafkar darba fis-sena biss ifisser li dan ġie ċelebrat kemm-il darba mis-sena 33 E.K. ’l hawn. Madankollu, fil-kuntest taʼ l-1 Korintin 11:25, 26, Pawlu kien qed jiddiskuti, mhux kemm-il darba, imma kif il-Mafkar għandu jiġi ċelebrat. Bil-Grieg oriġinali, hu ma użax il-kelma pol·laʹkis, li tfisser “kemm-il darba” jew “spiss.” Minflok, hu uża l-kelma ho·saʹkis, li tfisser “kull meta,” espressjoni li tfisser “kull darba li.” Pawlu kien qed jgħid: ‘Kull darba li tagħmlu dan, intom tibqgħu xxandru l-mewt tal-Mulej.’a
-
-
Mistoqsijiet mill-QarrejjaIt-Torri tal-Għassa—2003 | Jannar 1
-
-
a Qabbel ir-rakkont taʼ l-1 Samwel 1:3, 7. Hemm, il-frażi “kull meta” (fit-traduzzjoni moderna taʼ l-Ebrajk) tirreferi għall-ġrajjiet li kienu jsiru “kull sena,” jew darba fis-sena, meta Elkana u ż-żewġ nisa tiegħu kienu jmorru fit-tabernaklu f’Silo.
-