LIBRERIJA ONLAJN tat-Torri tal-Għassa
LIBRERIJA ONLAJN
tat-Torri tal-Għassa
Malti
@
  • ċ
  • ġ
  • ħ
  • ż
  • à
  • è
  • ò
  • ù
  • ʼ
  • BIBBJA
  • PUBBLIKAZZJONIJIET
  • LAGĦQAT
  • w12 7/1 pp. 30-31
  • Għasses Kontra l-Ispirti mill-Agħar!

M'hawnx video għall-għażla li għamilt.

Jiddispjaċina, kien hemm problema biex jillowdja l-vidjow.

  • Għasses Kontra l-Ispirti mill-Agħar!
  • It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
  • Materjal Simili
  • Il-Qerda taʼ Sodoma u Gomorra
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Ġesù Jwettaq Fejqan Mirakoluż
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
  • Ġesù Jirreżisti t-Tentazzjoni
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2009
  • Ġesù Jimpressjona lis-Semmiegħa Tiegħu
    It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2008
Ara Iżjed
It-Torri tal-Għassa Jħabbar is-Saltna taʼ Ġeħova—2012
w12 7/1 pp. 30-31

Għaż-​Żgħażagħ

Għasses Kontra l-​Ispirti mill-​Agħar!

Istruzzjonijiet: Agħmel dan l-​istudju f’post kwiet. Hekk kif taqra l-​iskritturi, immaġina li int qiegħed f’nofs dawn il-​ġrajjiet. Ġib ix-​xeni quddiem għajnejk. Ismaʼ lin-​nies jitkellmu. Ħoss l-​emozzjonijiet tal-​karattri. Aħseb dwar ir-​rakkonti bħallikieku huma reali.

1 ANALIZZA X-​XENI.—AQRA ĠENESI 6:1-​6 U ATTI 19:11-​20.

Iddeskrivi d-​dehra tan-​Nefilim kif timmaġinahom int.

․․․․․

Kif taħseb li ħassewhom l-​irġiel wara li ltaqgħu maʼ spirtu mill-​agħar, kif inhu deskritt f’​Atti 19:13-​16?

․․․․․

2 ĦAFFER IKTAR FIL-​FOND.

Billi tuża għodod taʼ riċerka li huma disponibbli għalik, sib iktar informazzjoni dwar in-​Nefilim. Għala taħseb li kienu tant vjolenti?

․․․․․

B’liema mod jistaʼ jingħad li l-​ispirti mill-​agħar “ma żammewx il-​pożizzjoni oriġinali tagħhom”? (Aqra Ġuda 6.) Għala taħseb li ma kienx naturali—saħansitra kien pervers—li huma jiżżewġu nisa umani?

․․․․․

Iż-​żewġ rakkonti li qrajt x’jgħidulek dwar il-​fissazzjoni li għandhom l-​ispirti mill-​agħar fuq is-​sess u l-​vjolenza?

․․․․․

3 APPLIKA DAK LI TGĦALLIMT. IKTEB X’TGĦALLIMT DWAR . . .

It-​tendenza biex l-​ispirti mill-​agħar ikunu kattivi u egoistiċi.

․․․․․

MODI OĦRAJN KIF JAPPLIKA.

Peress li l-​ispirti mill-​agħar m’għadhomx jistgħu jimmaterjalizzaw, b’liema modi indiretti jistgħu jipprovaw jinfluwenzaw lilek?

․․․․․

X’forom taʼ divertiment jirriflettu l-​attitudni u l-​interessi tal-​ispirti mill-​agħar illum?

․․․․․

Kif tistaʼ turi li int determinat li tirreżisti l-​influwenza tal-​ispirti mill-​agħar? (Erġaʼ aqra Atti 19:18, 19.)

․․․․․

4 LIEMA ASPETTI MINN DAWN IR-​RAKKONTI JIĠBDULEK L-​ATTENZJONI L-​IKTAR, U GĦALA?

․․․․․

Jekk m’għandekx bibbja, staqsi lix-​xhieda taʼ ġeħova għal waħda, jew aqraha fuq is-​sit www.watchtower.org

    Pubblikazzjonijiet bil-Malti (1990-2025)
    Oħroġ
    Illoggja
    • Malti
    • Ixxerja
    • Preferenzi
    • Copyright © 2025 Watch Tower Bible and Tract Society of Pennsylvania
    • Kundizzjonijiet għall-Użu
    • Privacy Policy
    • Privacy Settings
    • JW.ORG
    • Illoggja
    Ixxerja