LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • g 10/09 pp. 6-9
  • Għajnuna Mingħand ‘l-Alla tal-Faraġ’

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għajnuna Mingħand ‘l-Alla tal-Faraġ’
  • Stenbaħ!—2009
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Qatt u Qatt Iktar Dipressjoni!
  • Faraġ Għal Dawk Dipressi
    Faraġ għal dawk Dipressi
  • Tistaʼ l-Bibbja Tgħinni Jekk Jien Dipress?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Kif Int Tistaʼ Tgħin
    Stenbaħ!—2001
  • Id-Dipressjoni
    Stenbaħ!—2013
Ara Iżjed
Stenbaħ!—2009
g 10/09 pp. 6-9

Għajnuna Mingħand ‘l-​Alla tal-​Faraġ’

IS-​SULTAN DAVID kien raġel li esperjenza ħafna dwejjaq u ‘ħsibijiet li inkwetawh.’ Madankollu, qatt ma ddubita li l-​Ħallieq jifhimna b’kull mod. “O Ġeħova, int fittixt fija, u tafni,” kiteb hu. “Int taf meta npoġġi u meta nqum. Int għaraft il-​ħsieb tiegħi mill-​bogħod. Għax lanqas hemm kelma waħda fuq ilsieni, imma, ara, O Ġeħova, int diġà taf x’inhi.”—Salm 139:1, 2, 4, 23.

Aħna wkoll nistgħu nkunu ċerti li l-​Ħallieq tagħna jifhimna u jifhem kif id-​dipressjoni tistaʼ ddgħajjef il-​moħħ u l-​iġsma imperfetti tagħna. Hu jaf x’jikkaġuna d-​dipressjoni u kif nistgħu nkampaw l-​aħjar fiċ-​ċirkustanzi tal-​preżent. Iżjed minn hekk, hu wera kif se jfejjaq id-​dipressjoni għal dejjem. M’hemm ħadd aqwa li jistaʼ jgħinna mill-​ħanin “Alla, Li jfarraġ u jinkuraġġixxi u jserraħ u jferraħ lid-​dipressi.”—2 Korintin 7:6, The Amplified Bible.

Imma dawk dipressi għandhom mnejn jistaqsu lilhom infushom kif Alla jistaʼ jgħinhom meta jesperjenzaw emozzjonijiet taʼ dwejjaq.

◼ Jistgħu dawk dipressi jersqu lejn Alla?

Alla tant hu qrib il-​qaddejja dipressi tiegħu li hu bħallikieku jgħammar maʼ dawk li jħossuhom ‘imfarrkin u dawk bi spirtu umli, biex iqajjem mill-​ġdid l-​ispirtu taʼ l-​umli u jqajjem mill-​ġdid qalb l-​imfarrkin.’ (Isaija 57:15) Kemm ifarraġna li nkunu nafu li “Ġeħova hu qrib dawk li għandhom qalbhom maqsuma; u lil dawk bi spirtu miksur isalvahom”!—Salm 34:18.

◼ Dawk dipressi kif jistgħu jiksbu faraġ mingħand Alla?

Ikun x’ħin ikun, l-​aduraturi t’Alla jistgħu jersqu lejn “Semmiegħ it-​talb,” li jistaʼ jgħinna nkampaw maʼ sentimenti u ċirkustanzi taʼ dwejjaq. (Salm 65:2) Il-​Bibbja tħeġġiġna biex inferrgħu qalbna quddiemu: “Tkunu ansjużi fuq xejn, imma f’kollox b’talb u b’suppliki flimkien maʼ radd il-​ħajr ħallu lil Alla jkun jaf x’teħtieġu; u l-​paċi t’Alla li tisboq kull ħsieb tgħasses lil qalbkom u l-​qawwa mentali tagħkom permezz taʼ Kristu Ġesù.”—Filippin 4:6, 7.

◼ X’nagħmlu jekk tant inħossuna li ma jistħoqqilna xejn li nibdew naħsbu li t-​talb tagħna mhuwiex jinstemaʼ?

Id-​dipressjoni tistaʼ ġġegħelna nikkonkludu li nagħmlu x’nagħmlu biex nogħġbu lil Alla qatt mhu biżżejjed. Madankollu, Missierna tas-​sema huwa sensittiv għall-​emozzjonijiet fraġli tagħna, billi “jiftakar li aħna trab.” (Salm 103:14) Avolja “qlubna jikkundannawna,” nistgħu “naċċertaw lil qlubna” li “Alla hu akbar minn qlubna u jaf kollox.” (1 Ġwanni 3:19, 20) Għalhekk, fit-​talb tiegħek tistaʼ tuża espressjonijiet li tkun qrajt f’versi mill-​Bibbja bħal dawk f’Salm 9:9, 10; 10:12, 14, 17; u 25:17.

◼ X’nagħmlu jekk aħna mifxulin wisq biex nesprimu bil-​kliem dak li nħossu?

Meta l-​uġigħ emozzjonali tant ikun kbir li jkun diffiċli li titkellem bis-​sens, taqtax qalbek! Kompli ersaq quddiem “il-​Missier taʼ kull ħniena tenera u l-​Alla taʼ kull faraġ,” billi taf li hu jifhem xi tħoss u x’għandek bżonn. (2 Korintin 1:3) Maria, li ssemmiet iktar kmieni f’din is-​serje t’artikli, tgħid: “Xi drabi, meta nħossni mħawda ħafna, ma nkunx naf għal xiex nitlob. Imma naf li Alla jifhimni u jgħinni.”

◼ Alla kif iwieġeb it-​talb tagħna?

Il-​Bibbja ma tissuġġerix li Alla se jneħħi d-​diffikultajiet kollha tagħna issa. Madankollu, Alla jagħtina s-​saħħa biex inkunu nistgħu nissaportu “kollox”—inkluż id-​dipressjoni. (Filippin 4:13) “Għall-​ewwel li bdejt inbati mid-​dipressjoni,” tammetti Martina, “tlabt lil Ġeħova biex ifittex ifejjaqni għax ħsibt li ma kontx se niflaħ nissaporti iżjed. Issa nħossni kuntenta nitlob kuljum li jkolli biżżejjed saħħa.”

L-Iskrittura hija sors vitali taʼ saħħa spiritwali li tgħin lil persuni milqutin mid-​dipressjoni biex ikampaw magħha. Sarah, li ilha 35 sena tikkumbatti d-​dipressjoni esperjenzat personalment il-​valur prattiku tal-​qari tal-​Bibbja taʼ kuljum. Hi tgħid: “Tassew napprezza dak li għamlu għalija t-​tobba. Iżda, fuq kollox nirrealizza x’valur spiritwali u prattiku għandu l-​qari tal-​Kelma t’Alla. Ħadtha drawwa li naqraha.”

Qatt u Qatt Iktar Dipressjoni!

Meta Ġesù Kristu kien fuq l-​art, hu wera l-​qawwa li tah Alla biex ifejjaq mard li jikkaġuna wġigħ. Ġesù kien ħerqan biex iserraħ lin-​nies li kienu qed isofru minn mard kiefer. Iktar minn hekk, hu nnifsu jaf x’jiġifieri l-​uġigħ mentali tal-​emozzjonijiet inkwetanti. Fil-​lejl qabel ma miet mewta taʼ wġigħ, “Kristu talab bil-​ħerqa u wkoll offra petizzjonijiet lil Dak li setaʼ jsalvah mill-​mewt, b’għajat qawwi u dmugħ.” (Ebrej 5:7) Veru li dan kien taʼ wġigħ kbir għal Ġesù dakinhar, imma issa aħna nibbenefikaw minnu għax hu “jistaʼ jidħol għal dawk li qed jiġu provati.”—Ebrej 2:18; 1 Ġwanni 2:1, 2.

Il-Bibbja turi li Alla għandu l-​iskop li jneħħi kull kundizzjoni li tikkaġuna d-​dwejjaq u li tikkontribwixxi għad-​dipressjoni. Hu jwiegħed: “Qed noħloq smewwiet ġodda u art ġdida; u l-​affarijiet taʼ qabel ma jitfakkrux, u lanqas ma jweġġgħu l-​qalb. Imma ifirħu u thennew għal dejjem b’dak li qed noħloq.” (Isaija 65:17, 18) Is-​“smewwiet ġodda,” is-​Saltna t’Alla, se jġeddu l-​“art ġdida,” soċjetà taʼ nies ġusti fuq l-​art, għal saħħa fiżika, emozzjonali, u spiritwali perfetta. Il-​mard kollu se jitneħħa għalkollox u għal dejjem.

[Kumment f’paġna 9]

“Sejjaħt ismek, O Ġeħova, minn ħofra mill-​iktar fonda. Żgur li se tismaʼ leħni. Tagħlaqx widnejk għall-​għajta tiegħi għall-​għajnuna, biex isserraħni. Int ersaqt qrib meta qgħadt insejjaħlek. Għedtli: ‘Tibżax.’”​—Lamentazzjonijiet 3:55-57

[Kaxxa/​Stampi f’paġna 7]

“IKKONSLAW LID-​DIPRESSI”

Meta Barbara ma tkunx tiflaħhom iktar id-​dipressjoni u s-​sentimenti tagħha li ma tiswa għal xejn, żewġha u hi jċemplu lil Gerard, ħabib tal-​familja li huwa indokratur Kristjan. Hu dejjem joqgħod jismaʼ bil-​paċenzja waqt li Barbara tolfoq bla kontroll u tirripeti l-​istess ħsibijiet taʼ dwejjaq li esprimiet qabel.

Gerard tgħallem jismaʼ mingħajr ma jiġġudika, jargumenta, jew jikkundanna. (Ġakbu 1:19) Bħalma tagħti parir il-​Bibbja, hu tgħallem ‘jikkonsla lid-​dipressi.’ (1 Tessalonikin 5:14) Bil-​paċenzja jiżgura lil Barbara li hi prezzjuża ħafna għal Alla Ġeħova, għall-​familja tagħha, u għal ħbiebha. Ġeneralment jaqra silta jew tnejn mill-​Bibbja li jipprovdu l-​faraġ, avolja xi ftit minnhom ikun qrahomlha qabel. Imbagħad ma jonqosx li joffri li jgħid talba maʼ żewġha u magħha fuq it-​telefon, ħaġa li dejjem isibuha li tikkonslahom ħafna.—Ġakbu 5:14, 15.

Gerard konxju ħafna tal-​fatt li mhuwiex xi tabib imħarreġ, u qatt ma jipprova jieħu l-​irwol tat-​tobba taʼ Barbara. Madankollu, mal-​kura medika tagħha hu jżid xi ħaġa li ftit tobba jipprovdu—skritturi li jikkonslaw u talb li jfarraġ.

Biex ‘tikkonsla lid-​dipressi’

Tistaʼ tgħid: “Sempliċement xtaqtek tkun taf li kont qed naħseb fik. Naf li mhux dejjem tħossok tajjeb. Kif int dan l-​aħħar?”

Ftakar: Tkellem bis-​sinċerità u ismaʼ b’empatija, anki jekk il-​persuna dipressa tgħid l-​istess affarijiet li qalet qabel.

Tistaʼ tgħid: “Jien niskanta kemm jirnexxilek tagħmel xorti (jew “Kemm jien impressjonat bil-​kwalitajiet Kristjani li turi”) minkejja l-​limitazzjonijiet taʼ saħħtek. Anki jekk tixtieq li tistaʼ tagħmel iżjed, Ġeħova jħobbok u japprezzak, u anki aħna.”

Ftakar: Uri mogħdrija u qalb tajba.

Tistaʼ tgħid: “Iltqajt maʼ din l-​iskrittura inkuraġġanti.” Jew “Ħsibt fik meta rġajt qrajt wieħed mill-​versi favoriti tiegħi tal-​Bibbja.” Imbagħad aqra jew ikkwota l-​vers.

Ftakar: Tużax ton li bih tinstemaʼ qisek qed tipprietka.

[Kaxxa f’paġna 9]

Faraġ mill-​Iskrittura

Lorraine tissaħħaħ permezz tal-​wegħda taʼ Ġeħova f’Isaija 41:10: “Tibżax, għax jien miegħek. Tiċċassax ’l hemm u ’l hawn, għax jien Alla tiegħek. Jien inqawwik. Jien ngħinek verament. Jien inżommok sod tassew b’idi l-​leminija tas-​sewwa.’’

Álvaro jgħid li l-​kliem taʼ Salm 34:4, 6 ħafna drabi jikkonslah: “Jien staqsejt lil Ġeħova, u hu wiġibni, u mill-​biżaʼ kollu tiegħi ħelisni. Dan il-​magħkus sejjaħ, u Ġeħova semaʼ. U min-​niket kollu tiegħu Hu salvah.”

Naoya jgħid li meta jaqra Salm 40:1, 2 dejjem iħossu mfarraġ: “Jien ittamajt f’Ġeħova bis-​serjetà, u għalhekk hu mejjel widintu lejja u semaʼ l-​għajta tiegħi għall-​għajnuna. . . . Waqqaf il-​passi tiegħi fis-​sod.”

Salm 147:3 jiżgura lil Naoko li Ġeħova “qed ifejjaq lil dawk taʼ qalbhom maqsuma, u qed jinfaxxalhom il-​ġrieħi li juġgħuhom.”

Kliem Ġesù mniżżel f’Luqa 12:6, 7 jgħin lil Eliz ikollha l-​fiduċja li Ġeħova qed jieħu ħsiebha: “Ma jinbigħux ħames għasafar tal-​bejt għal żewġ muniti taʼ valur żgħir? Madankollu lanqas wieħed minnhom m’hu minsi quddiem Alla. Imma saħansitra x-​xagħar taʼ raskom kollu hu magħdud. Tibżgħux; intom tiswew iktar minn ħafna għasafar tal-​bejt.”

Versi oħrajn mill-​Bibbja:

Salm 39:12: “Ismaʼ talbi, O Ġeħova, u agħti widen għall-​għajta tiegħi għall-​għajnuna. Tibqax sieket għad-​dmugħ tiegħi.”

2 Korintin 7:6: Alla “jfarraġ lid-​dipressi.”—“New American Standard Bible.”

1 Pietru 5:7: ‘Itfgħu l-​ansjetà kollha tagħkom fuq [Alla], għax hu jimpurtah minnkom.’

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja