-
Il-poplu taʼ Ġeħova “jwarrab l-inġustizzja”It-Torri tal-Għassa—2014 | Lulju 15
-
-
9. “Kwistjonijiet bla sens u stupidi” kif effettwaw lill-kongregazzjoni Kristjana tal-bidu?
9 Il-Kelma t’Alla tagħti pariri speċifiċi rigward it-tipi taʼ inġustizzja li l-Kristjani għandhom iwarrbu. Pereżempju, fil-kuntest tat-2 Timotju 2:19, insibu li Pawlu jgħid lil Timotju ‘biex ma jiġġilidx dwar kliem’ u biex ‘jaħrab minn diskors vojt.’ (Aqra t-2 Timotju 2:14, 16, 23.) Xi membri tal-kongregazzjoni kienu qed jinkuraġġixxu t-tagħlim tal-apostati. Ukoll, jidher li oħrajn kienu qed idaħħlu ideat kontroversjali. Anki jekk dawn l-ideat ma kinux direttament kontra l-Iskrittura, kienu qed joħolqu l-firda. Dawn ikkaġunaw tilwim u argumenti dwar kliem, u minħabba f’hekk kienu qed joħolqu ambjent li kien taʼ ħsara għall-ispiritwalità tagħhom. Għaldaqstant, Pawlu enfasizza l-bżonn li ‘jwarrbu kwistjonijiet bla sens u stupidi.’
10. X’għandna nagħmlu meta niffaċċjaw l-apostasija?
10 Illum, mhuwiex daqstant komuni li niffaċċjaw l-apostasija fil-kongregazzjoni. Però, xorta nistgħu niġu esposti għal ideat li jmorru kontra t-tagħlim tal-Bibbja. Jiġu minn fejn jiġu dawn l-ideat, irridu nkunu determinati li niċħduhom. Ma jkunx għaqli li nikkomunikaw mal-apostati, la wiċċ imb wiċċ, la fuq l-Internet, u lanqas b’xi mezz ieħor. Anki meta l-intenzjoni tkun li ngħinu lill-individwu, konversazzjoni bħal din tmur kontra d-direzzjoni Skritturali li għadna kif ikkunsidrajna. Minflok, bħala l-poplu taʼ Ġeħova, aħna nevitaw għalkollox, iva nwarrbu, l-apostasija.
Evita li tikkomunika mal-apostati (Ara paragrafu 10)
11. X’jistaʼ jikkaġuna ‘kwistjonijiet stupidi,’ u l-anzjani Kristjani kif jistgħu jħallu eżempju tajjeb?
11 Hemm affarijiet oħrajn minbarra l-apostasija li jistgħu jfixklu l-paċi tal-kongregazzjoni. Pereżempju, opinjonijiet differenti dwar id-divertiment jistgħu jwasslu għal “kwistjonijiet bla sens u stupidi.” Naturalment, meta individwi jippromwovu divertiment li jmur kontra l-livelli morali taʼ Ġeħova, l-anzjani Kristjani m’għandhomx jittolleraw imġiba bħal din sempliċement biex jevitaw nuqqas taʼ qbil. (Salm 11:5; Efes. 5:3-5) Xorta waħda, l-anzjani joqogħdu attenti li ma jippromwovux l-ideat persunali tagħhom. Huma lealment iżommu mal-parir Skritturali mogħti lill-indokraturi Kristjani: “Irgħu l-merħla t’Alla li hemm fil-ħarsien tagħkom, . . . mhux billi tiddominaw fuq dawk li huma l-wirt t’Alla, imma billi ssiru eżempji għall-merħla.”—1 Pt. 5:2, 3; aqra t-2 Korintin 1:24.
-
-
Il-poplu taʼ Ġeħova “jwarrab l-inġustizzja”It-Torri tal-Għassa—2014 | Lulju 15
-
-
13 Il-prinċipji Bibliċi msemmijin hawn fuq ma japplikawx biss għall-għażla tagħna tad-divertiment. Opinjonijiet dwar l-ilbies u d-dehra, is-saħħa u l-ikel, u kwistjonijiet persunali oħra wkoll jistgħu jqanqlu nuqqas taʼ qbil. Imma jekk ma jkun qed jinkiser l-ebda prinċipju Bibliku, m’għandniex nargumentaw dwar x’għandu jagħmel kull Kristjan. Il-Bibbja tgħid li “lsir tal-Mulej m’għandux għalfejn jiġġieled, imma għandu jkun ġentili [juża t-tattika, ntt.] maʼ kulħadd.”—2 Tim. 2:24.
-