LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w05 6/15 pp. 30-31
  • Nistgħu Nkampaw maʼ Kull Prova!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Nistgħu Nkampaw maʼ Kull Prova!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • “Il-​Qalb Tajba Mhix Mistħoqqa t’Alla Espressa b’Diversi Modi”
  • Il-​Qalba Tajba Mhix Mistħoqqa Se Tgħinna Nkampaw mal-​Provi
  • ‘L-​Alla taʼ Kull Faraġ’
  • Grati li nirċievu l-qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2016
  • Minkejja l-Provi, Iggranfa mal-Fidi Tiegħek!
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • Int ‘Prokuratur tal-Qalb Tajba Mhix Mistħoqqa t’Alla’?
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Mistoqsijiet mill-​qarrejja
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova (Studju)—2017
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2005
w05 6/15 pp. 30-31

Nistgħu Nkampaw maʼ Kull Prova!

QIEGĦED int tiffaċċja xi prova f’ħajtek bħalissa? Qiegħed int tħossok skuraġġit, jew ma tistax tkampa magħha? Ġieli tinkwieta li l-​problema tiegħek hija unika u li m’hemm ebda soluzzjoni għaliha? Jekk qed tħossok hekk, qawwi qalbek! Minkejja l-​provi li għandna mnejn niffaċċjaw, il-​Bibbja tassigurana li Alla jistaʼ jgħinna nkampaw magħhom.

Il-​Bibbja tirrikonoxxi li l-​qaddejja t’Alla se ‘jiltaqgħu maʼ diversi provi.’ (Ġakbu 1:2) Innota l-​kelma “diversi” (bil-Grieg pojkilos). Skond kif kienet tintuża fil-​qedem, il-​kelma oriġinali kienet tfisser “ħafna” jew “b’ħafna kuluri” u tenfasizza “l-​varjetà tal-​provi.” Għalhekk, il-​frażi “diversi provi” tistaʼ titqabbel mal-​varjetà taʼ kuluri li jeżistu. Minkejja dan, Ġeħova jappoġġana ħalli nkunu nistgħu nkampaw maʼ kull waħda minnhom. Għala nistgħu nkunu ċerti minn dan?

“Il-​Qalb Tajba Mhix Mistħoqqa t’Alla Espressa b’Diversi Modi”

L-​appostlu Pietru nnota li l-​Kristjani huma ‘mnikktin b’diversi provi.’ (1 Pietru 1:6) Iktar tard fl-​ittra ispirata tiegħu, hu qal li “l-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla” hi “espressa b’diversi modi.” (1 Pietru 4:10) Fil-​frażi “b’diversi modi” tintuża forma taʼ l-​istess kelma Griega oriġinali. Meta kkummenta fuq din l-​espressjoni, studjuż tal-​Bibbja qal hekk: “Dan huwa ħsieb profond. . . . Jekk nirreferu għall-​grazzja [jew, il-​qalb tajba mhix mistħoqqa] t’Alla li hi pojkilos ifisser li m’hemm ebda kulur fis-​sitwazzjoni [jew tip taʼ sitwazzjoni] tal-​bniedem li l-​grazzja t’Alla ma tistax tegħleb.” Hu jkompli jgħid: “M’hemm ebda ċirkustanza possibbli, ebda kriżi, emerġenza jew bżonn possibbli, li l-​grazzja t’Alla ma tistax tittratta, u li l-​grazzja t’Alla ma tistax tegħleb b’suċċess. M’hemm xejn fil-​ħajja li l-​grazzja t’Alla ma tistax tkampa miegħu. Din il-​kelma deskrittiva pojkilos tfakkarna li l-​grazzja t’Alla [bħallikieku] għandha ħafna kuluri u hi suffiċjenti biex tgħinna nkampaw maʼ kollox.”

Il-​Qalba Tajba Mhix Mistħoqqa Se Tgħinna Nkampaw mal-​Provi

Skond ma qal Pietru, mod wieħed kif Alla jesprimi l-​qalb tajba mhix mistħoqqa tiegħu hu permezz tad-​diversi wħud li jifformaw il-​kongregazzjoni Kristjana. (1 Pietru 4:11) Kull qaddej t’Alla għandu doni spiritwali, jew abbiltajiet, li bihom jistaʼ jinkuraġġixxi lil dawk li jkunu qed jiffaċċjaw xi provi. (Rumani 12:​6-8) Per eżempju, xi membri fil-​kongregazzjoni huma għalliema tal-​Bibbja li jispikkaw. Il-​kliem tagħhom mimli dehen jispira u jqanqal lil uħud biex jissaportu. (Neħemija 8:​1-4, 8, 12) Oħrajn jagħmlu żjajjar pastorali regulari fid-​djar taʼ dawk li għandhom bżonn l-​għajnuna. Żjajjar bħal dawn huma okkażjonijiet li jinkuraġġixxu, huma ‘faraġ għall-​qalb.’ (Kolossin 2:2) Meta l-​indokraturi jagħmlu żjajjar bħal dawn li jsaħħu l-​fidi, huma jkunu qed jaqsmu mid-​don spiritwali tagħhom. (Ġwanni 21:16) Jerġaʼ oħrajn fil-​kongregazzjoni huma magħrufin għall-​imħabba, il-​mogħdrija, u t-​tenerezza li juru meta jittrattaw maʼ sħabhom fit-​twemmin li huma mnikktin minn provi. (Atti 4:36; Rumani 12:10; Kolossin 3:10) L-​empatija u l-​għajnuna li joffru dawn l-​aħwa kollhom imħabba huma turija sinifikanti, jew “kulur,” tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla.​—Proverbji 12:25; 17:17.

‘L-​Alla taʼ Kull Faraġ’

Fuq kollox, Ġeħova jipprovdi l-​faraġ. Hu “Alla taʼ kull faraġ, li jfarraġna fit-​tribulazzjoni kollha tagħna.” (2 Korintin 1:​3, 4) L-​għerf li jinsab fil-​Kelma ispirata t’Alla u s-​saħħa li jipprovdi permezz taʼ l-​ispirtu qaddis tiegħu huma modi prinċipali kif Ġeħova jwieġeb it-​talb tagħna għall-​għajnuna. (Isaija 30:​18, 21; Luqa 11:13; Ġwanni 14:16) Nistgħu nagħmlu kuraġġ mill-​wegħda ispirata li għamel l-​appostlu Pawlu. Hu qal: “Alla hu leali, u ma jħallikomx tiġu ttantati iktar milli tifilħu, imma mat-​tentazzjoni jiftħilkom ukoll it-​triq sabiex tkunu tistgħu tissaportuha.”​—1 Korintin 10:13.

Iva, kwalunkwe tip taʼ prova li niffaċċjaw, dejjem hemm espressjoni tal-​qalb tajba mhix mistħoqqa t’Alla li se tgħinna negħlbuha. (Ġakbu 1:17) L-​għajnuna xierqa li Ġeħova jagħti fil-​ħin lill-​qaddejja tiegħu​—ikunu kemm ikunu differenti t-​tentazzjonijiet jew l-​isfidi—hija waħda mill-​evidenzi taʼ “l-​għerf t’Alla li jintwera b’ħafna modi differenti.” (Efesin 3:10) Taqbel int?

[Stampi f’paġna 31]

Ġeħova jgħinna nkampaw mal-​provi tagħna

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja