LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • pe kap. 26 pp. 217-224
  • Il-Ġlieda Biex Tagħmel Dak Li Huwa Sewwa

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Il-Ġlieda Biex Tagħmel Dak Li Huwa Sewwa
  • Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • IL-​ĠLIEDA TISTAʼ TINTREBAĦ
  • NITGĦALLMU MILL-​IŻBALJI T’OĦRAJN
  • GĦAJNUNA LI GĦANDEK BŻONN BIEX TIRBAĦ
  • Kif Tirbaħ il-Ġlieda Kontra Xewqat Ħżiena
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2025
  • Nistgħu nibqgħu safjin
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Tistaʼ tiġġieled lil Satana u tirbaħlu!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2015
  • Ibqaʼ ssara għall-​barka taʼ Ġeħova
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
Ara Iżjed
Int Tistaʼ Tgħix Għal Dejjem Fil-Ġenna Fuq L-Art
pe kap. 26 pp. 217-224

Kapitlu 26

Il-​Ġlieda Biex Tagħmel Dak Li Huwa Sewwa

1. Il-Kristjani kontra liema żewġ affarijiet iridu jiġġieldu?

SAKEMM IDDUM teżisti d-​dinja taʼ Satana, il-​Kristjani jridu jiġġieldu biex jibqgħu ħelsin mill-​influwenzi mill-​agħar tagħha. L-​appostlu Pawlu kiteb: “Ilbsu l-​libsa sħiħa tal-​ħadid mingħand Alla biex tkunu tistgħu żżommu sod kontra [l-atti makakki] tax-​Xitan.” (Efesin 6:​11-18) Madankollu, il-​ġlieda tagħna m’hijiex biss kontra Satana u d-​dinja tiegħu; hija wkoll kontra x-​xewqat tagħna stess biex nagħmlu dak li huwa ħażin. Il-​Bibbja tgħid: “L-​inklinazzjoni taʼ qalb il-​bniedem hija ħażina minn żgħożitu ’l fuq.”​—Ġenesi 8:21; Rumani 5:12.

2. (a) Għala taʼ spiss ikollna xewqa qawwija biex nagħmlu dak li huwa ħażin? (b) Għala għandna niġġieldu kontra xewqat żbaljati?

2 Minħabba d-​dnub li writna mingħand l-​ewwel raġel Adam, qlubna jistgħu jixxennqu biex jagħmlu dak li huwa ħażin. Jekk inċedu għal dik ix-​xenqa, m’aħniex se nieħdu l-​ħajja taʼ dejjem fis-​sistema ġdida t’Alla. Mela għandna bżonn niġġieldu biex nagħmlu dak li huwa sewwa. Saħansitra l-​appostlu Pawlu kellu ġlieda bħal din, bħalma spjega: “Meta nixtieq nagħmel dak li huwa sewwa, dak li huwa ħażin ikun preżenti miegħi.” (Rumani 7:​21-23) Int, ukoll, tistaʼ ssib din il-​ġlieda waħda iebsa. F’xi waqtiet konflitt qawwi jistaʼ jkun għaddej ġo fik. X’se tiddeċiedi li tagħmel f’dak il-​ħin?

3. (a) Ħafna nies ikollhom liema konflitt ġewwieni? (b) Liema verità Biblika hija murija mill-​fatt li ħafna jagħmlu l-​ħażin meta jixtiequ jagħmlu s-​sewwa?

3 Int sirt taf bil-​wegħdi taʼ l-​għaġeb t’Alla dwar ħajja taʼ dejjem taħt kundizzjonijiet perfetti fuq l-​art. Int temminhom dawn il-​wegħdi, u trid dawn l-​affarijiet sbieħ għalik. Mela taf li huwa fl-​aħjar interess dejjiemi tiegħek li taqdi ’l Alla. Imma f’qalbek għandek mnejn tixtieq affarijiet li taf li huma ħżiena. Xi waqtiet tistaʼ tiġik xewqa qawwija biex tikkommetti l-​fornikazzjoni, biex tisraq, jew biex tieħu sehem f’xi għemil ħażin ieħor. Xi persuni li qegħdin jistudjaw dan il-​ktieb jistgħu attwalment ikunu qegħdin jagħmlu prattiċi ħżiena bħal dawn, għalkemm jafu li dawn l-​affarijiet huma kkundannati minn Alla. Il-​fatt li huma jagħmlu l-​ħażin meta jixtiequ jagħmlu s-​sewwa juri l-​verità tal-​Bibbja: “Il-​qalb hija iktar qarrieqa minn kwalunkwe ħaġa oħra u hija ddisprata.”​—Ġeremija 17:9.

IL-​ĠLIEDA TISTAʼ TINTREBAĦ

4. (a) Fuq min jiddependi jekk il-​ġlieda tintrebaħx jew tintilifx? (b) X’inhu meħtieġ biex wieħed jirbaħ il-​ġlieda biex jagħmel dak li huwa xieraq?

4 Dan ma jfissirx, madankollu, li wieħed m’għandu ebda kontroll fuq ix-​xewqat qawwijin tiegħu biex jagħmel il-​ħażin. Jekk tassew trid, tistaʼ ssaħħaħ lil qalbek biex tmexxik b’mod tajjeb. Imma minnek jiddependi jekk tagħmilx hekk. (Salm 26:​1, 11) Ħadd iktar ma jistaʼ jirbaħ il-​ġlieda għalik. Mela, l-​ewwelnett, kompli ħu l-​għarfien tal-​Bibbja li jagħti l-​ħajja. (Ġwann 17:3) Madankollu iktar huwa meħtieġ milli sempliċement iddaħħal dak l-​għarfien ġo rasek. Irid ukoll jinżel fil-​fond taʼ qalbek. Trid tiġi li jkollok sentiment profond dwar dak li qiegħed titgħallem sabiex verament tkun trid taġixxi fuq dan.

5. Kif tistaʼ takkwista apprezzament mill-​qalb lejn il-​liġijiet t’Alla?

5 Imma kif tistaʼ int takkwista apprezzament mill-​qalb lejn il-​liġijiet t’Alla? Għandek bżonn timmedita, jew taħseb fil-​fond, dwarhom. Per eżempju, staqsi lilek innifsek: Li tobdi ’l Alla x’differenza tassew jagħmel? Imbagħad ħares lejn il-​ħajjiet taʼ nies li njoraw il-​liġijiet tiegħu, bħal dik it-​tfajla taʼ 19-il sena li kitbet: “Jien imradt bil-​mard venerju tliet darbiet. L-​aħħar darba swietli d-​dritt li jkolli t-​tfal għax kellhom ineħħuli l-​utru.” Huwa tassew taʼ niket meta tikkunsidra l-​inkwiet kollu li jiġi kkaġunat meta n-​nies ma jobdux il-​liġijiet t’Alla. (2 Samwel 13:​1-19) Mara li kkommettiet il-​fornikazzjoni qalet bi dwejjaq: “Tassew m’humiex vallapena l-​uġigħ u l-​kollass emozzjonali li jiġu bid-​diżubbidjenza. Qiegħda nsofri minħabba f’hekk issa.”

6. (a) Il-pjaċir li jistaʼ jiġi meta wieħed jagħmel dak li huwa ħażin għala m’huwiex vallapena? (b) Liema xorta taʼ ħajja setaʼ gawda Mosè fl-​Eġittu?

6 Madankollu se tismaʼ xi nies jgħidu li l-​fornikazzjoni, kif ukoll is-​sokor u li tieħu d-​drogi, huwa taʼ gost. Imma l-​hekk imsejjaħ gost huwa biss temporanju. Tiġix imqarraq biex taqbad triq li tisraqlek il-​vera hena dejjiema. Aħseb dwar Mosè li trabba bħala “bin bint Farawni.” Hu kien jgħix fir-​rikkezzi tad-​dar irjali hemmhekk ġo l-​Eġittu tal-​qedem. Madankollu, il-​Bibbja tgħid li, meta kiber, għażel “li jkun maħqur mal-​poplu t’Alla minflok ma jkollu t-​tgawdija temporanja tad-​dnub.” (Ebrej 11:​24, 25) Mela żgur li kien hemm tgawdija jew gost fil-​mod taʼ ħajja mmorali u għixien laxk li mid-​dehra kienu jeżistu fost in-​nies tad-​dar irjali Eġizzjana. Mosè għala, allura, warrab minn dan kollu?

7. Mosè għala warrab mit-​“tgawdija temporanja tad-​dnub” fid-​dar irjali Eġizzjana?

7 Dan huwa għaliex Mosè emmen f’Alla Jehovah. U kien jaf dwar xi ħaġa bil-​wisq aħjar minn kwalunkwe tgawdija temporanja tad-​dnub li setaʼ jesperjenza fid-​dar irjali Eġizzjana. Il-​Bibbja tgħid: “Hu ħares fiss lejn il-​ħlas tal-​premju.” Mosè mmedita, jew ħaseb fil-​fond, dwar l-​affarijiet li Alla kien wiegħed. Hu kellu fidi fl-​iskop t’Alla li joħloq sistema ġdida taʼ tjieba. Qalbu kienet imqanqla mill-​imħabba kbira u l-​interess fl-​umanità li għandu Jehovah. Ma kienx sempliċement għax Mosè samaʼ jew qara dwar Jehovah. Il-​Bibbja tgħid li “hu baqaʼ sod bħal li kieku qiegħed jara lill-​Wieħed li hu inviżibbli.” (Ebrej 11:​26, 27) Jehovah kien realtà għal Mosè, u hekk ukoll kienu l-​wegħdi tiegħu taʼ ħajja taʼ dejjem.

8. (a) X’għandna bżonn biex noħorġu rebbiħin fil-​ġlieda biex nagħmlu s-​sewwa? (b) Liema opinjoni, bħalma esprimieha wieħed żagħżugħ, inkunu għaqlin li jkollna?

8 Huwa dak veru dwarek? Tħares int lejn Jehovah bħala Persuna vera, bħala Missier li jħobbok? Meta taqra dwar il-​wegħdi tiegħu li jipprovdi ħajja taʼ dejjem fil-​Ġenna fuq l-​art, tara int lilek innifsek hemmhekk tgawdi dawn il-​barkiet? (Ara paġni 156 sa 162.) Biex nirbħu l-​ġlieda kontra l-​ħafna pressjonijiet biex nagħmlu l-​ħażin, għandna bżonn li jkollna relazzjoni mill-​qrib maʼ Jehovah. U għandna bżonn inħarsu, bħalma għamel Mosè, ‘fissi lejn il-​ħlas tal-​premju.’ Żagħżugħ t’20 sena, li kien iffaċċjat mit-​tentazzjoni biex jikkommetti l-​fornikazzjoni, kellu l-​ħarsa taʼ Mosè. Hu qal: “It-​tama tiegħi taʼ ħajja taʼ dejjem kienet wisq prezzjuża biex nitlifha għal ftit mumenti taʼ mmoralità.” M’hijiex dik l-​attitudni xierqa li għandek ikollok?

NITGĦALLMU MILL-​IŻBALJI T’OĦRAJN

9. Is-Sultan David b’liema mod naqas fil-​ġlieda biex jagħmel dak li huwa xieraq?

9 Qatt ma tistaʼ taljena rasek f’din il-​ġlieda, bħalma għamel darba s-​Sultan David. Jum wieħed inzerta kien qiegħed iħares minn fuq il-​bejt tiegħu, u fil-​bogħod ra lis-​sabiħa Bat-xeba tinħasel. Minflok ma warrab qabel ma setgħu jikbru f’qalbu ħsibijiet m’humiex xierqa, hu baqaʼ jħares. Ix-​xewqa tiegħu li jkollu relazzjoni sesswali maʼ Bat-xeba saret tant qawwija li ordna li jġibuhielu fil-​palazz tiegħu. Iktar tard, peress li kienet ħarġet tqila, u hu ma setax jgħatti l-​adulterju tagħhom, irranġa biex żewġha jinqatel fil-​battalja.​—2 Samwel 11:​1-17.

10. (a) David kif ġie kkastigat għad-​dnub tiegħu? (b) X’setaʼ żamm lil David milli jaqaʼ f’adulterju?

10 Dak kien tabilħaqq dnub ikrah. U David tassew sofra minħabba fih. Mhux biss kien imnikket ħafna minħabba dak li kien għamel, imma Jehovah ikkastigah bl-​inkwiet f’daru għall-​kumplament taʼ ħajtu. (Salm 51:​3, 4; 2 Samwel 12:​10-12) Qalb David kienet iktar qarrieqa milli kien jaħseb; ix-​xewqat żbaljati tiegħu għelbuh. Wara qal: “Ħares! Bi żball jien twelidt bil-​weġgħat tal-​ħlas, u fid-​dnub ommi kkonċepietni.” (Salm 51:5) Imma l-​ħaġa ħażina li David għamel maʼ Bat-xeba ma kellhiex għalfejn isseħħ. Il-​problema tiegħu kienet li hu baqaʼ jħares; m’evitax is-​sitwazzjoni li ġiegħlet jikber l-​aptit sesswali tiegħu għall-​mara taʼ raġel ieħor.

11. (a) X’għandna nitgħallmu mill-​esperjenza taʼ David? (b) Liema attivitajiet tgħid int jistgħu jqajmu l-​“aptit sesswali”? (ċ) Bħalma stqarr wieħed żagħżugħ, min hu għaqli x’jevita?

11 Għandna nitgħallmu mill-​esperjenza taʼ David biex noqogħdu għassa kontra sitwazzjonijiet li jqanqlu xewqat sesswali m’humiex xierqa. Per eżempju, x’se jiġri jekk taqra kotba u tara programmi televiżivi u films li jpoġġu l-​enfasi fuq is-​​sess? Xewqat sesswali x’aktarx li se jiġu mqanqlin. Mela evita attivitajiet u divertiment li jqajmu “aptit sesswali.” (Kolossin 3:5; 1 Tessalonkin 4:​3-5; Efesin 5:​3-5) Tpoġġix lilek innifsek f’sitwazzjoni maʼ xi persuna oħra li tistaʼ twassal għal fornikazzjoni. Wieħed taʼ 17-il sena kkummenta bil-​għaqal: “Kulħadd jaf jgħid, ‘aħna nafu meta għandna nieqfu.’ Veru, wieħed jistaʼ jkun jaf meta, imma kemm hemm li kapaċi jagħmlu dan? Huwa aħjar li tevita s-​sitwazzjoni.”

12. Liema eżempju taʼ Ġużeppi għandna nżommu f’moħħna?

12 Kieku David żamm f’moħħu l-​eżempju taʼ Ġużeppi, qatt ma kien iwettaq dak id-​dnub kbir kontra Alla. Fl-​Eġittu, Ġużeppi kien ġie inkarigat mid-​dar taʼ Potifar. Waqt li Potifar kien nieqes, il-​mara tiegħu, li kienet miġnuna għas-​sess, ipprovat tisseduċi lis-​sbejjaħ Ġużeppi, billi qaltlu: “Imtedd miegħi.” Imma Ġużeppi rrifjuta. Imbagħad jum wieħed ħatfitu u pprovat iġġiegħlu jimtedd magħha. Imma Ġużeppi ħeles u ħarab. Hu żamm qalbu qawwija billi ħaseb, mhux dwar li jissodisfa x-​xewqat sesswali tiegħu stess, imma dwar dak li kien sewwa f’għajnejn Alla. “Kif nistaʼ nikkommetti dan il-​ħażen kbir u attwalment nidneb kontra Alla?” staqsa hu.​—Ġenesi 39:​7-12.

GĦAJNUNA LI GĦANDEK BŻONN BIEX TIRBAĦ

13, 14. (a) X’inhu meħtieġ biex nirbħu din il-​ġlieda? (b) Dawk li saru Kristjani f’Korintu x’bidla għamlu, u b’liema għajnuna? (ċ) Liema xorta taʼ persuni kienu darba Pawlu u Titus?

13 Biex tirbaħ din il-​ġlieda trid tħalli l-​għarfien tal-​Bibbja jinżel fil-​fond ġewwa qalbek sabiex tkun imqanqal biex taġixxi fuqu. Imma għandek ukoll bżonn li tassoċja mal-​poplu t’Alla, li ssir parti mill-​organizzazzjoni viżibbli taʼ Jehovah. Bil-​għajnuna tagħha, kont kemm kont involut fil-​fond f’għemil ħażin, int tistaʼ titbiddel. Dwar persuni f’Korintu tal-​qedem li tbiddlu, l-​appostlu Pawlu kiteb: “Tiġux żvijati. La żienja, la idolatri, la adulteri, la rġiel miżmumin għal skopijiet m’humiex naturali, la rġiel li jimteddu maʼ rġiel, la ħallelin, la persuni rgħiba, la sakranazzi, la dawk li javvelixxu, lanqas il-​ħattafin ma se jirtu s-​saltna t’Alla. U madankollu dak huwa li xi wħud minnkom kontu. Imma intom ġejtu mnaddfin.”​—1 Korintin 6:​9-11.

14 Aħseb ftit! Xi wħud minn dawk il-​Kristjani bikrin qabel kienu żienja, adulteri, omosesswali, ħallelin u sakranazzi. Imma bil-​għajnuna mill-​organizzazzjoni Kristjana tbiddlu. L-​appostlu Pawlu nnifsu kien darba pprattika affarijiet ħżiena. (1 Timotew 1:15) Lill-​Kristjan sieħbu, Titus, hu kiteb: “Għax saħansitra aħna darba konna bla sens, diżubbidjenti, billi konna żvijati, billi konna rsiera taʼ diversi xewqat u pjaċiri.”​—Titus 3:3.

15. (a) Liema ħaġa turi li ma kienx faċli għal Pawlu biex jagħmel dak li huwa xieraq? (b) Kif nistgħu nibbenefikaw mill-​eżempju taʼ Pawlu?

15 Meta Pawlu sar Kristjan, kien imbagħad faċli għalih biex jagħmel dak li huwa xieraq? Le. Pawlu kellu battalja għal għomru kontra x-​xewqat u l-​pjaċiri żbaljati li darba kien irsir tagħhom. Hu kiteb: “[I]nsawwat . . . lil ġismi u mmexxih bħala rsir, li, wara li nkun ippridkajt lil oħrajn, jien innifsi ma niġix b’xi mod diżapprovat.” (1 Korintin 9:27) Pawlu ‘sar aħrax’ miegħu nnifsu. Kien jisforza lilu nnifsu biex jagħmel dak li huwa xieraq, saħansitra meta ġismu xtaq jagħmel il-​ħażin. U jekk int tagħmel bħalma għamel hu, int ukoll tistaʼ tirbaħ din il-​ġlieda.

16. Liema eżempji tal-​lum jistgħu jgħinuna nirbħu l-​ġlieda biex nagħmlu s-​sewwa?

16 Jekk qiegħed issibha iebsa biex tegħleb xi vizzju ħażin, attendi l-​assemblea kbira li jmiss tax-​Xhieda taʼ Jehovah. Bla dubju se tiġi mpressjonat bil-​kondotta nadifa u bil-​ferħ taʼ dawk preżenti. Madankollu ħafna minn dawn il-​persuni darba kienu parti minn did-dinja fejn il-​fornikazzjoni, l-​adulterju, is-​sokor, l-​omosesswalità, it-​tipjip, il-​vizzju tad-​drogi, is-​serq, l-​ingann, il-​gideb u l-​logħob taʼ l-​azzard tant huma komuni. Ħafna minnhom darba kienu jipprattikaw dawn l-​affarijiet. (1 Pietru 4:​3, 4) Ukoll, waqt li tassoċja max-​Xhieda taʼ Jehovah f’laqgħat iżgħar tal-​kongregazzjoni, li għandu jsir bla dewmien, int se tkun fost persuni li ġġieldu biex jegħlbu l-​istess prattiċi u xewqat ħżiena li għandek mnejn int issa qiegħed tiġġieled kontra tagħhom. Mela agħmel kuraġġ! Huma qegħdin jirbħu l-​ġlieda biex jagħmlu dak li huwa xieraq. Hekk tistaʼ tagħmel int bil-​għajnuna t’Alla.

17. (a) Xi sħubija hija meħtieġa jekk irridu nirbħu l-​ġlieda? (b) Mingħand min tistaʼ tirċievi għajnuna fil-​problemi?

17 Jekk ilek tistudja l-​Bibbja għal xi żmien issa max-​Xhieda taʼ Jehovah, bla dubju attendejt xi laqgħat fis-​Sala tas-​Saltna. Agħmilha drawwa regulari li tattendi għal laqgħat bħal dawn. Ilkoll kemm aħna għandna bżonn l-​inkuraġġiment spiritwali li jiġi minn sħubija Kristjana bħal din. (Ebrej 10:​24, 25) Fittex li ssir taf lill-​“irġiel ixjeħ,” jew anzjani, tal-​kongregazzjoni. Ir-​responsabbiltà tagħhom hija li ‘jirgħu l-​merħla t’Alla.’ (1 Pietru 5:​1-3; Atti 20:28) Mela toqgħodx taħsibha biex tmur għandhom jekk għandek bżonn l-​għajnuna biex tegħleb xi drawwa li hija kontra l-​liġijiet t’Alla. Se ssib li huma rġiel li jħobbu, qalbhom tajba u li juru konsiderazzjoni.​—1 Tessalonkin 2:​7, 8.

18. Liema prospett futur jipprovdi s-​saħħa biex inkomplu fil-​ġlieda?

18 Il-pressjoni biex nagħmlu l-​ħażin qiegħda fuqna, mhux biss mid-​dinja taʼ Satana imma minn ġo fina stess bħala midinbin. Mela li tkun leali lejn Alla hija ġlieda taʼ kuljum. Imma kemm hija ħaġa tajba li l-​ġlieda m’hijiex se tibqaʼ għal dejjem! Dalwaqt Satana se jiġi mneħħi u d-​dinja mill-​agħar tiegħu kollha kemm hi se tinqered. Imbagħad, fis-​sistema ġdida t’Alla li qiegħda fil-​qrib, se jkun hemm kundizzjonijiet taʼ tjieba li se jagħmlu l-​korsa tagħna bil-​wisq eħfef. Eventwalment kull traċċa tad-​dnub se tkun spiċċat, u qatt iktar ma se jkun hemm din il-​ġlieda iebsa biex nagħmlu dak li huwa xieraq.

19. Għala għandek tkun lest li tagħmel kull sforz biex togħġob lil Jehovah?

19 Aħseb regolarment dwar il-​barkiet taʼ dik is-​sistema ġdida. Iva, ilbes “bħala elmu t-​tama tas-​salvazzjoni.” (1 Tessalonkin 5:8) Jalla l-​attitudni tiegħek tkun bħal dik tal-​mara żagħżugħa li qalet: “Jien naħseb dwar dak kollu li Jehovah għamel għalija u li wegħidni. Ma qatax qalbu minni. Berikni b’tant modi. Naf li jrid biss l-​aħjar għalija, u jien irrid nogħġbu. Il-​ħajja taʼ dejjem tiswa kull sforz.” Jekk aħna fedelment insegwu t-​tjieba, ‘il-​wegħdi tajbin kollha li Jehovah għamel’ lejn dawk li jħobbuh se jseħħu.​—Ġożwè 21:45.

[Stampa f’paġna 219]

Ladarba kien hemm it-​tgawdija fil-​mod taʼ ħajja taʼ l-​Eġittu tal-​qedem, Mosè għala rrifjutah?

[Stampi f’paġna 220, 221]

David baqaʼ jħares; m’evitax is-​sitwazzjoni li wasslitu għall-​immoralità

[Stampa f’paġna 222]

Ġużeppi ħarab mill-​avanzi mmorali taʼ mart Potifar

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja