LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w14 7/15 pp. 12-16
  • Il-poplu taʼ Ġeħova “jwarrab l-inġustizzja”

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-poplu taʼ Ġeħova “jwarrab l-inġustizzja”
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • ‘WARRAB’ MILL-​ĦAŻEN
  • “WARRAB KWISTJONIJIET BLA SENS U STUPIDI”
  • EVITA SĦUBIJA ĦAŻINA!
  • ĠEĦOVA JBIEREK IL-​LEALTÀ TAGĦNA
  • “Ġeħova jafhom lil dawk li huma tiegħu”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
  • L-imħabba tidentifika lill-Kristjani veri—Thenna bil-verità
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2018
  • Huma ħaduha kontra Ġeħova
    Lezzjonijiet li tista’ titgħallem mill-Bibbja
  • “L-​Imħabba . . . Ma Tithenniex bl-Inġustizzja”
    Fuljett għal-Laqgħa—Il-Ħajja u l-Ministeru Kristjan Tagħna—2022
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2014
w14 7/15 pp. 12-16
L-​art qed tinfetaħ biex tiblaʼ lil Datan, Abiram, u l-​familji tagħhom

Il-​poplu taʼ Ġeħova “jwarrab l-​inġustizzja”

“Kulmin isejjaħ isem Ġeħova, ħa jwarrab l-​inġustizzja.”—2 TIM. 2:19.

INT KIF TWIEĠEB?

  • X’jistaʼ jikkaġuna “kwistjonijiet bla sens u stupidi,” u kif nistgħu nevitawhom?

  • Kif ‘inwarrbu l-​inġustizzja’ f’konnessjoni mas-​sħubija ħażina?

  • Kif nistgħu nuru li aħna deċiżivi meta ‘nwarrbu l-​inġustizzja’?

1. X’għandu post speċjali fil-​qima tagħna?

MADWAR id-​dinja, l-​isem Ġeħova tistaʼ tarah imnaqqax f’ħafna bini u fuq diversi oġġetti f’mużewijiet. Jekk xi darba rajt dan l-​isem f’postijiet bħal dawn, bla dubju ħassejtek kuntent. Għalina bħala Xhieda taʼ Ġeħova, l-​isem t’Alla għandu post speċjali fil-​qima tagħna. M’hemm l-​ebda poplu ieħor li juża l-​isem t’Alla kif nużawh aħna. Imma hemm iktar involut milli sempliċement nużaw ismu. Peress li għandna l-​privileġġ li nkunu x-​Xhieda tiegħu, għandna r-​responsabbiltà li nġibu ruħna b’mod li jonorah.

2. Peress li għandna l-​privileġġ li nissejħu b’isem Alla, liema responsabbiltà għandna?

2 Biex ikollna l-​approvazzjoni t’Alla, irridu nagħmlu iktar milli sempliċement nużaw ismu. Għandna wkoll ngħixu fi qbil mal-​livelli morali tiegħu. Għal din ir-​raġuni, il-​Bibbja tfakkarna li l-​poplu taʼ Ġeħova għandu ‘jitbiegħed mill-​ħażen.’ (Salm 34:14) L-​appostlu Pawlu stqarr dan il-​prinċipju b’mod ċar meta kiteb: “Kulmin isejjaħ isem Ġeħova, ħa jwarrab l-​inġustizzja.” (Aqra t-​2 Timotju 2:19.) Bħala x-​Xhieda tiegħu, aħna magħrufin li nsejħu isem Ġeħova. Imma kif nistgħu nwarrbu l-​inġustizzja?

‘WARRAB’ MILL-​ĦAŻEN

3, 4. Liema kliem kien diffiċli għal xi wħud biex jifhmuh, u għala?

3 Fit-​2 Timotju 2:19, Pawlu jirreferi għall-​“pedament sod t’Alla.” Fuq dan il-​pedament hemm żewġ stqarrijiet imnaqqxin. L-​ewwel stqarrija, “Ġeħova jafhom lil dawk li huma tiegħu,” tidher li hi meħuda minn Numri 16:5. (Ara l-​artiklu taʼ qabel.) Imma xi ngħidu għat-​tieni stqarrija, “Kulmin isejjaħ isem Ġeħova, ħa jwarrab l-​inġustizzja”? Xi wħud isibuha diffiċli biex jifhmu dan il-​kliem. Għala?

4 Kliem Pawlu jagħti x’jifhem li kien qed jikkwota minn parti oħra tal-​Iskrittura Ebrajka. Imma jidher li m’hemmx vers li jaqbel maʼ din l-​istqarrija. Allura, l-​appostlu għal xiex kien qed jirreferi meta qal: “Kulmin isejjaħ isem Ġeħova, ħa jwarrab l-​inġustizzja”? Eżatt qabel din l-​istqarrija, Pawlu kkwota minn Numri kapitlu 16, li jirrakkonta dwar ir-​ribelljoni taʼ Koraħ. Jistaʼ jkun li anki t-​tieni stqarrija tirreferi għall-​istess ġrajja?

5-7. Pawlu għal liema ġrajjiet fi żmien Mosè kien qed jirreferi fit-​2 Timotju 2:19? (Ara l-​ewwel stampa.)

5 Il-​Bibbja tgħid li Datan u Abiram, ulied Eljab, ingħaqdu maʼ Koraħ bħala mexxejja tar-​ribelljoni kontra Mosè u Aron. (Num. 16:1-​5) Huma b’mod sfaċċat urew nuqqas taʼ rispett lejn Mosè u ċaħdu l-​awtorità tiegħu mogħtija minn Alla. Dawn ir-​ribelli komplew jgħixu fost il-​poplu taʼ Ġeħova, u b’hekk ipperikolaw is-​saħħa spiritwali taʼ wħud leali. Meta wasal il-​waqt biex Ġeħova jagħmel differenza bejn l-​aduraturi leali tiegħu u r-​ribelli, hu ta kmand ċar daqs il-​kristall.

6 Ir-​rakkont jgħid: “Imbagħad, Ġeħova kellem lil Mosè u qallu: ‘Kellem lill-​ġemgħa u għidilha, “Warrab minn madwar it-​tined taʼ Koraħ, Datan, u Abiram!”’ U Mosè qam u mar għand Datan u Abiram, u x-​xjuħ taʼ Israel marru miegħu. Imbagħad kellem lill-​ġemgħa u qalilha: ‘Jekk jogħġobkom, warrbu minn quddiem it-​tined taʼ dawn l-​irġiel mill-​agħar u tmissu xejn minn tagħhom, biex ma tinqerdux fi dnubiethom kollha.’ Dawn telqu minnufih minn quddiem it-​tinda taʼ Koraħ, Datan, u Abiram, minn kull naħa.” (Num. 16:23-​27) Ġeħova mbagħad qered lil dawk kollha li kienu rribellaw. Imma dawk li kienu leali lejn Alla salvaw. Kif? Huma ‘warrbu l-​inġustizzja’ billi tbiegħdu mir-​ribelli.

7 Ġeħova jaqra l-​qlub! Hu jinnota l-​lealtà taʼ dawk li huma tiegħu. Minkejja dan, l-​uħud leali tiegħu kellhom jieħdu azzjoni deċiżiva, jiġifieri jaġixxu b’determinazzjoni soda u bla telf taʼ żmien. Dan għamluh billi sseparaw ruħhom minn dawk mill-​agħar. Għalhekk, jistaʼ jkun li Pawlu kien qed jirreferi għar-​rakkont f’​Numri 16:5, 23-​27 meta kiteb: “Kulmin isejjaħ isem Ġeħova, ħa jwarrab l-​inġustizzja.” Konklużjoni bħal din kieku tkun fi qbil maʼ kliem Pawlu: “Ġeħova jafhom lil dawk li huma tiegħu.”—2 Tim. 2:19.

“WARRAB KWISTJONIJIET BLA SENS U STUPIDI”

8. Għala mhuwiex biżżejjed li nużaw isem Ġeħova jew li nkunu parti mill-​kongregazzjoni Kristjana?

8 Billi rrefera għal dawk il-​ġrajjiet taʼ żmien Mosè, Pawlu kien qed ifakkar lil Timotju dwar il-​bżonn li jieħu azzjoni deċiżiva sabiex jipproteġi r-​relazzjoni prezzjuża tiegħu maʼ Ġeħova. Il-​Kristjani kellhom jagħmlu iktar milli jkunu parti mill-​kongregazzjoni, bħalma l-​qaddejja leali t’Alla fi żmien Mosè kellhom jagħmlu iktar milli sempliċement jużaw l-​isem taʼ Ġeħova. L-​aduraturi leali kollha għandhom iwarrbu l-​inġustizzja b’mod deċiżiv. Dan x’kien ifisser għal Timotju? U l-​poplu taʼ Ġeħova llum liema lezzjonijiet jistaʼ jislet mill-​parir ispirat taʼ Pawlu?

9. “Kwistjonijiet bla sens u stupidi” kif effettwaw lill-​kongregazzjoni Kristjana tal-​bidu?

9 Il-​Kelma t’Alla tagħti pariri speċifiċi rigward it-​tipi taʼ inġustizzja li l-​Kristjani għandhom iwarrbu. Pereżempju, fil-​kuntest tat-​2 Timotju 2:19, insibu li Pawlu jgħid lil Timotju ‘biex ma jiġġilidx dwar kliem’ u biex ‘jaħrab minn diskors vojt.’ (Aqra t-​2 Timotju 2:14, 16, 23.) Xi membri tal-​kongregazzjoni kienu qed jinkuraġġixxu t-​tagħlim tal-​apostati. Ukoll, jidher li oħrajn kienu qed idaħħlu ideat kontroversjali. Anki jekk dawn l-​ideat ma kinux direttament kontra l-​Iskrittura, kienu qed joħolqu l-​firda. Dawn ikkaġunaw tilwim u argumenti dwar kliem, u minħabba f’hekk kienu qed joħolqu ambjent li kien taʼ ħsara għall-​ispiritwalità tagħhom. Għaldaqstant, Pawlu enfasizza l-​bżonn li ‘jwarrbu kwistjonijiet bla sens u stupidi.’

10. X’għandna nagħmlu meta niffaċċjaw l-​apostasija?

10 Illum, mhuwiex daqstant komuni li niffaċċjaw l-​apostasija fil-​kongregazzjoni. Però, xorta nistgħu niġu esposti għal ideat li jmorru kontra t-​tagħlim tal-​Bibbja. Jiġu minn fejn jiġu dawn l-​ideat, irridu nkunu determinati li niċħduhom. Ma jkunx għaqli li nikkomunikaw mal-​apostati, la wiċċ imb wiċċ, la fuq l-​Internet, u lanqas b’xi mezz ieħor. Anki meta l-​intenzjoni tkun li ngħinu lill-​individwu, konversazzjoni bħal din tmur kontra d-​direzzjoni Skritturali li għadna kif ikkunsidrajna. Minflok, bħala l-​poplu taʼ Ġeħova, aħna nevitaw għalkollox, iva nwarrbu, l-​apostasija.

Apostati qed jipprovaw idaħħlu lix-​Xhieda taʼ Ġeħova f’dibattitu

Evita li tikkomunika mal-​apostati (Ara paragrafu 10)

11. X’jistaʼ jikkaġuna ‘kwistjonijiet stupidi,’ u l-​anzjani Kristjani kif jistgħu jħallu eżempju tajjeb?

11 Hemm affarijiet oħrajn minbarra l-​apostasija li jistgħu jfixklu l-​paċi tal-​kongregazzjoni. Pereżempju, opinjonijiet differenti dwar id-​divertiment jistgħu jwasslu għal “kwistjonijiet bla sens u stupidi.” Naturalment, meta individwi jippromwovu divertiment li jmur kontra l-​livelli morali taʼ Ġeħova, l-​anzjani Kristjani m’għandhomx jittolleraw imġiba bħal din sempliċement biex jevitaw nuqqas taʼ qbil. (Salm 11:5; Efes. 5:3-​5) Xorta waħda, l-​anzjani joqogħdu attenti li ma jippromwovux l-​ideat persunali tagħhom. Huma lealment iżommu mal-​parir Skritturali mogħti lill-​indokraturi Kristjani: “Irgħu l-​merħla t’Alla li hemm fil-​ħarsien tagħkom, . . . mhux billi tiddominaw fuq dawk li huma l-​wirt t’Alla, imma billi ssiru eżempji għall-​merħla.”—1 Pt. 5:2, 3; aqra t-​2 Korintin 1:24.

12, 13. (a) Ix-​Xhieda taʼ Ġeħova kif jiddeċiedu liema divertiment għandhom jagħżlu, u liema prinċipji Bibliċi japplikaw? (b) Il-​prinċipji msemmijin f’paragrafu 12 kif japplikaw għal diversi kwistjonijiet persunali?

12 Fil-​kwistjoni tad-​divertiment, l-​organizzazzjoni tagħna ma teżaminax films, kotba, jew diski partikulari sabiex tiddetta dak li għandna nevitaw. Għala le? Il-​Bibbja tħeġġeġ lil kull individwu biex iħarreġ ‘is-​sensi tiegħu biex jagħraf jagħżel kemm it-​tajjeb u kemm il-​ħażin.’ (Ebr. 5:14) L-​Iskrittura tagħti prinċipji bażiċi li Kristjan jistaʼ jikkunsidra meta jiġi biex jagħżel id-​divertiment. F’kull aspett tal-​ħajja, l-​għan tagħna għandu jkun li ‘nibqgħu naċċertaw ruħna dwar x’inhu aċċettabbli għall-​Mulej.’ (Efes. 5:10) Il-​Bibbja tgħallem li l-​kapijiet tal-​familja għandhom ammont t’awtorità, u għalhekk huma jistgħu jagħżlu li ma jippermettux ċertu tip taʼ divertiment fid-​dar tagħhom.a—1 Kor. 11:3; Efes. 6:1-​4.

13 Il-​prinċipji Bibliċi msemmijin hawn fuq ma japplikawx biss għall-​għażla tagħna tad-​divertiment. Opinjonijiet dwar l-​ilbies u d-​dehra, is-​saħħa u l-​ikel, u kwistjonijiet persunali oħra wkoll jistgħu jqanqlu nuqqas taʼ qbil. Imma jekk ma jkun qed jinkiser l-​ebda prinċipju Bibliku, m’għandniex nargumentaw dwar x’għandu jagħmel kull Kristjan. Il-​Bibbja tgħid li “lsir tal-​Mulej m’għandux għalfejn jiġġieled, imma għandu jkun ġentili [juża t-​tattika, ntt.] maʼ kulħadd.”—2 Tim. 2:24.

EVITA SĦUBIJA ĦAŻINA!

14. Pawlu liema tixbiha uża biex jenfasizza l-​bżonn li nevitaw sħubija ħażina?

14 B’liema mod ieħor jistgħu dawk li ‘jsejħu isem Ġeħova jwarrbu l-​inġustizzja’? Billi jevitaw sħubija mill-​qrib maʼ nies li jipprattikaw l-​inġustizzja. Taʼ min jinnota li wara t-​tixbiha tiegħu tal-​“pedament sod t’Alla,” Pawlu ta tixbiha oħra. Hu kiteb dwar “dar kbira” li fiha ma kienx hemm biss “reċipjenti tad-​deheb u l-​fidda imma wkoll taʼ l-​injam u l-​fuħħar, u xi wħud għal skop onorabbli imma oħrajn għal skop mhux onorabbli.” (2 Tim. 2:20, 21) Imbagħad inkuraġġixxa lill-​Kristjani biex ‘iżommu ’l bogħod’ mir-​reċipjenti li jintużaw għal skop “mhux onorabbli,” jew jisseparaw ruħhom minnhom.

15, 16. X’nistgħu nitgħallmu mit-​tixbiha dwar “dar kbira”?

15 Xi tfisser din it-​tixbiha? Il-​metafora taʼ Pawlu tqabbel il-​kongregazzjoni Kristjana maʼ “dar kbira” u l-​membri individwali tal-​kongregazzjoni maʼ “reċipjenti,” jew affarijiet meħtiġin fid-​dar. F’dar, xi oġġetti jistgħu jkunu taʼ ħsara jekk jiġu kontaminati, jiġifieri jekk jitħammġu. Meta jiġri hekk, sid id-​dar irid jifred l-​affarijiet maħmuġin minn dawk li huma nodfa, bħal pereżempju dawk li juża biex isajjar.

16 Dan hu simili għall-​qaddejja t’Alla llum. Jekk irridu nkunu nodfa f’kull aspett taʼ ħajjitna, irridu nisseparaw ruħna minn uħud fil-​kongregazzjoni li darba wara l-​oħra jirrifjutaw li jobdu l-​prinċipji taʼ Ġeħova. (Aqra l-​1 Korintin 15:33.) Jekk dan hu minnu dwar xi wħud ġewwa l-​kongregazzjoni, mela kemm iktar għandna ‘naħarbu’ milli jkollna sħubija mill-​qrib maʼ dawk barra l-​kongregazzjoni, li ħafna minnhom ‘iħobbu l-​flus, huma diżubbidjenti lejn il-​ġenituri, żleali, kalunnjaturi, feroċi, mingħajr imħabba għat-​tajjeb, tradituri, u jħobbu l-​pjaċiri minflok ma jħobbu lil Alla’!—2 Tim. 3:1-​5.

ĠEĦOVA JBIEREK IL-​LEALTÀ TAGĦNA

17. L-​Iżraelin leali kif urew li ‘warrbu l-​inġustizzja’ b’mod deċiżiv?

17 Il-​Bibbja ssemmi b’mod speċifiku kemm l-​Iżraelin aġixxew b’mod deċiżiv meta ntqalilhom biex ‘iwarrbu minn madwar it-​tined taʼ Koraħ, Datan, u Abiram.’ Ir-​rakkont jgħid li “telqu minnufih.” (Num. 16:24, 27) Ma qagħdux jaħsbuha jew jiħduha bil-​lajma. Huma “telqu . . . minn kull naħa.” Dawk leali kienu ħerqanin biex jobdu b’qalbhom kollha. Għamluha ċara daqs il-​kristall li kienu jappoġġaw lil Ġeħova u jopponu l-​inġustizzja. X’nistgħu nitgħallmu minn dan l-​eżempju?

18. Pawlu x’ried ifisser meta qal lil Timotju biex ‘jaħrab mix-​xewqat li jistaʼ jkollu fiż-​żgħożija’?

18 Il-​ħbiberija tagħna maʼ Ġeħova hi prezzjuża għalina. Irridu naġixxu minnufih biex nipproteġuha. Pawlu hekk ried ifisser meta qal lil Timotju biex ‘jaħrab mix-​xewqat li jistaʼ jkollu fiż-​żgħożija.’ (2 Tim. 2:22) Timotju x’aktarx li kellu iktar minn 30 sena. Imma anki l-​adulti jistaʼ jkollhom dawn ix-​“xewqat” mhux għaqlin. Meta ffaċċja xewqat bħal dawn, Timotju kellu ‘jaħrab’ minnhom. Hu kellu “jwarrab l-​inġustizzja.” Ġesù qal xi ħaġa simili: “Jekk għajnek qed tfixklek, aqlagħha barra u armiha ’l bogħod minnek.” (Mt. 18:9) Kristjani li jridu jobdu dan il-​parir u jipproteġu l-​ħbiberija tagħhom m’Alla għandhom jaġixxu mingħajr ma joqogħdu jaħsbuha jew jiħduha bil-​lajma.

19. Xi wħud illum kif aġixxew b’mod deċiżiv biex jipproteġu ruħhom mill-​perikli spiritwali?

19 Xi wħud li kellhom problemi bl-​alkoħol qabel ma saru Xhieda ħadu d-​deċiżjoni persunali biex ma jieħdu ebda xorb alkoħoliku. Oħrajn li għandhom ċerti dgħufijiet jevitaw kull tip taʼ divertiment li jistaʼ jqanqal fihom xewqat mhux xierqa. (Salm 101:3) Pereżempju, qabel ma sar Xhud, wieħed ħu kien jieħu pjaċir biż-​żfin immorali fil-​parties li spiss kien imur fihom. Imma minn mindu tgħallem il-​verità, hu sar jevita għalkollox li joħroġ jiżfen anki f’laqgħat soċjali tax-​Xhieda għax jibżaʼ li jqanqal xewqat jew ħsibijiet mhux xierqa mill-​passat tiegħu. M’għandniex xi ngħidu, il-​Kristjani mhumiex mitlubin biex jevitaw għalkollox l-​alkoħol, iż-​żfin, jew affarijiet oħra li fihom infushom mhumiex ħżiena. Madankollu, ilkoll kemm aħna għandna noqogħdu b’sebaʼ għajnejn u nipproteġu r-​relazzjoni tagħna maʼ Ġeħova.

20. Għalkemm forsi ma jkunx faċli li ‘nwarrbu l-​inġustizzja,’ xi jfarraġna?

20 Il-​privileġġ li nissejħu b’isem Alla jġib miegħu responsabbiltà. Aħna għandna ‘nwarrbu l-​inġustizzja’ u ‘nitbiegħdu mill-​ħażen.’ (Salm 34:14) Huwa minnu li dan mhuwiex dejjem faċli. Imma kemm hu taʼ faraġ li nkunu nafu li Ġeħova dejjem se jħobb “lil dawk li huma tiegħu” u li jobduh.—2 Tim. 2:19; aqra t-​2 Kronaki 16:9a.

a Ara l-​artiklu “Tipprojbixxu Intom Ċerti Films, Kotba, jew Diski?” fuq jw.org/mt taħt DWARNA > MISTOQSIJIET KOMUNI.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja