LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Lezzjoni mill-Istorja Rumana
    It-Torri tal-Għassa—2002 | Ġunju 15
    • Lezzjoni mill-​Istorja Rumana

      “LI JIEN tqabadt mal-​bhejjem f’Efesu kieku għamiltu għal għajn in-​nies.” Xi wħud jaħsbu li dan il-​kliem, imniżżel fl-​1 Korintin 15:​32, ifisser li l-​appostlu Pawlu ġie kundannat biex jiġġieled fl-​arena Rumana. Kemm jekk dan huwa minnu u kemm jekk mhux, il-​ġlied sal-​mewt fl-​areni kien komuni matul dak iż-​żmien. X’tgħidilna l-​istorja dwar l-​arena u l-​ġrajjiet li kienu jseħħu hemmhekk?

  • Lezzjoni mill-Istorja Rumana
    It-Torri tal-Għassa—2002 | Ġunju 15
    • Forsi tistaqsi, ‘Min kienu l-​gladjaturi?’ Fil-​fatt setgħu kienu skjavi, kriminali kundannati għall-​mewt, priġunieri tal-​gwerra, jew irġiel ħielsa bit-​tama li jsiru famużi u għonja jew imħajrin mill-​eċċitament. Kollha kienu jiġu mħarrġin fi skejjel qishom ħabsijiet. Il-​ktieb Giochi e spettacoli (Logħob u spettakli) jirrapporta li fit-​taħriġ il-​gladjaturi “kienu dejjem mgħassin mill-​gwardji u suġġetti għal dixxiplina iebsa, regoli mill-​iktar severi, u kastigi partikolarment ħorox . . . Dan it-​trattament spiss kien iwassalhom għal suwiċidju, ribelljoni jew irvell.” L-​akbar skola tal-​gladjaturi f’Ruma kellha minn taʼ l-​inqas elf ċella. Kull wieħed minn dawk li okkupawhom kien jispeċjalizza f’xi ħaġa. Xi wħud kienu jiġġieldu bl-​armatura, bit-​tarka, u bis-​sejf, waqt li oħrajn bix-​xibka u l-​foxxna. Jerġaʼ oħrajn kienu mħarrġin biex jiġġieldu kontra l-​annimali salvaġġi f’tip popolari ieħor taʼ wirja, il-​kaċċa. Jistaʼ jkun li Pawlu kien qed jirreferi eżattament għal din il-​ġrajja?

  • Lezzjoni mill-Istorja Rumana
    It-Torri tal-Għassa—2002 | Ġunju 15
    • Fl-​arena, l-​għodwa kienet tkun dedikata għall-​kaċċa. Annimali salvaġġi taʼ kull tip setgħu jiġu sforzati biex joħorġu fl-​arena. L-​udjenza kienet titgħaxxaq l-​iktar bil-​ġlied bejn il-​barri u l-​ors. Ġeneralment dawn kienu jiġu marbutin maʼ xulxin sabiex jiġġieldu sakemm wieħed minnhom imut, imbagħad dak li jibqaʼ ħaj jinqatel minn kaċċatur. Ġlied popolari ieħor kien dak taʼ l-​iljuni kontra t-​tigri, jew l-​iljunfanti kontra l-​orsijiet. Il-​kaċċaturi kienu juru s-​sengħa tagħhom f’li jikkaċċjaw u joqtlu l-​annimali eżotiċi li kienu jinġiebu minn kull rokna taʼ l-​imperu, mingħajr ma kienet titqies in-​nefqa—iljupardi, rinoċeronti, ippopotami, ġiraffi, jeni, iġmla, lupi, ċingjali, u antilopijiet.

      Minħabba l-​effetti tax-​xeni, il-​kaċċa ma kinitx tintesa malajr. Kienu jintużaw ġebel, għadajjar, u siġar biex jidhru qishom foresti. F’xi areni, l-​annimali kienu jidħlu fix-​xena qishom bil-​maġija, jittellgħu minn taħt l-​art u joħorġu minn bieb fl-​art. Il-​mod imprevedibbli kif kienu jġibu ruħhom l-​annimali kien iżid l-​interess, iżda milli jidher dik li għamlet il-​kaċċa tidher daqshekk affaxxinanti kienet il-​moħqrija.

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja