LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • Nistgħu Nkampaw maʼ Kull Prova!
    It-Torri tal-Għassa—2005 | Ġunju 15
    • “Il-​Qalb Tajba Mhix Mistħoqqa t’Alla Espressa b’Diversi Modi”

      L-​appostlu Pietru nnota li l-​Kristjani huma ‘mnikktin b’diversi provi.’ (1 Pietru 1:6) Iktar tard fl-​ittra ispirata tiegħu, hu qal li “l-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla” hi “espressa b’diversi modi.” (1 Pietru 4:10) Fil-​frażi “b’diversi modi” tintuża forma taʼ l-​istess kelma Griega oriġinali. Meta kkummenta fuq din l-​espressjoni, studjuż tal-​Bibbja qal hekk: “Dan huwa ħsieb profond. . . . Jekk nirreferu għall-​grazzja [jew, il-​qalb tajba mhix mistħoqqa] t’Alla li hi pojkilos ifisser li m’hemm ebda kulur fis-​sitwazzjoni [jew tip taʼ sitwazzjoni] tal-​bniedem li l-​grazzja t’Alla ma tistax tegħleb.” Hu jkompli jgħid: “M’hemm ebda ċirkustanza possibbli, ebda kriżi, emerġenza jew bżonn possibbli, li l-​grazzja t’Alla ma tistax tittratta, u li l-​grazzja t’Alla ma tistax tegħleb b’suċċess. M’hemm xejn fil-​ħajja li l-​grazzja t’Alla ma tistax tkampa miegħu. Din il-​kelma deskrittiva pojkilos tfakkarna li l-​grazzja t’Alla [bħallikieku] għandha ħafna kuluri u hi suffiċjenti biex tgħinna nkampaw maʼ kollox.”

      Il-​Qalba Tajba Mhix Mistħoqqa Se Tgħinna Nkampaw mal-​Provi

      Skond ma qal Pietru, mod wieħed kif Alla jesprimi l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu hu permezz tad-​diversi wħud li jifformaw il-​kongregazzjoni Kristjana. (1 Pietru 4:11) Kull qaddej t’Alla għandu doni spiritwali, jew abbiltajiet, li bihom jistaʼ jinkuraġġixxi lil dawk li jkunu qed jiffaċċjaw xi provi. (Rumani 12:​6-8) Per eżempju, xi membri fil-​kongregazzjoni huma għalliema tal-​Bibbja li jispikkaw. Il-​kliem tagħhom mimli dehen jispira u jqanqal lil uħud biex jissaportu. (Neħemija 8:​1-4, 8, 12) Oħrajn jagħmlu żjajjar pastorali regulari fid-​djar taʼ dawk li għandhom bżonn l-​għajnuna. Żjajjar bħal dawn huma okkażjonijiet li jinkuraġġixxu, huma ‘faraġ għall-​qalb.’ (Kolossin 2:2) Meta l-​indokraturi jagħmlu żjajjar bħal dawn li jsaħħu l-​fidi, huma jkunu qed jaqsmu mid-​don spiritwali tagħhom. (Ġwanni 21:16) Jerġaʼ oħrajn fil-​kongregazzjoni huma magħrufin għall-​imħabba, il-​mogħdrija, u t-​tenerezza li juru meta jittrattaw maʼ sħabhom fit-​twemmin li huma mnikktin minn provi. (Atti 4:36; Rumani 12:10; Kolossin 3:10) L-​empatija u l-​għajnuna li joffru dawn l-​aħwa kollhom imħabba huma turija sinifikanti, jew “kulur,” tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla.​—Proverbji 12:25; 17:17.

  • Nistgħu Nkampaw maʼ Kull Prova!
    It-Torri tal-Għassa—2005 | Ġunju 15
    • Iva, kwalunkwe tip taʼ prova li niffaċċjaw, dejjem hemm espressjoni tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla li se tgħinna negħlbuha. (Ġakbu 1:17) L-​għajnuna xierqa li Ġeħova jagħti fil-​ħin lill-​qaddejja tiegħu​—ikunu kemm ikunu differenti t-​tentazzjonijiet jew l-​isfidi—hija waħda mill-​evidenzi taʼ “l-​għerf t’Alla li jintwera b’ħafna modi differenti.” (Efesin 3:10) Taqbel int?

Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
Oħroġ
Illoggja
  • Malti
  • Ixxerja
  • Preferenzi
  • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
  • Kundizzjonijiet għall-Użu
  • Privacy Policy
  • Privacy Settings
  • JW.ORG
  • Illoggja
Ixxerja