LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w92 10/1 pp. 4-5
  • It-Tama Tegħeleb lid-Disprament

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • It-Tama Tegħeleb lid-Disprament
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • Il-​Bażi għal Tama
  • It-​Tama “Kemm Żgura u Kemm Soda”
  • It-​Tama—“Ankra għar-​Ruħ”
  • “Żommu Sodi”!
  • Żomm it-Tama Tiegħek Soda
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2022
  • L-Affarijiet li Nittamaw Għalihom Se Jiġru Żgur
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2023
  • Fejn Tistaʼ Ssib Tama Vera?
    Stenbaħ!—2004
  • Ittama f’Ġeħova, u Kun Kuraġġuż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1992
w92 10/1 pp. 4-5

It-​Tama Tegħeleb lid-​Disprament

FIL-​Webster’s Ninth New Collegiate Dictionary, id-​disprament huwa definit bħala “t-​telfien għalkollox tat-​tama.” B’mod ċar, allura, biex nikkonkwistaw id-​disprament, għandna bżonn it-​tama!

Individwu sfortunat li spiċċa biex jorqod barra mhux se jiddispra għalkollox jekk għandu t-​tama. It-​tama tistaʼ saħansitra tagħti l-​kuraġġ u s-​saħħa biex jissaportu lil dawk li qed isofru t-​turmenti taʼ dipressjoni klinika. Imma t-​tama trid tkun taʼ min joqgħod fuqha! Xi jfisser dan?

Il-​Bażi għal Tama

Ikkunsidra x’ġara lil Sara, il-​mara tal-​patrijarka Abraham. Waqt li qorbot id-​90 sena, hi kienet għadha ħawlija u kienet ilha li ddisprat li qatt xi darba kellha jkollha tarbija. Iżda, meta żewġħa kellu 99 sena, Jehovah irrepeta l-​wegħda li kien għamel snin qabel—Abraham kien tabilħaqq se jkollu “żerriegħa,” jew werriet. Abraham kien jaf li din kienet wegħda taʼ min joqgħod fuqha. Immaġina kemm kienet ferħana Sara meta, b’mod mirakoluż, seħħet il-​ġrajja ferriħija, u welldet lil Iżakk! (Ġenesi 12:2, 3; 17:1-4,19; 21:2) Il-​fiduċja li Abraham kellu f’Alla ma kinetx għalxejn, saħansitra kif spjega l-​appostlu Pawlu: “Minħabba l-​wegħda t’Alla [Abraham] ma xxengilx b’nuqqas taʼ fidi, imma sar qawwi bil-​fidi tiegħu, billi jagħti glorja ’l Alla.”−Rumani 4:20.

Meta kiteb lil Lhud li saru Kristjani fi żmienu, Pawlu rraġuna li huma setgħu joqogħdu fuq il-​wegħda taʼ salvazzjoni minn Alla permezz taʼ Gesu għal żewġ raġunijiet tajbin. Billi kkwota l-​wegħda t’Alla lil Abraham u l-​ħalfa divina Tiegħu li ġiet magħha, l-​appostlu argumenta: “Il-​bnedmin jaħilfu bil-​wieħed akbar, u l-​ħalfa tagħhom hi t-​tmiem taʼ kull tħaqqiq, għax hi garanzija legali għalihom. B’din il-​manjiera Alla, meta kien fi ħsiebu li juri b’mod iktar abbundanti lill-​werrieta tal-​wegħda kemm ma jinbidilx il-​parir tiegħu, indaħal b’ħalfa, sabiex, permezz taʼ żewġ affarijiet li ma jinbidlux u li fihom huwa impossibbli għal Alla li jigdeb, aħna li ħrabna lejn il-​kenn nistgħu jkollna inkuraġġiment qawwi biex naqbdu mat-​tama mqiegħda quddiemna.” (Ebrej 6:16-18) Iva, il-​wegħdi t’Alla huma veri u taʼ min joqgħod fuqhom. Jehovah jistaʼ kollox u kapaċi b’mod uniku li jiggarantixxi t-​twettieq tal-​kelma tiegħu stess.

It-​Tama “Kemm Żgura u Kemm Soda”

Pawlu kiteb li t-​tama Kristjana hija “kemm żgura u kemm soda.” (Ebrej 6:19) Pawlu kien jaf fejn kellha l-​għeruq il-​fidi tiegħu. Hu jispjega: “Din [it-tama] tidħol ġewwa l-​purtiera.” Xi jfisser dan? Pawlu kien qed jagħmel referenza ovvja għat-​tempju l-​antik taʼ Ġerusalemm. F’dan kien hemm it-​taqsima tal-​Iktar Qaddis, separata mill-​bqija tal-​bini b’purtiera. (Eżodu 26:31, 33; Mattew 27:51) M’għandniex xi ngħidu, it-​tempju litterali f’Ġerusalemm kien ilu li ġie meqrud. Mela, illum, għal liema ħaġa jikkorrispondi dan l-​Iktar Qaddis?

Għas-sema nnifsu, fejn Alla nnifsu qiegħed fuq it-​tron! Pawlu spjega dan meta hu qal li Ġesù wara t-​tlugħ tiegħu fis-​sema “daħal, mhux f’post qaddis magħmul bl-​idejn [fit-tempju f’Ġerusalemm], li huwa kopja tar-​realtà, imma fis-​sema nnifsu, issa biex jidher quddiem il-​persuna t’Alla għalina.” (Ebrej 9:24) Mela t-​tama Kristjana, li tgħinna biex niġġieldu kontra d-​disprament, ma tiddependix fuq politikanti umani imma fuq arranġament tas-​sema. Tiddependi fuq Dak li lilu Alla ħatar, Ġesù Kristu, li ta ħajtu bħala rahan għal dnubietna u li issa qed jidher quddiem Alla għalina. (1 Ġwann 2:1, 2) Barra minn hekk, kif muri taʼ spiss fil-​kolonni taʼ din ir-​rivista, dan l-​istess Ġesù huwa l-​wieħed maħtur b’mod divin biex jaħkem bħala Sultan tas-​Saltna tas-​sema t’Alla u ilu jagħmel dan mill-​1914. Din is-​Saltna tas-​sema dalwaqt se tneħħi l-​affarijiet li jwasslu lil ħafna wħud għad-​disprament.

It-​Tama—“Ankra għar-​Ruħ”

Biex jikkonvinċi lill-​qarrejja tiegħu li t-​tama tas-​salvazzjoni permezz taʼ Ġesù kienet ibbażata fuq is-​sod, Pawlu uża analoġija. “Din it-​tama,” spjega ħu, “għandna bħala ankra għar-​ruħ.”−Ebrej 6:19.

L-ankri kienu magħrufin sew għall-​vjaġġaturi bħal Pawlu. L-​ankri fl-​antik kienu jixbhu ħafna lill-​ankri moderni, taʼ spiss magħmulin mill-​ħadid b’żewġ estremitajiet qishom snien biex jaqbdu maʼ qiegħ il-​baħar. Fi triqtu lejn Ruma madwar is-​sena 58 E.K., il-​vapur li fuqu kien Pawlu kien fil-​periklu li jinkalja. Imma hekk kif il-​bastiment daħal saħansitra iktar fil-​baxx, il-​baħrin “tefgħu erbaʼ ankri mill-​poppa.” Grazzi għal dawk l-​ankri il-​vapur felaħ għall-​maltempata.—Atti 27:29, 39, 40, 44.

Xi trid, allura, tagħmel biex it-​tama tiegħek tagħmilha ċerta daqs ankra sabiex tistaʼ tirbaħ diffikultajiet ekonomiċi, mard fiżiku jew emozzjonali, jew kwalunkwe “maltempata” oħra li tistaʼ tiltaqaʼ magħha? L-​ewwel, iżżgura lilek innifsek li l-​wegħdi tal-​Bibbja huma taʼ min jafdahom.” Kunu żguri mill-​affarijiet kollha.” (1 Tessalonkin 5:21) Per eżempju, meta x-​Xhieda taʼ Jehovah jiġu jkellmuk, ismaʼ x’għandhom xi jgħidu. Jekk ma jiġux taʼ spiss fejn toqgħod int, fittixhom fil-​Kingdom Hall li hi qrib tiegħek. Int mhux se tiġi mġiegħel biex tingħaqad magħhom, imma tkun mistieden taċċetta kors bla ħlas taʼ studju tal-​Bibbja, irranġat biex jingħatalek fejn u meta hu konvenjenti għalik.

Studju bħal dan se jiżżgurak li Alla “jsir dak li jħallas lil dawk li qegħdin ifittxuh bil-​ħeġġa.” (Ebrej 11:6) Int se titgħallem li fi żmien qasir is-​Saltna t’Alla taħt is-​Sultan, Kristu Ġesù, se tneħħi l-​korruzzjoni u l-​inugwaljanzi li jikkaġunaw tant disprament illum. Taħt dik is-​Saltna, din l-​art se tiġi rrestawrata għal ġenna, u Alla se jagħti ħajja eterna lil dawk li jħobbuh. (Salm 37:29; Rivelazzjoni 21:4) X’tama glorjuża!

Aqra l-​Bibbja bir-​reqqa biex tara kif din it-​tama hija vera. Imbagħad aħdem biex tiżżviluppa relazzjoni persunali mill-​qrib maʼ Alla, billi ssir il-​Ħabib tiegħu bħalma kien Abraham. (Ġakbu 2:23) Ladarba Jehovah huwa “Semmiegħ it-​talb,” għidlu bit-​tħassib tiegħek. Meta tersaq lejh bis-​sinċerità, it-​talb tiegħek se jgħinek biex isserraħ it-​tagħbijiet tiegħek u tegħleb lid-​disprament. L-​ispirtu t’Alla jistaʼ saħansitra jiftaħlek triq biex tibdel is-​sitwazzjoni li qed tnikktek.—Salm 55:22; 65:2; 1 Ġwann 5:14, 15.

“Żommu Sodi”!

Wara li ta l-​parir lil sħabu d-​dixxipli biex ‘ikunu żguri mill-​affarijiet kollha,’ Pawlu żied: “Żommu sodi maʼ dak li hu mill-​abjar.” (1 Tessalonkin 5:21) Mod wieħed biex dan isir huwa billi tassoċja maʼ nies li wkoll qed iżommu sodi mat-​tama Kristjana. L-​għaref sultan Salamun wissa: “Dak li qiegħed jimxi mal-​għorrief se jsir għaref, imma dak li qiegħed jagħmilha mal-​istupidi se jaħbatlu ħażin.” (Proverbji 13:20) Tħallix il-​preġudizzju jew il-​fatt li ma tħossokx komdu jżommuk milli tfittex sħubija tajba. Per eżempju, fost ix-​Xhieda taʼ Jehovah hemm nies li fil-​passat kienu bla tama. Imma l-​istudju tagħhom tal-​Bibbja, flimkien mas-​sħubija hienja taʼ sħabhom fit-​twemmin, isaħħaħ ir-​relazzjoni tagħhom maʼ Jehovah u jipprovdilhom tama li tistaʼ torbot fuqha, bħal ankra. Veru li din tegħleb lid-​disprament? Certament li hekk tagħmel.

Ħu l-​każ taʼ Annmarie, li kienet f’disprament kbir minħabba li kienet issofri minn trattament brutali minn żewġħa. “Iddeċidejt li nneħħi ħajti b’idejja,” tispjega hi, “imma għal xi raġuni jew oħra ddeċidejt li nitlob l-​ewwel lil Alla. Jien niftakarni ngħid, ‘Għala ma tistax tgħinni? Ili tant nittama fik, imma għalxejn.’ Ikkonkludejt it-​talba tiegħi bil-​ħsieb li m’hemm ebda għan fil-​ħajja, u għalhekk mejta u ħajja xorta. F’dak il-​mument kien hemm taħbita fuq il-​bieb. Iddeċidejt li ma nagħtix kasha, bit-​tama li min kien hemm kien se jiddejjaq u eventwalment jitlaq.

“It-​taħbit ippersista, u jien bdejt nitħasseb. Imsaħt id-​dmugħ minn għajnejja u mort biex nara min kien hemm iħabbat, bil-​ħsieb li neħles minnu kemm jistaʼ jkun malajr biex stajt nagħmel dak li kont intenzjonata li nagħmel. Imma,” tgħid Annmarie, “grazzi għal Jehovah, ma sarx hekk, għax meta ftaħt il-​bieb, sibt żewġ nisa hemm. Veru, kont imħawda ferm, u ma fhimtx verament x’kienu qed igħidu. Imma huma offrewli ktieb li kellu jispjega li l-​ħajja kellha għan. Kien eżatt dak li kont neħtieġ biex jerġaʼ jixgħel l-​interess tiegħi fil-​ħajja.” Dawk li żaruha rranġaw biex ikollhom studju tal-​Bibbja regulari magħha. Annmarie tgllallmet kif issir ħabiba t’Alla. Dan, imbagħad, ġab għan fil-​ħajja. Issa hi tgħin oħrajn biex jiżżviluppaw il-​fiduċja tagħhom f’Alla.

Forsi int ittamajt għat-​tmiem tad-​disprament mingħajr ma rrealizzajt dak kollu li kien hemm involut. Imma jekk qatt tlabt: “Ħa tiġi saltnatek. Ħa tintgħamel ir-​rieda tiegħek, kif fis-​sema, ukoll fuq l-​art,” mela int tlabt biex tiġi s-​Saltna t’Alla taħt Ġesù Kristu, li se tneħħi dawk l-​affarijiet li jġiegħlu lil nies taʼ qalb tajba jiddispraw. (Mattew 6:10) L-​istudju persunali tiegħek tal-​Bibbja u l-​isħubija regulari maʼ oħrajn li huma wkoll kunfidenti fl-​istess ħaġa se jsaħħu il-​qabda tiegħek fuq it-​tama li s-​Saltna taʼ Jehovah tiġi u ġġib Ġenna fuq l-​art tagħna. (1 Timotew 6:12, 19) Din hija t-​tama glorjuża li din ir-​rivista tħabbar f’kull ħarġa. Ħaddan it-​tama b’qalbek kollha biex tiġġieled kontra d-​disprament. Verament, it-​tama “ma twassalx għal diżappunt.”−Rumani 5:5.

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja