LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w93 2/1 pp. 3-5
  • Dinja Mingħajr Dnub—Kif?

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Dinja Mingħajr Dnub—Kif?
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
  • Sottitli
  • Materjal Simili
  • X’inhu d-​Dnub?
  • L-​Oriġini tad-​Dnub
  • Sforzi Umani biex Iħassru d-​Dnub
  • Liberazzjoni mid-​Dnub
  • Meta d-Dnub Jintemm
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1997
  • In-Nies Għala Jmutu?
    Mistoqsijiet Dwar il-Bibbja Mweġbin
  • Meħlusin “b’Demm Prezzjuż”
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2006
  • Il-Prezz tal-Fidwa li Ħallas Kristu—It-Triq t’Alla għas-Salvazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1999
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—1993
w93 2/1 pp. 3-5

Dinja Mingħajr Dnub—Kif?

GĦAJJAT u twerżieq għall-​għajjut kisru s-​sikta tas-​sigħat bikrin taʼ għodwa xitwija f’inħawi paċifiċi f’Tokyo. Għal bejn ħames u għaxar minuti, tnax min-​nies semgħu t-​twerżieq iddisprat taʼ mara li kienet tqassam il-​gazzetti waqt li xi ħadd kien qiegħed isegwiha u jagħtiha daqqiet taʼ sikkina. Lanqas persuna waħda minnhom ma tat każ biżżejjed biex jiskopru x’kien qiegħed jiġri. Hi mietet minn telf eċċessiv taʼ demm. “Li kieku xi ħadd minn dawn in-​nies irrapporta l-​każ lill-​pulizija hekk kif semgħu l-​għajjat tagħha,” qal wieħed investigatur, “ħajjitha setgħet tiġi salvata.”

Għalkemm dawk li semgħu lil dik il-​mara moribonda ma għamlu xejn ħażin iktar milli sempliċement injorawha, jistgħu bid-​dritt kollu jgħidu li huma kienu meħlusin mill-​ħtija? “Il-​kuxjenza tiegħi tturmentatni l-​ġurnata kollha tal-​Ġimgħa wara li sirt naf dwar il-​qtil,” qal raġel minn dawk li kienu semgħu l-​għajjat tagħha. Dan iġigħelna naħsbu, X’inhu verament id-​dnub?

X’inhu d-​Dnub?

Billi pponta lejn li wieħed ikun konxju tad-​dnub, Hideo Odagiri, kritiku letterarju u professur emeritus fl-​Università taʼ Hosei f’Tokyo, fil-​Ġappun, qal, kif ikkwotat mill-​gazzeta Asahi Shimbun: “Jien ma nistax inħassar għalkollox it-​tifkiriet ħajjin li għandi taʼ kemm jien konxju tad-​dnubiet, bħalma huma l-​egoiżmu mill-​agħar li jeżisti fit-​tfal, għira li ġġib mistħija, tradiment minn wara dak li jkun. Din il-​qagħda taʼ li nkun konxju baqgħet stampata f’moħħi meta kont l-​iskola elementari u għadha titturmentani.” Int qatt ħassejtek hekk? Għandek dak il-​leħen ġewwieni li jikkundannak jekk tagħmel xi ħaġa li inti taf li hi ħażina? Forsi ma sar ebda delitt, imma sentiment skomdu jibqaʼ u jtaqqallek moħħok. Din hi l-​kuxjenza tiegħek qiegħda taħdem, u l-​Bibbja tirreferi għaliha fil-​passaġġ li ġej: “Kulmeta nies tal-​ġnus li m’għandhomx liġi jagħmlu bin-​natura l-​affarijiet tal-​liġi, dawn in-​nies, għalkemm m’għandhomx liġi, huma liġi għalihom infushom. Huma dawk stess li juru l-​kwistjoni tal-​liġi li hi miktuba fi qlubhom, waqt li l-​kuxjenza tagħhom qiegħda tagħti xiehda magħhom u, bejn il-​ħsibijiet tagħhom stess, qegħdin jiġu akkużati jew saħansitra skużati.” (Rumani 2:14,15) Iva, min-​natura l-​biċċa l-​kbira tan-​nies iħossuhom inkwetati minn atti bħal adulterju, serq, u gideb. Il-​kuxjenza tagħhom qiegħda tixhed lid-​dnub.

Madankollu, meta l-​leħen tal-​kuxjenza jiġi injorat ripetutament, ma jibqax iservi bħal gwida taʼ min joqgħod fuqha. Tistaʼ ssir insensittiva u mniġġsa. (Titus 1:15) Sensittività għal dak li hu ħażin tintilef. Fil-​fatt, illum il-​kuxjenza tal-​biċċa l-​kbira tan-​nies f’dak li għandu x’jaqsam mad-​dnub hija mejta.

Hija l-​kuxjenza l-​uniku qies għad-​dnub, jew hemm xi ħaġa oħra li tistaʼ sservi bħala l-​livell assolut taʼ dak li hu dnub u dak li mhux? Iktar minn 3,000 sena ilu, Alla ta lill-​poplu magħżul tiegħu kodiċi tal-​liġi, u permezz taʼ din il-​Liġi, id-​dnub sar “irrikonoxxut bħala dnub.” (Rumani 7:13, New International Version) Saħansitra kondotta li qabel kienet tgħaddi issa ġiet mikxufa għal dak li verament kienet​—dnub. Il-​poplu magħżul t’Alla, l-​Iżraeliti, ġew mikxufin bħala midinbin u bħala talin kienu taħt il-​kundanna.

X’inhuma dawn id-​dnubiet li l-​kuxjenza tagħna ġġagħalna nindunaw bihom u li l-​Liġi taʼ Mosè speċifikat u elenkat? Fl-​użu Bibliku tal-​kelma, dnub ifisser li tonqos li tilħaq il-​marka f’dak li għandu x’jaqsam mal-​Ħallieq. Kwalunkwe ħaġa li mhix fi qbil mal-​personalità, il-​livelli, il-​modi, u r-​rieda tiegħu hija dnub. Hu ma jistax jagħti eżistenza kontinwa lil xi ħlejqa li tonqos minn din il-​marka li hu stabbilixxa. Hekk wissa speċjalista tal-​liġi fl-​ewwel seklu lill-​Kristjani Ebrej: “Attenti, l-​aħwa, minħabba l-​biżaʼ li qatt tiżżviluppa f’xi wieħed minnkom qalb mill-​agħar nieqsa mill-​fidi billi jitbiegħed minn Alla l-​ħaj.” (Ebrej 3:12) Iva, nuqqas taʼ fidi fil-​Ħallieq jikkostitwixxi dnub kbir. B’hekk, l-​iskop tad-​dnub kif spjegat fil-​Bibbja huwa bil-​wisq iktar mifrux minn dak li normalment huwa kkunsidrat bħala dnub. Il-​Bibbja tasal sal-​punt li tistqarr: “Kollha dinbu u ma jilħqux il-​glorja t’Alla.”−Rumani 3:23.

L-​Oriġini tad-​Dnub

Ifisser dan li l-​bniedem ġie maħluq midneb? Le, Alla Jehovah, l-​Oriġinatur tal-​ħajja umana, għamel lill-​ewwel bniedem ħlejqa perfett. (Ġenesi 1:26, 27; Dewteronomju 32:4) Madankollu, l-​ewwel koppja umana immissjaw il-​marka meta sfidaw l-​unika projbizzjoni li Alla kien għamel, meta kielu mis-​“siġra [projbita] tal-​għarfien tat-​tajjeb u tal-​ħażin.” (Ġenesi 2:17) Għalkemm kienu maħluqin perfetti, issa mmissjaw il-​marka tal-​ubbidjenza kompleta lejn Missierhom, saru midinbin, u kienu b’hekk ikkundannati biex imutu.

X’għandu x’jaqsam dan ir-​rakkont storiku tal-​qedem mad-​dnub illum? Il-​Bibbja tispjega: “Permezz taʼ bniedem wieħed id-​dnub daħal fid-​dinja u l-​mewt permezz tad-​dnub, u b’hekk il-​mewt infirxet fuq il-​bnedmin kollha għaliex kollha kienu dinbu.” (Rumani 5:12) Mingħajr eċċezzjoni lkoll kemm aħna sirna midinbin permezz tal-​wirt; b’hekk, ġejna taħt il-​kundanna tal-​mewt.​—Ekkleżjasti 7:20.

Sforzi Umani biex Iħassru d-​Dnub

Adam għadda d-​dnub lil nislu, imma għadda wkoll il-​fakultà tal-​kuxjenza li kien tah Alla. Id-​dnub jistaʼ ma jħallikx tħossok bi kwietek. Kif diġà ssemma, il-​bnedmin irnexxielhom jivvintaw diversi pjanijiet kif iserrħu sentimenti bħal dawn. Huma verament effettivi, fuq kollox?

Fil-Lvant u fil-​Punent, in-​nies ipprovaw jittrattaw mal-​effett tad-​dnub billi jbiddlu l-​livelli tagħhom jew billi jiċħdu l-​istess eżistenza tad-​dnub. (1 Timotew 4:1, 2) Is-​sitwazzjoni midinba tal-​umanità tistaʼ tiġi mxebbha maʼ dik taʼ pazjent bid-​deni. Id-​dnub jistaʼ jiġi mxebbah maʼ mikrobu li jikkaġuna s-​sintomi, waqt li l-​kuxjenza nkwetata tistaʼ titqabbel mad-​deni skomdu. Li wieħed ikisser it-​temperatura mhux se jbiddel il-​fatt li l-​pazjent għandu ħafna deni. Li wieħed iwarrab il-​livelli morali, kif għamlu ħafna fil-​Kristjaneżmu, u jinjora x-​xiehda tal-​kuxjenza tiegħu stess mhux se jgħin biex iħassar id-​dnub innifsu.

Wieħed jistaʼ jagħmel is-​silġ biex iniżżel id-​deni. Dak hu bħal meta tipprova ttaffi t-​tniggiż tal-​kuxjenza billi tgħaddi minn ritwali taʼ purifikazzjoni tax-​Xinto. Is-​silġ jistaʼ temporanjament jiffriska lill-​vittma li għandha d-​deni, imma ma jneħħix il-​kaġun tad-​deni. Il-​qassisin u l-​profeti fi żmien Ġeremija pprovaw fejqan simili għall-​Iżraeliti taʼ dak iż-​żmien. Huma “ħafif ħafif” fejqu l-​ġrieħi spiritwali u morali tan-​nies, billi qalu, “Kollox hu sew, kollox hu sew.” (Ġeremija 6:14; 8:11, An American Translation) Li sempliċement għaddew materjal u kant reliġjuż bħal “kollox hu sew” ma fejjaqx il-​waqgħa morali tal-​poplu t’Alla, u r-​riti taʼ purifikazzjoni ma biddlux l-​etika tan-​nies illum.

Billi tieħu l-​pinnoli għad-​deni dik il-​persuna tistaʼ ġġiegħel lid-​deni jinżel, imma l-​mikrobu għadu fis-​sistema tagħha. L-​istess huwa veru mal-​mod Konfuċjan taʼ li jittrattaw il-​ħażen permezz tal-​edukazzjoni. Minn barra jistaʼ jgħin lin-​nies biex jaħarbu l-​ħażen, imma li wieħed jipprattika il-​li joħnoq biss il-​kondotta midinba u ma jeħlisx lil dak li jkun mill-​inklinazzjoni midinba ġewwinija, li hija l-​kaġun fundamentali għal imġieba mill-​agħar.—Ġenesi 8:21.

Xi ngħidu għat-​tagħlim Buddist taʼ li wieħed jidħol fin-​Nirvana biex jeħles lilu nnifsu mill-​inklinazzjonijiet midinbin? L-​istat taʼ Nirvana, li jingħad li jfisser “tonfoħ ’il barra,” suppost li jkun xi ħaġa li ma tistax tiddeskrivih, it-​tifi tal-​passjonijiet u x-​xewqat kollha. Xi wħud isostnu li hija l-​waqfien mill-​eżistenza taʼ dak li jkun. Ma jinstemax dan bħal li kieku qiegħed tgħid lill-​marid bid-​deni biex imut ħalli jistrieħ? U barra minn hekk l-​istat taʼ Nirvana huwa kkunsidrat li hu diffiċli ħafna, saħansitra impossibbli. Jinstemaʼ dan it-​tagħlim bħala li hu taʼ għajnuna għal xi ħadd b’kuxjenza li qiegħda tħabbtu?

Liberazzjoni mid-​Dnub

Jidher ċar li l-​filosofiji umani fuq il-​ħajja u t-​tendenzi midinbin jistgħu, l-​iktar l-​iktar, isikktu l-​kuxjenza taʼ dak li jkun. Huma ma jneħħux il-​kundizzjoni midinba. (1 Timotew 6:20) Hemm xi mod kif jistaʼ jsir dan? Fil-​Bibbja, ktieb antik miktub fil-​Lvant Qarib, insibu l-​muftieħ għal-​liberazzjoni mid-​dnub. “Għalkemm dnubietkom jistgħu juru li huma bħall-​iskarlat, se jintgħamlu bojod sewwa sew bħall-​borra . . . Jekk intom turu r-​rieda u tisimgħu, il-​ġid tal-​art se tieklu.” (Isaija 1:18, 19) Hawn Jehovah kien qed ikellem lill-​Iżraeliti, li, għalkemm kienu l-​poplu magħżul tiegħu, kienu tilfu l-​marka taʼ integrità lejh. L-​istess prinċipju, madankollu, japplika għall-​umanità inġenerali. Li juri li jixtieq jismaʼ l-​kliem tal-​Ħallieq huwa l-​muftieħ għal li wieħed ikollu dnubietu mnaddfin, maħsulin, biex ingħidu hekk.

Xi tgħidilna l-​Kelma t’Alla rigward il-​ħasil tad-​dnubiet tal-​umanità? Bħalma permezz tad-​dnub taʼ bniedem wieħed il-​bnedmin kollha saru midinbin, permezz tal-​ubbidjenza perfetta taʼ bniedem ieħor lejn Alla, il-​bnedmin ubbidjenti se jkunu meħlusin mill-​miżerja tagħhom, tgħid il-​Bibbja. (Rumani 5:18, 19) Kif? “Alla jirrikkmanda l-​imħabba tiegħu lejna billi, waqt li konna għadna midinbin, Kristu miet għalina.” (Rumani 5:8) Ġesù Kristu, imwieled bħala raġel perfett u bla dnub, l-​ekwivalenti taʼ Adam l-​oriġinali qabel ma dineb, kien f’pożizzjoni li jġorr id-​dnubiet tal-​umanità. (Isaija 53:12; Ġwann 1:14; 1 Pietru 2:24) Billi ġie mogħti l-​mewt fuq zokk tat-​tortura bħal li kieku kien xi kriminal, Ġesù ħeles lill-​umanità mill-​jasar tad-​dnub u l-​mewt. “Għax, tabilħaqq,” spjega Pawlu lill-​Kristjani f’Ruma, “Kristu, waqt li konna għadna dgħajfin, miet għal nies mingħajr Alla fiż-​żmien maħtur. . . . Sewwa sew bħalma d-​dnub ħakem bħala sultan mal-​mewt, bl-​istess mod ukoll il-​qalb tajba mhix mistħoqqa tistaʼ taħkem bħala sultan permezz tat-​tjieba b’ħajja taʼ dejjem fil-​vista permezz taʼ Ġesù Kristu l-​Mulej tagħna.”​—Rumani 5:6,21.

Li Kristu miet għall-​umanità kollha u bbilanċja l-​miżien li niżel minħabba Adam huwa msejjaħ l-​arranġament tar-​“rahan.” (Mattew 20:28) Jistaʼ jixxebbah maʼ mediċina li taħdem kontra mikrobu li jikkaġuna d-​deni. Billi jiġi applikat il-​valur tar-​rahan taʼ Ġesù għall-​umanità, il-​kundizzjoni marida tal-​umanità li hija kkaġunata mid-​dnub​—inkluża l-​mewt infisha​—tistaʼ tiġi mfejqa. Dan il-​proċess taʼ fejqan huwa deskritt b’mod figurattiv fl-​aħħar ktieb tal-​Bibbja: “Fuq din in-​naħa tax-​xmara u fuq dik in-​naħa kien hemm siġar tal-​ħajja li jipproduċu tnax-il qatgħa taʼ frott, billi jagħtu l-​frott tagħhom kull xahar. U l-​weraq tas-​siġar kienu għall-​fejqan tal-​ġnus.” (Rivelazzjoni 22:2) Immaġina! Xmara figurattiva taʼ ilma tal-​ħajja tgelgel bejn is-​siġar tal-​ħajja bil-​weraq tagħhom, kollha għall-​fejqan tal-​umanità. Dawn is-​simboli mnebbħin b’mod divin jirrappreżentaw il-​provvediment t’Alla biex jirrestawra l-​umanità lejn il-​perfezzjoni fuq il-​bażi tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala rahan.

Il-viżjonijiet profetiċi tal-​ktieb taʼ Rivelazzjoni dalwaqt se jsiru realtà. (Rivelazzjoni 22:6, 7) Imbagħad, bl-​applikar komplut tal-​valur tas-​sagrifiċċju taʼ Ġesù bħala rahan għall-​umanità, kulmin għandu qalbu tħobb it-​tajjeb se jsir perfett u “se jinħeles mill-​jasar għall-​korruzzjoni u jkollu l-​libertà glorjuża tat-​tfal t’Alla.” (Rumani 8:21) It-​twettieq tal-​profeziji tal-​Bibbja jindika li din il-​liberazzjoni glorjuża qiegħda qrib. (Rivelazzjoni 6:l-8) Dalwaqt Alla se jeħles lill-​globu mill-​ħażen, u l-​bnedmin se jgawdu ħajja eterna fuq ġenna tal-​art. (Ġwann 3:16) Dik tabilħaqq se tkun dinja mingħajr dnub!

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja