TEŻORI MILL-KELMA T’ALLA | 2 KORINTIN 7-10
Il-ministeru tagħna jinvolvi li ngħinu lil ħutna li ntlaqtu minn diżastru
Il-Kristjani għandhom ministeru li jinvolvi żewġ aspetti—“il-ministeru tar-rikonċiljazzjoni,” jiġifieri x-xogħol tal-ippritkar u t-tagħlim tagħna, u ‘l-ministeru li jsir lill-qaddisin,’ jiġifieri li ngħinu lil sħabna fit-twemmin li jkunu fil-bżonn. (2Ko 5:18-20; 8:4) Għaldaqstant, li ngħinu lill-Kristjani fil-bżonn hu parti mis-servizz sagru tagħna. Billi jkollna sehem f’dan, aħna
nipprovdu l-bżonnijiet għal ħutna.—2Ko 9:12a
ngħinu lil uħud li jkunu fil-bżonn biex jerġgħu lura għar-rutina spiritwali tagħhom, u dan jinkludi li jieħdu sehem b’mod żeluż fix-xogħol tal-ippritkar biex juru l-gratitudni tagħhom lil Ġeħova.—2Ko 9:12b
inġibu glorja lil Ġeħova. (2Ko 9:13) L-għajnuna li nagħtu meta jkun hemm diżastru tagħti xhieda lil kulħadd, inkluż lil dawk li għandhom ħarsa negattiva lejn ix-Xhieda taʼ Ġeħova